Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-Ministeru għall- Politika Soċjali u l-Familja flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għas-Saħħa, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29,
Information Services
, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Programm elettorali – Implimentazzjonijiet tal-miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika l-kriterji li jintużaw biex miżura tal-programm elettorali tiġi kklassifikata bħala implimentata, u jgħid min huwa responsabbli biex jivverifika li dawn il-kriterji jkunu ntlaħqu? Jista’ jgħid ukoll liema dokumentazzjoni tintalab bħala prova tal-implimentazzjoni, kemm-il darba jitħejjew rapporti ta’ progress, lil min jiġu ppreżentati u jekk dawn ir-rapporti humiex ser jiġu ppubblikati?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċess ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-manifest elettorali beda immedjatament wara l-ħatra tal-membri tal-Kabinett il-ġdid, hekk kif il-proposti ġew assenjati lill-Ministri rispettivi skont id-dekasteru tagħhom.
Sussegwentement, kull Ministeru ntalab jinnomina project manager, responsabbli mit-twettiq tal-proposti assenjati lill-Ministeru rispettiv, kif ukoll jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni għal kull proposta elettorali.
Ġaladarba dawn il-pjanijiet jiġu approvati u ffinalizzati jittellgħu fuq sistema ta’ project management, iddisinjata mill-MITA, sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ kontinwu f’real time.
Fir-rigward tar-rappurtar, kull xahar issir laqgħa li matulha l-project managers jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar. Kull tliet xhur, imbagħad, issir laqgħa individwali fil-preżenza tas-Segretarji Permanenti, li matulha nidħlu f’aktar dettall għal kull proposta. Barra minn hekk, il-Kabinett tal-Ministri jiġi aġġornat perjodikament dwar il-progress li jkun sar fit-twettiq tal-manifest elettorali, li jikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma tal-Gvern. Infatti, l-aħħar aġġornament sar fil-15 ta’ Settembru, waqt laqgħa tal-Kabinett miftuħ, fejn matulha tħabbar it-twettiq ta’ numru ta’ proposti oħra.
Fi tmiem l-ewwel 100 jum ta’ din il-leġiżlatura, saret ukoll konferenza li matulha ngħata rendikont tax-xogħol li sar, b’diversi kelliema minn setturi differenti jitkellmu dwar l-ewwel proposti li daħlu fis-seħħ.
Is-sistema u l-metodu ta’ ħidma li qed noperaw bihom flimkien mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jibnu fuq l-esperjenza miksuba matul l-aħħar tliet leġiżlaturi. Qed inkomplu nirfinaw u nsaħħu l-operat tagħna sabiex, għal darb’oħra, niżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-manifest elettorali.
Ir-rapporti u l-preżentazzjonijiet li jitħejjew huma għall-użu intern, filwaqt li l-Prim Ministru u jien nagħtu rendikont lill-pubbliku, perjodikament, dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux, jew huwiex qiegħed iħejji, qafas nazzjonali ta’ indikaturi għall-kejl tal-benesseri? Jekk iva, jista’ jispeċifika l-indikaturi magħżula, il-valuri ta’ referenza, il-miri, is-sorsi tad-data u l-frekwenza li biha ser jiġu aġġornati u ppubblikati r-riżultati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qafas, jekk diġà jeżisti, jew jagħti ż-żmien previst għat-tlestija u l-pubblikazzjoni tiegħu?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern diġà żviluppa qafas ta’ indikaturi għall-kejl tal-benesseri permezz tal-Wellbeing Index, li għandu l-għan li jkejjel il-progress fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi, lil hinn mill-indikaturi ekonomiċi tradizzjonali.
Dan l-indiċi huwa mibni fuq 10 dimensjonijiet u 20 indikatur, b’żewġ indikaturi għal kull dimensjoni. Id-dimensjonijiet jinkludu s-sostenibbiltà ambjentali, il-kwalità tal-ambjent lokali, is-saħħa, il-benesseri personali, l-akkomodazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-parteċipazzjoni ċivika u d-drittijiet, id-dħul u l-ġid, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-kwalità tax-xogħol.
Kull dimensjoni għandha piż ugwali ta’ 10% fl-indiċi ġenerali, filwaqt li ż-żewġ indikaturi fi ħdan kull dimensjoni għandhom piż ugwali bejniethom. Il-qafas huwa bbażat fuq data statistika minn sorsi uffiċjali, fosthom l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Eurostat.
L-indiċi huwa bbażat fuq indikaturi statistiċi li d-data tagħhom tiġi aġġornata fuq bażi annwali. Madankollu, peress li l-indikaturi jiġu minn sorsi differenti, id-data rispettiva ma tkunx disponibbli kollha fl-istess żmien, u f’ċerti każijiet jgħaddu diversi xhur qabel ma tiġi ppubblikata. Għaldaqstant, l-indiċi se jiġi aġġornat perjodikament ladarba tkun disponibbli d-data kollha meħtieġa għall-indikaturi li jiffurmaw parti minnu.
Barra minn hekk, għaddejja ħidma sabiex, apparti l-indiċi ġenerali fuq livell nazzjonali, jiġu żviluppati ukoll indiċijiet speċifiċi għal kategoriji differenti tas-soċjetà. Fost dawn hemm indiċijiet iddedikati għall-anzjani u għaż-żgħażagħ, kif ukoll indiċi speċifiku għal Għawdex, sabiex ikun jista’ jsir kejl aktar immirat tal-benesseri ta’ dawn il-gruppi u tar-reġjun.
Dawn l-indiċijiet se jkomplu jsaħħu l-qafas eżistenti u jipprovdu għodda aktar dettaljata sabiex il-progress fil-benesseri jkun jista’ jiġi mmonitorjat u evalwat b’mod aktar komprensiv.
Jista’ l-Ministru jgħid liema indikaturi u metodi jintużaw biex jitkejlu r-riżultati u l-impatt fuq il-parteċipanti, separatament għall-Youth Wellbeing Festival u għal-Life Skills Lab tal-2026? Jista’ jgħid ukoll jekk humiex ser jiġu ppubblikati rapporti ta’ evalwazzjoni, is-sejbiet tal-konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minnhom, u jekk iva, meta? Jista’ jgħid ukoll kif ser jiġu kkunsidrati dawn ir-riżultati fit-tfassil tal-politika pubblika?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, matul il-Youth Wellbeing Festival 2026, inġabar rispons mingħand il-parteċipanti permezz ta’ formoli ta’ evalwazzjoni dwar l-esperjenza tagħhom, il-kwalità tal-attivitajiet u l-benefiċċji miksuba.
Fil-każ tal-Life Skills Lab 2026, inġabar feedback mingħand iż-żgħażagħ parteċipanti kif ukoll mingħand il-ġenituri tagħhom dwar l-esperjenza u l-benefiċċji tal-programm.
Il-feedback miġbur jintuża biex issir evalwazzjoni interna bil-għan li kull sena jitjiebu l-inizjattivi li jsiru sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet disponibbli fil-programm Youth.Inc u kemm minnhom huma okkupati fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikanti fuq il-lista ta’ stennija, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija u jekk hemmx pjanijiet biex tiżdied il-kapaċità tal-programm?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 79 parteċipant fil-programm Youth.Inc.
Ma hemm l-ebda applikant fuq il-lista ta’ stennija.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ żgħażagħ li rreġistraw għall-programm Youth.Inc, kemm minnhom temmewh u kemm minnhom waqfu qabel temmewh, mill-2021 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll, għal kull sena, l-infiq totali fuq il-programm u n-numru ta’ parteċipanti li, wara li temmewh, daħlu fl-impjieg jew komplew bl-edukazzjoni jew bit-taħriġ, filwaqt li jispeċifika l-perjodu li matulu ġew segwiti dawn ir-riżultati?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni disponibbli dwar il-programm Youth.Inc hija kif ġej:
Sena
Temmew il-programm
Daħlu fl-impjieg
Komplew bit-taħriġ
Ma xtaqux jiġu segwiti
2021–2022
9 temmew kompletament u 14 parzjalment
9
16
4
2022–2023
25 temmew kompletament u 3 parzjalment
10
6
9
2023–2024*
—
2
4
2
2024–2025
19 temmew kompletament u 11 parzjalment
11
9
10
*Matul is-sena 2023–2024, minħabba bidliet fil-programm, ma kienx hemm grupp fit-tielet sena.
Skejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2279 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u jgħid jekk s’issa hemmx stimi preliminari ta’ kemm kien hemm differenza fil-bookings fl-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani għas-sajf tal-2026 meta mqabbel mas-sajf tal-2025?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Skejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2279 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u jgħid jekk s’issa hemmx stimi preliminari ta’ kemm kien hemm differenza fil-bookings fl-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani għas-sajf tal-2026 meta mqabbel mas-sajf tal-2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-istatistika għall-2026 se tinġabar u tiġi ppubblikata mill-NSO f’April 2027.
Tista’ l-Ministru tgħid liema kriterji jintużaw biex jintgħażlu l-irħula fejn jintużaw il-Pedestrian Sweepers tad-Direttorat tat-Tindif, u jekk dawn jintużawx fl-irħula kollha jew inkella ċerti rħula jingħataw prijorità?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata li l-Pedestrian Sweepers tad-Diviżjoni huma disponibbli għal-lokalitajiet kollha u m’hemmx lokalitajiet li jingħataw prijorità fuq oħrajn bħala prinċipju ġenerali.
Il-proċedura normali hi li l-Kunsill Lokali jagħmel talba lid-Diviżjoni sabiex jiġi allokat Pedestrian Sweeper fil-lokalità. Qabel ma ssir l-allokazzjoni, il-Kunsill irid jiżgura li għandu spazju u post adegwat fejn il-magna tkun tista’ tinżamm b’mod sigur u xieraq u post fejn tkun iċċarġjata.
Barra minn hekk, il-persuni li jkunu se joperaw il-magna jridu jingħataw it-taħriġ meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-Pedestrian Sweeper jintuża b’mod korrett, sigur u effettiv.
Għaldaqstant, l-allokazzjoni ssir fuq talba tal-Kunsill Lokali u wara li jiġu vverifikati dawn il-kundizzjonijiet operattivi u ta’ sigurtà.
Skejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk s’issa hemmx stimi preliminari ta’ kemm kien hemm differenza fil-bookings fl-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani għas-sajf tal-2026 meta mqabbel mas-sajf tal-2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għad-dokument tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li ġie ppubblikat fl-2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan id-dokument li kellha ssir fl-2025/26, “biex tiżgura li tibqa’ rilevanti għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ”, għadhiex ippjanata li ssir u jekk iva, meta se tiġi ppubblikata?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-proċess tal-mid term review ser jitwettaq hekk kif mitlub mill-istess Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ
Peress li fi studju riċenti bl-isem ‘Temperature-sensitive incubation, transmissibility and risk of Aedes albopictus-borne chikungunya virus in Europe’, Malta ngħatat riskju għoli għat-tixrid taċ-Chikungunya Virus permezz tan-nemus, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn xi każijiet irrappurtati u jekk hemmx xi pjanijiet ta’ mitigazzjoni għal dan ir-riskju?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sa llum ma ġew irrappurtati l-ebda każijiet ta’ Chikungunya virus akkwistati lokalment f’Malta.
Madankollu, fid-dawl tal-istudji xjentifiċi riċenti li jindikaw riskju potenzjali għat-trasmissjoni ta’ mard li jinġarr min-nemus, inkluż permezz tan-nemus Aedes albopictus, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika qed ikomplu jsaħħu s-sorveljanza epidemioloġika u entomoloġika, kif ukoll il-kollaborazzjoni mal-entitajiet rilevanti responsabbli mill-kontroll tan-nemus.
F’dan il-kuntest, Malta kisbet għotja mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) sabiex tissaħħaħ is-sorveljanza tal-vetturi, inkluż il-monitoraġġ tan-nemus u l-kapaċità nazzjonali ta’ tħejjija u rispons għal mard li jinġarr mill-vetturi. Barra minn hekk, Malta qed tipparteċipa f’Azzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea ffukata fuq il-prevenzjoni, il-preparazzjoni u l-kontroll ta’ mard li jinġarr mill-vetturi, bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jitqassmu l-aħjar prattiki f’dan il-qasam.
Is-sitwazzjoni tibqa’ qed tiġi valutata b’mod kontinwu, u kull żvilupp rilevanti jiġi indirizzat b’mod proporzjonat u skont ir-riskju għas-saħħa pubblika.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm importaturi li rreġistraw mal-Awtorità dwar l-Azzjoni Klimatika fil-kuntest tal-Carbon Border Adjustment Mechanism? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew irrappurtati tunnellati ta’ emissjonijiet għall-ewwel tliet xhur ta’ din s-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li s’issa rreġistraw 73 importatur mal-Awtorità dwar l-Azzjoni Klimatika fir-reġistru tal- Carbon Border Adjustment Mechanism. It-tunnellati ta’ emissjonijiet ser jiġu rappurtati għall-ewwel darba f’Settembru tal-2027 meta l-importaturi stess itellgħu d-dikjarazzjoni ta’ CBAM fuq ir-reġistru, li tkopri l-importazzjonijiet kollha relatati ma’ CBAM għas-sena 2026.
Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34159, 34435, 34802, 35051 u 35388 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35384, jista' l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sa Mejju 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34148, 34295, 34651, 34884 u 35319 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien.
Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34147, 34294, 34650, 34883 u 35318 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?