Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pjan Strateġiku ta’ Malta għall-Politika Agrikola Komuni — Fawna u flora

Question

Fid-dawl li l-pjan strateġiku ta’ Malta għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) huwa konformi mal-PAK 2023–2027, li jfisser li bdiewa li jirċievu għajnuna finanzjarja huma soġġetti għal kundizzjonalità, jista’ l-Ministru jagħti ċifra approssimattiva ta’ tomna ta’ fawna u flora selvaġġi li ġew protetti minn dawn il-bdiewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-informazjoni qed tinġabar.

Pjan Strateġiku ta’ Malta għall-Politika Agrikola Komuni — Fawna u flora

Question

Fid-dawl li l-pjan strateġiku ta’ Malta għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) huwa konformi mal-PAK 2023–2027, li jfisser li bdiewa li jirċievu għajnuna finanzjarja huma soġġetti għal kundizzjonalità, tista’ l-Ministru tagħti ċifra approssimattiva ta’ tomna ta’ fawna u flora selvaġġi li ġew protetti minn dawn il-bdiewa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Nitrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli biex tiżgura l-konformità mad-Direttiva tan-Nitrati? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx statistika dwar azzjonijiet ta’ nfurzar li ttieħdu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ligi sussidjarja SL 549.66 Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati li timplimenta parti mid-direttiva tan-nitrati (91/676/EEC). L-istatistika fir-rigward ta’ azzjonijiet tan-nitrati hija kif muri hawn taħt: 2024 Parcels Livestock Fines 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 13 0 8 1 0 2023 Parcels Livestock Fines 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 2 nd enforcement letter 16 2 7 2 0 2022 Parcels Livestock Fines 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 2 nd enforcement letter 21 9 2 0 1 2021 Parcels Livestock Fines 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 2 nd enforcement letter 17 1 4 0 0 2020 Parcels Livestock Fines 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 1 st enforcement letter 2 nd enforcement letter 2 nd enforcement letter 13 0 10 2 1

Nitrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema entità hija responsabbli biex tiżgura l-konformità mad-Direttiva tan-Nitrati? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx statistika dwar azzjonijiet ta’ nfurzar li ttieħdu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li filwaqt li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) hija l-entità responsabbli għad-Direttiva tan-Nitrati (91/676/EEC), l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ssir primarjament permezz tar-Regolamenti dwar Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati (L.S. 549.66). Il-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment responsabbli mill-Agrikoltura u l-mistoqsija dwar statistika għandha tiġi referuta lill-Ministeru konċernat.

Influencers barranin — Spejjeż

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29011 u jagħti rendikont dettaljat tal-ispejjeż relatati mal-influencers barranin li ġew mistiedna f’Malta sabiex jippromwovu l-pajjiż bħala destinazzjoni turistika? Jista’ jgħid ukoll b’mod partikolari: i. kemm tħallsu individwalment dawn l-influencers; ii. x’kien il-proċess u l-kriterji tal-għażla tagħhom; iii. kemm mill-ispejjeż l-oħra ġew koperti, bħal titjiriet, akkomodazzjoni, trasport, ikel jew perks oħra; u iv x’kienet l-ispiża totali relatata ma’ din il-kampanja promozzjonali, inkluż l-extra kollha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tagħmel użu minn mezzi varji biex tkun tista’ tippromwovi l-pakkett turistiku Malti bl-aħjar mod bħala destinazzjoni ta’ kwalità. Kif tista’ tifhem l-Onor. Interpellant, il-mezzi soċjali huma mezz effettiv, tant li pajjiżi oħra wkoll jagħmlu użu minn servizzi ta’ kumpaniji internazzjonali ta’ marketing għal dan il-għan. Infurmat illi l-influencers involvuti f’din il-kampanja, sitta b’kollox, ġew magħżula skont lista li ngħatat mill-Aġenzija imqabbda u dan wara li ġew shortlisted skont id-disponnibbilita’ tagħhom, skont il-profil tas-segwaċi (following u engagement) tagħhom u l-pajjiż minn fejn huma s-segwaċi tagħhom. Dan dejjem wara li kien aċċertat li dawn jaqblu mal-istrateġija tal-MTA. Dawn l-influencers ma ġewx imħallsa mill-MTA. Infurmat li l-kumpanija li tat dan is-servizz kienet marbuta li tagħti ammont minimu ta’ deliverables u fl-aħħar tal-promozzjoni kienet għaddiet iktar minn dak li kien ġie maqbul tant li tajjeb li wieħed jinnota li din il-kampanja ġiet imsemmija bħala waħda mill-aqwa ħames kampanji ta’ marketing minn sit barrani. Intant, infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar spejjeż u ħlasijiet ma tistax tkun fornuta minħabba li din l-informazzjoni hija marbuta bi klawżola ta’ kunfidenzjalità kummerċjali.

Manoel Island — Konċessjoni - Penali/multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29010 u jgħid jekk qatt ġewx imposti penali jew multi fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-konċessjoni ta’ Manoel Island, b’mod partikolari wara li naqset milli tlesti żvilupp sostanzjalment sal-31 ta’ Marzu 2023, kif stipulat fil-ftehim ta’ kunċessjoni? Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ infurzar, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan ma sarx, minkejja d-dispożizzjonijiet kuntrattwali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kundizzjonijiet ta’ kull konċessjoni ma jiffurmawx parti mill-kundizzjonijiet tal-ippjanar.

Manoel Island — Konċessjoni - Penali/multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29009 u jgħid jekk qatt ġewx imposti penali jew multi fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-konċessjoni ta’ Manoel Island, b’mod partikolari wara li naqset milli tlesti żvilupp sostanzjalment sal-31 ta’ Marzu 2023, kif stipulat fil-ftehim ta’ kunċessjoni? Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ infurzar, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan ma sarx, minkejja d-dispożizzjonijiet kuntrattwali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra stqarrija u kopja ta att ġudizzjarju li diġà ġew resi pubbliċi fil-jiem li għaddew.

Public Service Expo — Retainers għal PR u l-Proċess ta’ Għażla

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28843 u jagħti break down tan-nefqa totali relatata mas-servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi (PR) għall-Public Service Expo? Jista’ wkoll jindika l-ammont eżatt imħallas bħala retainers lill-aġenziji jew lill-konsulenti tal-PR, kif ukoll jagħti spjegazzjoni dettaljata tal-proċess ta’ kif dawn ġew magħżula, u jekk intużawx sejħiet pubbliċi jew ordnijiet diretti?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-ħidma kollha relatata mar-relazzjonijiet pubbliċi għall-Public Service Expo Village li kien ta' suċċess kbir sar kollu internament mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u ma ġewx imqabbda aġenziji jew konsulenti.

Manoel Island — Konċessjoni - Penali/multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt ġewx imposti penali jew multi fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-konċessjoni ta’ Manoel Island, b’mod partikolari wara li naqset milli tlesti żvilupp sostanzjalment sal-31 ta’ Marzu 2023, kif stipulat fil-ftehim ta’ kunċessjoni? Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ infurzar, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan ma sarx, minkejja d-dispożizzjonijiet kuntrattwali?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Manoel Island — Konċessjoni - Penali/multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt ġewx imposti penali jew multi fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-konċessjoni ta’ Manoel Island, b’mod partikolari wara li naqset milli tlesti żvilupp sostanzjalment sal-31 ta’ Marzu 2023, kif stipulat fil-ftehim ta’ kunċessjoni? Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ infurzar, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan ma sarx, minkejja d-dispożizzjonijiet kuntrattwali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpallanta li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Influencers barranin — Spejjeż

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont dettaljat tal-ispejjeż relatati mal-influencers barranin li ġew mistiedna f’Malta sabiex jippromwovu l-pajjiż bħala destinazzjoni turistika? Jista’ jgħid ukoll b’mod partikolari: i. kemm tħallsu individwalment dawn l-influencers; ii. x’kien il-proċess u l-kriterji tal-għażla tagħhom; iii. kemm mill-ispejjeż l-oħra ġew koperti, bħal titjiriet, akkomodazzjoni, trasport, ikel jew perks oħra; u iv x’kienet l-ispiża totali relatata ma’ din il-kampanja promozzjonali, inkluż l-extra kollha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Public Service Expo — Retainers għal PR u l-Proċess ta’ Għażla

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti break down tan-nefqa totali relatata mas-servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi (PR) għall-Public Service Expo? Jista’ wkoll jindika l-ammont eżatt imħallas bħala retainers lill-aġenziji jew lill-konsulenti tal-PR, kif ukoll jagħti spjegazzjoni dettaljata tal-proċess ta’ kif dawn ġew magħżula, u jekk intużawx sejħiet pubbliċi jew ordnijiet diretti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Tas-Sliema — Charging Stations

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations ġewwa Tas-Sliema u jekk iva, tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 50 charging point li se jsiru f’Tas-Sliema. Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu f’Tas-Sliema jinsabu fi Triq it-Torri (4), Triq ix-Xatt (4), Tigne Seafront, Ix-Xatt ta’ Qui Si Sana, Triq George Borg Olivier, Triq Mrabat, Triq San Ġwann Bosco, Triq Parisio, Triq Ċensu Xerri, Triq Sir Adrian Dingli, Triq Capua, Triq St Ignatius Jct, Triq Santa Marija, Triq Windsor, Triq Manwel Dimech, Triq Matthew Pulis, Triq il-Kbira, Triq Marjanu Vella u Triq Falzon.

Veterinary Regulation Directorate — Irziezet tat-tiġieġ tal-bajd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema sena hemm records ta’ irreġistrar ta’ irziezet tat-tiġieġ tal-bajd f’Malta u Għawdex mal-‘Veterinary Regulation Directorate’?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li rekords uffiċjali tal-irziezet tat-tiġieġ tal-bajd f’Malta u Għawdex mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja, hemm irreġistrati mis-sena 2001.

Irziezet tal-majjali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bil-lokazjoni ta’ irziezet tal-majjali li kienu joperaw f’Malta u Għawdex fl-1978?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dak li l-informazzjoni li qed tintalab mhix disponibbli fil-Ministeru li jiena responsabbli għalih.

Segretarjat għall-Indafa Pubblika — Direttorat tal-Indafa - Rendikont tal-baġit annwali u nfiq

Question

Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti rendikont tal-baġit annwali u l-infiq tad-Direttorat tal-Indafa għall-aħħar 20 sena u taqsam din l-informazzjoni sena b'sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-allokazzjonijiet annwali tad-Direttorat imsemmi huma disponibbli fl-Estimi Finanzjarji li ta’ kull sena jiġu ppubblikati u approvati minn din il-Kamra.

Direttorat tal-Indafa — Rendikont tal-baġit annwali u nfiq

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-baġit annwali u l-infiq tad-Direttorat tal-Indafa għall-aħħar 20 sena u taqsam din l-informazzjoni sena b'sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26355, li għamlet hi stess u li hija identika.

Underground refuse collection — Proġett pilota

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar il-ħidma fuq il-proġett pilota ta' underground refuse collection u metodi innovattivi kif jinġabar l-iskart? Tista’ wkoll tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.