Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediterrane Film Festival – infiq f’reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10560, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jgħid kemm intefqu flus b'kollox f'reklamar fuq il-Mediterrane Film Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival – infiq f’reklamar fuq il-media soċjali

Question

Jisa’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10561, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jgħid kemm intnefqu flus f'reklamar fuq il-media soċjali fuq il-Mediterrane Film Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10562, li oriġinarament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jagħti break down tal-infiq tal-Mediterrane Film Festival u jgħid jekk dan jinkludix fondi Ewropej?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta — parking bays għall-e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan għall-parking bays tal-escooters u għaliex il-Gvern qed ikaxkar saqajh fuq din il-kwistjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għaddejja b'diskussjonijiet mal-kunsilli lokali u l-operaturi maġġuri.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – nefqa fuq reklamar tal-Baġit 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol fir-reklamar tal-Baġit 2023, b’referenza partikolari għar-reklamar fuq il-mezzi soċjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol nefaq is-somma ta' €35 fir-reklamar tal-Baġit 2023 fuq il-mezzi soċjali.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – nefqa fuq il-Konferenza Stampa tal-Baġit 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol fir-reklamar tal-Baġit 2023, b’referenza partikolari għall-konferenza stampa li saret quddiem Kastilja wara d-diskors tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3442.

Nefqa fuq il-Konferenza Stampa tal-Baġit 2023

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-Gvern fir-reklamar tal-Baġit 2023, b’referenza partikolari għall-konferenza stampa li saret quddiem Kastilja wara d-diskors tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 3569.

Proposti mat-tibdil fil-klima tal-Baġit 2023

Question

Tista’ l-Ministru tgħid eżatt liema proposti ambjentali u marbuta mat-tibdil fil-klima tal-Baġit 2023 se jkunu funded mill-Fondi Ewropej?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjonijiet ambjentali u marbuta mat-tibdil fil-klima mhumiex biss inklużi taħt il-Ministeru li jien responsabbli minnu, u peress li l-ġestjoni ġenerali ta’ fondi Ewropej f’Malta taqa’ fir-responsabiltà ta’ Ministeru ieħor, nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Żieda fl-emissjonijiet tal-Carbon Dioxide

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm żdiedu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) f’Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba li tindika varjanzi minn sena għall-oħra li mhumiex neċessarjament żidiet. Fil-fatt fis-sena 2020, kellna tnaqqis ta’ 38.6% CO2 fuq is-sena 2010.

Setturi li kkawżaw l-aktar emissijiet tal-Carbon Dioxide

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema setturi kkawżaw l-aktar emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju (CO2) dawn l-aħħar għaxar snin u kemm żdiedu sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-aktar settur li ikkawża emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju huwa s-settur ‘Enerġija’ li jinkludi ukoll l-użu ta’ fjuwils konvenzjonali u t-trasport fit-territorju Malti. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’data dwar l-emissjonijiet ta’ dan is-settur għas-snin 2010 sa 2020.

WasteServ – ħlas ta’ pagi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu pagi fil-WasteServ bħala somma totali u tagħti break down tal-pagi tal-membri tas-senior management?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-wage bill ta’ Wasteserv (Malta) Ltd. jammonta għal ftit inqas minn żewġ miljun ewro fix-xahar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-pagi tal-membri tas-Senior Management. Fir-rigward tal-paga tal-Kap Eżekuttiv, nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 404.

Sottomissjoni ta’ pjan aġġornat għat-tibdil fil-klima

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern issottomettiex pjan aġġornat għat-tibdil fil-klima qabel il-COP27 hekk kif kien miftiehem fil-Paris Agreement?

Response (DALLI, MIRIAM)

Għal skopijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-UNFCCC) hija l-Unjoni Ewropeja li tressaq il-pjan aġġornat dwar l-azzjonijiet fuq it-tibdil fil-klima quddiem il-Konvenzjoni u dan fil-forma ta’ pjan kollettiv għall-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropeja. Taħt il-Ftehim ta’ Pariġi l-pajjiżi membri fil-Konvenzjoni kellhom sal-aħħar tal-2022 sabiex jissottomettu pjanijiet iktar ambizzjużi dwar l-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima. Irrid infakkar li taħt l-istess Ftehim ta’ Pariġi l-Unjoni Ewropea kienet diġa issottomettiet pjan sabiex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha u tal-istati membri b’40 fil-mija sal-2030 meta mqabbel mal-1990. B’deċiżjoni tal-Kunsill fl-aħħar tal-2020 din l-ambizzjoni kienet miżjuda mill-Unjoni Ewropea għal-livell ta’ tnaqqis ta’ 55% sal-2030 u f’dan ir-rigward kien anke sottomess pjan aġġornat lill-Konvenzjoni. Sadanittant bħalissa fi ħdan l-Istituzzjonijiet Ewropej relevanti qed isiru d-diskussjonijiet finali dwar il-pakkett leġiżlattiv tal-Fit for 55. Hekk kif dan ikun approvat l-Unjoni Ewropea terġa’ tissottometti lill-Konvenzjoni pjan aġġornat kif ikun il-każ. Sadanittant infakkar lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-isforzi kollettivi tal-istati membri kollha tal-UE Malta fasslet pjan ambizzjuż ħafna, il-Low Carbon Development Strategy, li ser iwassalna biex aħna nwettqu l-parti tagħna fil-mira kollettiva Ewropea għall-2030.

Il-Gżira – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin fil-Gżira?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati ġewwa l-Gżira, fis-sistema tal-Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Mill-figuri mis-sena 2020 ma jistax jingħad li kien hemm xi żieda. Gzira 2017 2018 2019 2020 2021 Up to 30/09/2022 ABANDON OF CHILD 0 0 0 1 0 0 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 0 0 1 0 0 ARSON 2 2 4 0 0 0 ATTEMPTED OFFENCES 16 12 17 12 9 3 BODILY HARM 20 23 27 26 26 9 COMPUTER MISUSE 5 2 8 6 6 2 DAMAGE 88 91 115 102 110 74 DOMESTIC VIOLENCE 32 16 23 22 23 23 DRUGS 3 3 4 2 9 0 FORGERY 0 1 0 1 0 0 FRAUD 14 17 23 17 37 21 MONEY LAUNDERING 0 1 3 1 0 0 PORNOGRAPHY 0 1 0 0 1 0 PRETENDED RIGHTS 0 1 8 7 6 9 PROSTITUTION 6 0 0 0 0 0 SEXUAL OFFENCE 3 3 1 2 1 2 THEFT 178 146 216 151 135 99 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 3 10 5 7 10 5 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 0 0 0 0 0 1 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 1 1 1 2 0 1 Grand Total 371 330 455 360 373 249

L-Imsida – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin fl-Imsida?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fl-Imsida, fis-sistema tal Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-medja u l-varjazzjoni tal-ammont ta’ reati f’dan il-perjodu huma relattivament qrib. Msida 2017 2018 2019 2020 2021 Up to 30/09/2022 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 1 0 1 2 0 ARSON 3 1 2 1 0 1 ATTEMPTED OFFENCES 23 17 23 26 10 8 BODILY HARM 24 31 35 29 26 23 COMPUTER MISUSE 4 6 6 10 6 9 CRIMES - RELIGIOUS SENTIMENT 1 0 0 0 0 0 CRIMES AGAINST PUBLIC PEACE 0 0 0 0 0 1 CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC 0 0 0 1 0 0 DAMAGE 151 131 131 113 156 96 DOMESTIC VIOLENCE 15 21 23 31 55 25 DRUGS 4 7 4 4 17 6 FORGERY 3 1 1 2 0 3 FRAUD 37 25 24 22 67 37 HOMICIDE 0 0 0 1 0 0 IMMIGRATION 0 0 0 0 0 2 MONEY LAUNDERING 0 0 0 1 4 0 PORNOGRAPHY 0 1 0 0 2 0 PRETENDED RIGHTS 1 2 4 5 8 6 SEXUAL OFFENCE 3 1 6 7 5 6 THEFT 248 228 261 201 143 106 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 7 9 10 9 12 14 TRAFFICKING OF PERSONS 0 1 0 0 0 0 VIOLATION OF PLACES OF CONFINE 0 0 3 0 1 0 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 4 5 3 3 6 3 Grand Total 528 488 536 467 520 346