Legislature:
Category:
Reset
Active:

Underground refuse collection — Proġett pilota

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-ħidma fuq il-proġett pilota ta' underground refuse collection u metodi innovattivi kif jinġabar l-iskart? Jista’ wkoll jipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li inbeda xogħol inizjali ta’ riċerka dwar dan il-proġett pilota. S’issa ma kienx hemm nefqa fuqu.

Underground refuse collection — Proġett pilota

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti tagħrif dwar il-ħidma fuq il-proġett pilota ta' underground refuse collection u metodi innovattivi kif jinġabar l-iskart? Jista’ wkoll jipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25464.

Underground refuse collection — Proġett pilota

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti tagħrif dwar il-ħidma fuq il-proġett pilota ta' underground refuse collection u metodi innovattivi kif jinġabar l-iskart? Tista’ wkoll tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

LESA — Bord tal-Petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-frekwenza tal-laqgħat tal-Bord tal-Petizzjonijiet tal-LESA u jgħid kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li f’dan il-każ teżisti faċilità online fejn kull membru tal-bord jaċċessa l-petizzjonijiet li hu mistenni jiddeċiedi dwarhom. Naturalment, dan ifisser li l-ħinijiet x’ħin isir dan mhumiex l-istess għall-kull membru tal-Bord.

LESA — Bord tal-Petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Bord tal-Petizzjonijiet tal-LESA? Jista’ wkoll jagħti dettalji dwar il-frekwenza tal-laqgħat ta’ dan il-Bord u jgħid kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ matul is-sena 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

LESA — Bord tal-Petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Bord tal-Petizzjonijiet tal-LESA? Jista’ wkoll jagħti dettalji dwar il-frekwenza tal-laqgħat ta’ dan il-Bord u jgħid kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-membri tal-bord huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

ERA — Każ ta' kontravenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-istatus tar-rapport u x’konklużjonijiet jew riżultati ġew miksuba fil-każ tal-kontravenzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, quddiem l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fir-rigward tal-kontravenzjoni inkwistjoni, ir-rapport daħal għand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fit-30 ta’Awwissu 2024, ġie investigat u nġabret l-informazzjoni u l-provi neċessarji biex inħarget Notifika tal-Intenzjoni li tinħareġ Multa Aministrattiva rigward ksur tar-Regolamenti Dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta’ Skart fit-Toroq u f’Postijiet jew Żoni Pubbliċi (L.S. 549.40) fit-13 ta’ Settembru 2024, liema Notifika ġiet effettiva fit-2 ta’ Diċembru 2024 wara li ma ntlaqgħetx il-petizzjoni fuq il-multa.

Project Green — Manutenzjoni u l-irrigazzjoni tas-siġar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-pjan għall-manutenzjoni u l-irrigazzjoni tas-siġar li tħawlu mill-bidu ta' Project Green sa issa, kif ukoll l-ispejjeż sa issa u spejjeż proġettati għall-futur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tagħha numru 24185.

Project Green — Tħawwil ta’ siġar - Tenders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għat-tħawwil ta’ siġar mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tagħha numru 24186.

Project Green — Tħawwil ta’ arbuxxelli - Tenders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għat-tħawwil ta’ arbuxelli, mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tagħha numru 24187.

Project Green — Manutenzjoni tal-ġonna - Tenders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għall-manutenzjoni tal-ġonna operati minn Project Green, mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tagħha numru 24188.

Project Green — Inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22211 u tagħti dettalji speċifiċi ta’ inizjattivi ta’ Project Green li tlestew, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24043.

Project Green — Tħawwil, żvilupp urban u manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22213 u tagħti dettalji tal-infiq ta’ Project Green għas-snin 2022-2024, speċjalment fuq it-tħawwil, l-iżvilupp urban u l-manutenzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 24043, 24184 u 24188.

Project Green — Sħubija mal-entitajiet privati

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22219 u tagħti dettalji dwar kwalunkwe sħubija mal-entitajiet privati fi ħdan Project Green u tispjega x’vantaġġi ambjentali sostennibbli nkisbu minn dawn il-kollaborazzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green issieħbet mal-Kulleġġ De La Salle, Birdlife Malta, Hospice Malta u mal-Laboratorju tal-Paċi biex twettaq proġetti ta’ tħaddir u riabilitazzjoni ambjentali. Il-proġett mal-Kulleġġ De La Salle jinvolvi r-riabilitazzjoni ta’ ġnien ta’ 4,500 metru kwadru u, b’mod simili, l-kollaborazzjoni ma’ Hospice Malta issarfet fil-ħolqien ta’ ġnien ta’ 2,700 metru kwadru għall-pazjenti li qed jirċievu kura paljattiva u l-familjari tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-proġett ma’ Birdlife Malta jinvolvi xogħol ta’ riabilitazzjoni fuq medda ta’ 4,000 metru kwadru fir-riserva tas-Simar, waqt li l-proġett tal-Labortaorju tal-Paċi kien jinvolvi r-riġenerazzjoni tal-ġnien li huwa mifrux fuq medda ta' 2,000 metru kwadru. Dawn il-proġetti minn Project Green mhumiex l-uniku eżempju ta’ kollaborazzjoni bejn entitajiet tal-Ministeru u oħrajn privati. Fil-fatt, fost inizjattivi oħrajn, insemmi l-kollaborazzjoni bejn Wasterv u Nature Trust Malta, li permezz tagħha se jinħoloq proġett edukattiv fil-ġonna storiċi ta’ Romeo Romano f’Santa Venera, u anke l-ftehim bejn l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u l-istess għaqda volontarja li jkopri l-immaniġġjar tas-sit taċ-Chadwick Lakes. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi wkoll daħlet għal kollaborazzjonijiet simili ma’ għaqdiet volontarji u fost oħrajn dawn jinkludu management agreements għall-ħarsien ta’ siti naturali u inizjattivi oħra favur l-ambjent. Inizjattiva interessanti oħra, msejħa Football for the Goals, qed issir bejn id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol li permezz tagħha għadd ta’ studenti qed jitgħallmu dwar is-sbatax-il mira tal-iżvilupp sostenibbli filwaqt li jikkompetu f'turnew tal-futbol bejn l-iskejjel.

Tħawwil ta’ siġar u arbuxelli

Question

Fid-dawl li l-ġimgħa li għaddiet il-Ministru ħabbret li tħawlu 6,000 siġra u arbuxell fis-sena 2024, tista’ l-Ministru tgħid kemm minnhom kienu siġar u kemm minnhom kienu arbuxelli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24182.

Awtorità għall-Azzjoni Klimatika — Rendikont ta’ spejjeż

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22203 u tagħti rendikont ta’ spejjeż relatati mal-Awtorità għall-Azzjoni Klimatika, inkluż in-nefqa fuq l-attività tat-tnedija, PR, membri tal-bord u l-kunsill u l-pagi tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Fil-bidu t’Ottubru li għadda waqqafna l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-Ewropa u li l-għan aħħari tagħha huwa li tiżgura li l-effetti tal-bidla fil-klima jkunu segwiti ħalli hekk dan il-fenomenu jibqa’ jiġi miġġieled b’mod effettiv u b’saħħtu. L-Awtorità se tagħmel dan billi tisma’, tikkordina, u tieħu azzjoni b’mod effettiv, fosthom anke b’leġiżlazzjonijiet u regolar, filwaqt li tikkonsolida l-isforzi maqsuma tal-passat f’ħidma waħda kollettiva għall-azzjoni klimatika. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-nefqa fuq l-attività tat-tnedija, inkluż ir-relazzjonijiet pubbliċi, kienet ta’ madwar €40,000, filwaqt li l-onorarja pagabbli lill-membri tal-bord u tal-kunsill bejniethom tammonta għal €94,824 fis-sena.

Installazzjoni ta’ pannelli solari u apparat għall-effiċjenza enerġetika — Skemi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22204 u tagħti dettalji dwar l-iskemi għall-installazzjoni ta’ pannelli solari u apparat għall-effiċjenza enerġetika? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew implimentati, u kemm kienet in-nefqa, inkluż in-nefqa tal-PR, fl-2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif turi l-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ftit inqas minn elfejn familja irċevew bejniethom €6,652,454 f’benefiċċji mill-skemi għall-installazzjoni ta’ pannelli solari u apparat għall-effiċjenza enerġetika.

Enerġija rinnovabbli (10MWp)

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22205 u tagħti informazzjoni dwar kemm-il installazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fuq skala kbira (10MWp) ġew implimentati? X'riżultati inkisbu u x'inhu l-infiq għall-2024, inkluż il-PR?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infurmata li s’issa l-Ministeru tal-Enerġija approva l-allokazzjoni ta’ appoġġ lil żewġ installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċità ta’ 10MW wara sejħiet (ITB) għall-allokazzjoni ta’ għajnuna fis-snin 2023 u 2024. Dawn il-installazzjonijiet għadhom iridu jinbnew u għandhom massimu ta’ tliet snin biex jitlestew. In-nefqa totali fuq medda ta’ 20 sena ta’ ġenerazzjoni minn dawn l-installazzjonijiet hija stmata li tlaħħaq l-€20 miljun. Matul is-sena li għaddiet, REWS allokat l-ammont ta’ €13,100 (VAT inkluża) għal dak li huwa tixrid ta’ kontenut b’informazzjoni dwar din l-iskema.