Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tagħha għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellanta biex tirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 184.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Mobile jew Telephone Line Allowances -

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 184.

Prezzijiet tal-ikel — Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16296 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15386, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun sottomess (data) il-ftehim li ntlaħaq mal-importaturi u s-sidien tas-supermarkets għall-inizjattivà ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15386.

Prezzijiet tal-ikel — Ftehim

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15386, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun sottomess (data) il-ftehim li ntlaħaq mal-importaturi u s-sidien tas-supermarkets għall-inizjattivà ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15386.

Project Green – Nefqa fuq reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus fi Project Green f'termini ta' reklamar, b'ammont totali, kif ukoll break down tal-ispejjeż: reklamar fuq il-midja soċjali, retainers, billboards, events, PR officials, videos, ritratti, reklamar; gazzetti, reklamar onlajn, konferenzi stampi, eċċ.?

Response (DALLI, MIRIAM)

Wieħed mill-għanijiet ta’ Project Green huwa li tinkoraġġixxi u żżid dejjem aktar l-użu tal-ispazji miftuħa mill-pubbliku u b’hekk tinvesti wkoll f’reklamar differenti biex aktar nies isiru jafu dwar il-parks li inawgurat u li qed tamministra flimkien mal-attivitajiet li jħeġġu aktar nies biex jiffrekwentaw u jgawdu dawn l-ispazji miftuħa. Ninsab infurmata li madwar €78,700 intefqu fuq reklamar għal programmi tat-televiżjoni u gazzetti. Madwar €8,760 intefqu fuq ritratti u videos li ntużaw għar-reklamar fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni. Filwaqt li €16,407.50 intefqu fuq reklamar online u permezz ta’ social media, €9,000 fuq billboards, €1,500 fuq retainers u €7,507 fuq reklamar fuq ir-radju.

Prezzijiet tal-ikel — Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq mal-importaturi u s-sidien tas-supermarkets għall-inizjattivà ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b'dan il-ftehim storiku li se jkunu qed igawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin, madwar 400 prodott tal-ikel fi 15-il-kategorija se jkollhom prezz orħos u stabbli sal-baġit li jmiss biex il-pajjiż jiġġieled kontra l-isfida tal-inflazzjoni. Peress li l-ftehim għadu miftuħ sabiex jissieħbu fih parteċipanti ġodda, kif fil-fatt qed jiġri grazzi għall popolarità ta din l-inizjattiva. Għalhekk, kopja tal-ftehim finali tiġi sottomessa lil din il-Kamra fi stadju aktar avvanzat.

Project Green — Infiq

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus s'issa fi Project Green, u tagħti break down ta' dan l-infiq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13926, nispjega li fejn jingħad li l-proċess għadu għaddej, in-nefqa indikata hija l-istima ta’ kemm mistenni jiswa l-proġett meta jitlesta.

Project Green — Infiq fuq reklamar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus fi Project Green f'termini ta' reklamar, b'ammont totali kif ukoll break down tal-ispejjeż f'reklamar fuq il-midja soċjali, retainers, billboards, events, PR officials, videos, ritratti, reklamar f'gazzetti, reklamar onlajn, konferenzi stampi, eċċ.?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Il-Gżira – Triq Manoel De Vilhena – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12707, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Manoel De Vilhena, fil-Gżira huwiex pubbliku? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt ġie mogħti wara sejħa pubblika u kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – Sejħa għal Unit Manager E

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sejħa għal Unit Manager E (Geomatics) ġewwa l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet mingħajr l-obbligu ta’ ħames snin esperjenza fi rwol maniġerjali, u dan meta fis-sejħiet li ħarġu, din dejjem kienet meħtieġa? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm tentattiv biex tiġi rranġata s-sejħa iżda din xorta ħarġet mingħajr il-ħames snin esperjenza ġo rwol maniġerjali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, s-sejħa nterna għall-pożizzjoni ta’ Unit Manager (Geomatics) fi grad professjonali E, li ħarġet fil-11 t’Awwissu 2023 u oriġinarjament kienet tagħlaq fil-25 t’Awwissu 2023, is-sejħa ġiet riveduta u d-data tal-għeluq ġiet estiża sal-1 ta’ Settembru 2023. Dan seħħ sabiex seta’ jsir tibdil fir-rekwiżiti tas-sejħa, speċifikament fl-esperjenza, fejn ġiet introdotta l-ħtieġa ta’ esperjenza f’kapaċita’ ta’ management , kif normalment ikun hemm f’sejħiet għal pożizzjonijiet f’dan il-grad, għalkemm mhux kull pożizzjoni f’dan il-grad fiha t-tali rekwiżit. Ta’ min wieħed jinnota li din hija pożizzjoni ġdida u għaldaqstant kellha tinħoloq job description speċifika għal din is-sejħa, li oriġinarjament ma nkluditx ir-rekwiżit imsemmi. Madankollu, ittieħdet azzjoni mmedjata u s-sejħa ġiet aġġornata. Hawnhekk wieħed ta’ min jinnota illi l-ħames snin esperjenza meħtieġa għal dawn il-gradi ikunu fil-qasam relatat mal-kariga u mhux f’kapacita maniġerjali per se. Għaldaqstant ir-rekwiżit kif rivedut jilħaq l-għan tat-tali reviżjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – Impjegati – Above grade allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ġewwa l-Awtorità tal-Ippjanar li jieħdu above grade allowance u min huma dawn l-impjegati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa, l-Awtorita’ tal-Ippjanar għandha 40 impjegat li qed jirċievu above grade allowance peress li qed jagħmlu xogħol ta’ livell għola mill-grad tagħhom. L- above grade allowance jingħata skond ma jipprovdi l-Collective Agreement viġenti.