Gżira, Triq Manoel De Vilhena – Kuntratt għax-xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12256, 12257, 12258 u 12259 li saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali rispettivament u li issa ġew riferuti lilu, jista’ jinforma l-Kamra jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed jsiru f'Triq Manoel De Vilhena, il-Gżira hux wieħed pubbliku u jekk iva, jista’ jqiegħdu fuq il Mejda tal-Kamra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed jsiru fi Triq Manoel De Vilhena, il-Gżira, huwiex wieħed pubbliku u jekk iva, jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Gżira — Triq Manoel De Vilhena – Kuntratt għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Manoel De Vilhena, fil-Gżira, huwiex wieħed pubbliku u jekk iva jista’ jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Gżira — Triq Manoel De Vilhena – Kuntratt għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Manoel De Vilhena, fil-Gżira, huwiex wieħed pubbliku u jekk iva jista’ jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gżira — Triq Manoel De Vilhena – Kuntratt għax-xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Manoel De Vilhena, fil-Gżira, huwiex wieħed pubbliku u jekk iva tista’ tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Gżira — Triq Manoel De Vilhena – Kuntratt għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Manoel De Vilhena, il-Gżira, huwiex wieħed pubbliku u jekk iva jista’ jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità tal-Ippjanar — Sejħa għal Unit Manager E (Geomatics)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sejħa għal Unit Manager E (Geomatics), ġewwa l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet mingħajr l-obbligu ta’ ħames snin esperjenza fi rwol maniġerjali meta fis-sejħiet li dejjem ħarġu din dejjem kienet meħtieġa? Jista’ jgħid ukoll għaliex kien hemm tentattiv biex tiġi rranġata s-sejħa imma din xorta saret mingħajr il-ħames snin esperjenza fi rwol maniġerjali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10943 u tgħid kemm intefqu flus minn Project Green fuq PR u marketing mill-bidu ta’ Project Green s’issa? Tista’ tagħti break down tal-infiq fuq reklamar inġenerali, dak ta' proġetti, attivitajiet u mezzi soċjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn meta twaqqfet fil-bidu ta’ din is-sena s’issa, Project Green diġà ħabbret aktar minn €50 miljun investiment f’diversi proġetti madwar Malta u Għawdex. Dawn jinkludu proġetti li se jsiru fil-lokalitajiet ta’ San Ġwann, Mosta, fil-Kottonera, Tal-Pietà, Żurrieq, Raħal Ġdid, Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar, Msida, Ħal Għargħur, Għajnsielem, Għaxaq, Mellieħa, Mtarfa, Santa Venera, kif ukoll l-ewwel ġnien carbon-neutral fil-gżira Għadwdxija li se jsir fix-Xewkija.
Project Green nefqet €3,540 fuq reklamar inġenerali, €53,134.60 fuq reklamar ta’ proġetti, €10,642.04 fuq reklamar ta’ attivitajiet filwaqt li reklamar fuq il-mezzi soċjali kien jammonta għal €4,992.37. Fl-istess waqt, din is-sena diġà tlestew aktar minn 45,000 metru kwadru f’ġonna u spazji miftuħa ġodda jew riġenerati madwar il-pajjiż. Wieħed mill-għanijiet ta’ Project Green huwa li tinkoraġġixxi u żżid dejjem aktar l-użu ta’ dawn l-ispazji miftuħa mill-pubbliku u b’hekk tinvesti wkoll f’riklamar differenti biex aktar nies isiru jafu b’dawn l-ispazji u jkunu jistgħu jgawduhom.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus minn Project Green fuq PR u marketing mill-bidu ta’ Project Green s’issa? Tista’ tagħti break down tal-infiq fuq reklamar inġenerali, dak ta' proġetti, attivitajiet u mezzi soċjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Peress li dan l-aħħar kien spjegat li l-istatwa taż-żiemel fix-Xwejni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiet wara open call, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-ġurija li ħadu d-deċiżjoni u min kienu l-artisti l-oħrajn li ġew shortlisted?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li dan l-aħħar kien spjegat li l-istatwa taż-żiemel fix-Xwejni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiet wara open call, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-ġurija li ħadu d-deċiżjoni u min kienu l-artisti l-oħrajn li ġew shortlisted?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li dan l-aħħar kien spjegat li l-istatwa taż-żiemel fix-Xwejni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiet wara open call, tista’ l-Ministru tgħid min kienu l-membri tal-ġurija li ħadu d-deċiżjoni u min kienu l-artisti l-oħrajn li ġew shortlisted?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Peress li dan l-aħħar kien spjegat li l-istatwa taż-żiemel fix-Xwejni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiet wara open call, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-ġurija li ħadu d-deċiżjoni u min kienu l-artisti l-oħrajn li ġew shortlisted?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord tal-ġurija kien iffurmat minn Chairperson, segretarja u ħames membri li l-ismijiet tagħhom jidhru hawn taħt:
Rwol
Isem u Kunjom
Chairperson
Mr Joseph Cutajar
Segretarja
Ms Margaret Zammit
Membru
Mr John Xuereb
Membru
Mr Stephen Cini
Membru
Mr George Camilleri
Membru
Mr Albert Marshall
Membru
Mr Joe Borg
B’kollox kien hemm erba' artisti li ikkonkorrew f’din is-sejħa pubblika u l-opri tagħhom kollha ġew ikkumissjonati. Dawn kienu:
Artist Mario Agius
Artist Christopher Saliba
Artist Austin Camilleri
Artist Vincent Caruana
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ mwiet permezz ta’ suwiċidju, mill-pandemija s'issa, sena b’sena u skont l-età u l-ġeneru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata ta’ suwiċidju f’pajjiżna f’dawn l-aħħar 10 snin baqgħet – f’termini ta’ sinifikanza statistika – l-istess kif turi t-tabella t'hawn taħt:
Age Group
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
<25
3
4
3
0
3
1
2
1
5
4
25-34
3
3
9
4
5
8
3
6
6
1
35-44
3
6
5
11
3
4
8
4
8
6
45-54
8
8
7
7
3
2
3
5
5
2
55-64
4
4
8
1
6
3
2
6
7
5
65-74
0
2
2
0
3
3
2
0
3
2
>75
1
5
0
1
2
1
1
1
0
4
Total
22
32
34
24
25
22
21
23
34
24
Fil-fatt meta tqis id-daqs tal-popolazzjoni ir-rata ta’ mortalita’ għal kull 100,000 kienet 5.16 fl-2013 u 4.63 fl-2022.
Peress li organizzazzjonijiet diversi qed ibassru li l-pandemija li jmiss se tkun waħda ta’ saħħa mentali, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk din hux diġà qed tiġi esperjenzata f’Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ma ddikjaratx Pandemija dwar is-suġġett li qed issemmi hi, f’Malta bħalissa qiegħda ssir kampanja nazzjonali dwar ħarsien tas-saħħa mentali.
Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet, u jekk il-mediċini għas-saħħa mentali jistgħux ikunu fuq il-lista tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imwieġeb fir-risposta parlamentari10849, fl-aħħar għaxar snin ma jirriżultax dak li qed tgħid hi. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħjar mod biex jitnaqqsu każijiet ta’ suwiċidju huwa billi jkun hemm aċċess u tingħata kura għall-mard mentali. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-istrateġija tas-Saħħa Mentali li qed tiġi implimentata bħalissa huwa li jitnaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju. Professjonisti fis-Saħħa Mentali qed jiġu mħarrġa fuq riskju ta’ suwiċidju. Bħala parti minn programm tal-EU, Joint Action ImpleMENTAL, qed titħejja Strateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju. Inħatar ukoll Advisory Board magħmul minn professjonisti tas-Saħħa, u rappreżentanti ta’ diversi entitajiet fosthom tal-edukazzjoni, l-pulizija, l-ħabs, l-università, NGOs u oħrajn li qed jagħtu l-kontribut tagħhom biex inaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju. Ta’ min isemmi wkoll is-servizz ta’ Crisis Intervention li huwa disponibbli fil-komunità kif ukoll il-helpline 1579 li jopera 24 siegħa kuljum.
Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet u jibda kampanja rigoruża dwar il-prevenzjoni ta’ mard mentali u t-trattamenti tas-saħħa mentali disponibbli kemm jista’ jkun malajr?
Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet u jgħid jekk hemmx promozzjoni aħjar tas-servizzi disponibbli, speċjalment dawk ta’ natura ta’ emerġenza?
Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet u jgħid kemm hemm tobba pedjatriċi tas-saħħa mentali disponibbli?