Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vjaġġi minn impjegati tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħidilna kemm saru kilometri ta' ivjaġġar minn impjegati tal-Gvern li huma intitolati li jkollhom il-log book u b'numru fiss ta' kilometri li jistgħu jitħallsu tagħhom, kull xahar, matul dawn l-aħħar ħames snin xahar b'xahar? X'inhi r-rata tal-ħlas? Min jiffissa din ir-rata ta' kilometri għal kull persuna u fuq liema bażi? Kemm kien il-ħlas globali xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, bl-eċċezzjoni ta’ dak li jirrigwarda l-MCAST, li ma laħqetx tasal fil-ħin.

baġit għal skopijiet ta' safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm alloka fondi mill-baġit għal skopijiet ta' safar kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-aħħar tliet snin? Min għamel użu minn dawn il-fondi minn kull dipartiment persuna b'persuna, u sena b'sena? Fejn kienet kull mawra? Kemm damet kull mawra? Kemm swiet kull mawra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Fondi għall-IT fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħidilna għaliex il-planning miltub mill-MITTS biex jingħataw fondi lid-Direttorati tal-Edukazzjoni ghal skopijiet ta' IT fl-iskejjel qed jiġi rifjutat lilha? Min huwa d-Direttur jew l-entità konċernata li qed tirrifjuta li tagħmel dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi ta’ l-iSkejjel mhux konxju li hemm xi Direttur jew entita’ li qed jirrifjutaw li jagħtu lill-MITTS il-planning mitlub minnha biex jingħataw fondi lid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni għal skopijiet ta’ IT fl-iskejjel.

Periti mal-Foundationa for Tomorrow School

Question

Tista' l-Ministru tgħidilna kemm huma u min huma l-periti li għandha impjegati magħha l-Foundation for Tomorrow School? Liema skejjel jaqgħu taħt kull perit? X'xogħol sar minn kull perit matul dawn l-aħħar ħames snin skola b'skola? X'inhu s-salarju ta' kull perit li hemm mal-Foundation for Tomorrow Schools sew dawk li huma full time u wkoll dawk li huma part time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Technical services branch u gardening section — Overtime

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rigward l-overtime magħmul mit-taqsimiet tat-technical services branch u l-gardening section matul is-sajf li għadda, ingħatat l-impressjoni li ma kienx hemm preferenzi fil-għoti ta' dan l-overtime. Tista' l-Ministru tagħti lista tan-nies li ma ingħatawx l-overtime? Mil-liema trades kienu kull wieħed? X'kienet r-raġuni li dawn l-individwi ma ingħatawx il-possibilità li jagħmlu overtime?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-nies mit-taqsimiet imsemmija mill-Onor Interpellant li ma ħadmux sahra matul is-sajf li għadda huma kif ġej: Numru Sengħa 3 Aluminium 12 Carpentry 5 Drainage 11 Electrical 31 Gardener 13 Masonry 3 Membrane 20 Painting 9 Plumber 12 Welder Ma jidhirlix li nagħti l-ismijiet tal-persuni konċernati. Kienu bosta r-ragunijiet għalfejn dawn il-ħaddiema ma ħadmux sahra, fosthom kien hemm min irrifjuta li jagħmel sahra kif ukoll li kien hemm xogħol li għalih ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ sahra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Xiri ta' equipment

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus minn kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha għal xiri ta' equipment ġdid matul din is-sena, dipartiment b'dipartiment? Kemm intnefaq fuq kull oġġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Equipment li ġie ċċertifikat obsolete/unserviceable

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-equipment li ġie ċċertifikat obsolete jew unserviceable, minn kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha, matul dawn l-aħħar tliet snin, dipartiment b'dipartiment? X'isir minnhom dawn l-oġġetti? Hemm xi skema biex dawn l-oġġetti jinġabru mis-sezzjoni tal-Bulky Refuse tal-indafa pubblika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Improvements strutturali f'kull dipartiment

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'improvements strutturali, interni u esterni, saru minn kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha, matul dawn l-aħħar ħames snin dipartiment b'dipartiment? X'kienu dawn l-improvements wieħed b'wieħed? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li l-Mistoqsija tinvolvi l-ġbir ta’informazzjoni mill-firxa kollha tal-Ministeru tiegħi, dipartiment b’dipartiment, fuq perjodu ta’ l-aħħar ħames snin, u peress li ħafna mill-informazzjoni trid tinġabar b’mod manwali u tinvolvi ħafna xogħol, l-Interpellant jiġi mogħti t-tweġiba meta, fil-ġejjieni qrib, il-proċess tal-ġbir jintemm kollu.

Ġarr ta' żbir ta' siġar u skart ieħor

Question

Tista' l-Ministru tgħidilna liema kienu l-aġenziji li kienu mqabbdin sew mill-FTS u mid-Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin biex iġorru żbir ta' siġar u skart ieħor? Kemm-il darba kull aġenzija kienet mqabbda xahar, xahar matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm-il trip għamlet kull aġenzija kull meta ġiet imqabbda? X'mezzi intużaw għal ġarr f'kull okkażjoni? Fejn kienu l-postijiet li minnhom dawn l-aġenziji intalbu jġorru l-iskart? Kemm tħallset kull aġenzija sew mill-FTS u mid-Direttorati tal-Edukazzjoni sena b'sena? Min jawtorizza dan il-ġarr?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan ix-xogħol sar fuq talba mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni kif wkoll mill-periti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.

Dipartimenti fid-dekasteru tal-Edukazzjoni — xogħol tal aluminium

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet tal-aluminium matul dawn l-aħħar ħames snin fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha dipartiment b'dipartiment? X'kienu dawn ix-xogħlijiet dipartiment b'dipartiment? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ għall kull proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Period Contracts

Question

Tista' l-Ministru tgħidilna liema kienu l-period contracts li ġew użati sew mill-FTS, TSB u d-Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin sezzjoni b'sezzjoni, xahar b'xahar? Kemm kienet in-nefqa kull darba li ntużaw il-period contracts? Liema kienu l-kuntratturi li minn għandhom inxtraw l-affarijiet? Kemm intnefqu flus għand kull kuntrattur xahar b'xahar matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2979 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Ċentri privati - IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini humiex kollha aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3980.
Leg 11 PQ #3980 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — Ċentri Privati - IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2979 u jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini humiex kollha aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma hijiex etika li nippubblika informazzjoni dwar kumpaniji privati. Madankollu, m’għandix diffikultà li ngħaddi din l-informazzjoni b’mod privat lill-Onorevoli Interpellant.

Foundation for tomorrow schools — job description tal-general manager

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-job description tal-general manager tal-Foundation for Tomorrow Schools? Jekk jeżisti, min ifformula dan il-job description u min awtorizzah? X'inhu s-salarju marbut ma' din il-pożizzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-job description tal-General Manager tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada ġiet ifformulata miċ-Chairman tal-Fondazzjoni , b’awtorizzazzjoni tal-Board ta’ l-istess Fondazzjoni. Is-salarju marbut ma’ din il-pożizzjoni huwa ta’ €32,611.

Book fair

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa' l-book fair din is-sena? Kemm huwa stmat li attendew nies b'kollox? Kemm kien hemm book fair stewards u min kienu? X'inhi l-pożizzjoni tagħhom fiċ-ċivil u kemm ħa kull wieħed minnhom? Tista' tgħid kemm skejjel żaru din il-book fair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb din is-sena ġiet tiswa € 42,305.22. Huwa stmat li n-numru ta’ nies li attendew il-Fiera din is-sena huwa ta’ 15,000 persuna. Kien hemm żewġ Bookfair Stewards li kienu Anselm Sciberras u Shirley Dalli u l-pożizzjoni tagħhom hija ta’Library Officer u Executive Officer rispettivament. Kull persuna ħadet €350 għall-perjodu kollu. Din is-sena żaru l-Fiera 50 skola. Dawn kienu kemm skejjel ta’ l-Istat, kif wkoll tal-Knisja u Privati.

Insurance policies tal-karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm karozzi fis-sezzjonijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sezzjoni b'sezzjoni? X'medja ta' snin għandha kull karozza? Fuq kemm u kif hija inxurjata kull karozza? Liema huma l-aġenziji li qed jipprovdu l-insurance policies ta' dawn il-karozzi? Kemm minn dawn il-karozzi ser jiġu skrappjati u minflokom ser jiddaħħlu karozzi li jaħdmu bl-elettriku? Kemm fondi hemm allokati mill-budget ta' din is-sena għal dan l-iskop?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pubblikazzjoni ta' policy document

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ppubblikat min-naħa tal-Ministeru xi policy document ta' kif ser jiġi indirizzat il-konċett ta' energy saving biex iservi ta' gwida fis-sezzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Ministeru qed jaħdem dwar draft policy document dwar inizjattivi favur l-ambjent li jinkorpora il-kunċett ta’ Energy Saving u kif dan id-dokument ikun iffinalizzat ser jintbagħat lid-Dipartimenti u l-Entitajiet kollha tiegħu. Infurmata ukoll li sadanittant kull Dipartiment u Entita’ ħatru Greenleader taħt il-gwida ta’ Assistent Direttur li hu nkarigat minn din il-policy.

Uffiċjali li jmorru Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus, tul dawn l-aħħar ħames snin biex uffiċjali u nies oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha jmorru Għawdex? Mil-liema sezzjonijiet ġew dawn l-individwi sezzjoni b'sezzjoni? Kemm-il darba mar kull individwu u meta? X'kienet ir-raġuni ta' kull mawra? Kemm intnefqu flus fuq hospitality konnessi ma' dawn il-mawriet sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Din ma tinkludix l-informazzjoni dwar l-Universita’, li ma’ waslitilniex sal-ħin ta’ deposizzjoni. Din l-informazzjoni tingħata meta taslilna.

Overtime fid-dekasteru tal-Ministeru

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar overtime f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha matul din is-sena? Kemm ammontaw il-ħlasijiet xahar b'xahar f'kull dipartiment għal dan il-għan? Min kienu n-nies li għamlu overtime kull wieħed u x'kienu ċ-ċirkostanzi li minħabba fihom sar l-overtime f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li l-Mistoqsija għandha l-firxa tad-dikasteri kollha tal-Ministeru tiegħi, u tirrigwarda x’sar matul sena sħiħa, il-ġbir tal-informazzjoni jinvolvi ħidma kbira. Minħabba f’hekk, it-tweġiba tiġi mogħtija meta tkun tlestiet din il-ħidma.

Diretturi tal-ministeru — safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ammont ta' safar sar mid-diretturi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħha biex jonoraw il-commitments tagħhom bħala diretturi matul dawn l-aħħar tliet snin, wieħed b'wieħed, dipartiment b'dipartiment u safra b'safra? Kemm intnefqu flus fuq kull safra? X'kien l-eżitu ta' kull safra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.