Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Xiri ta' ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ammont ta' ilma nxtara mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha xahar b'xahar u dipartiment b'dipartiment matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ġie jiswa dan l-ilma xahar b'xahar? Min huma l-aġenziji li mingħandhom jinxtara l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna ingħatat lill-iskejjel u Kulleġġi fuq evalwazzjoni interna mid-Dipartiment tal-Quality Assurance? Liema kienu l-iskejjel li rċevew din l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Dipartiment tal-Quality Assurance twaqqaf dawn l-aħħar xhur u ż-żewġ Assistenti Diretturi ġew ingaġġati f’Novembru. Diġa’ saru pjanijiet biex l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex – kemm dawk statali u mhux – sejrin jingħataw taħriġ fix-xhur li ġejjin permezz ta’ Workshops fi gruppi żgħar fuq it-tema ta’ School Development Planning u school-based self-evaluation.
Tista' l-Ministru tgħid xi proposti saru dwar il-Performance Management Programme (PMP) tal-għalliema mid-Dipartiment tal-Quality Assurance? Liema minn dawn il-proposti ġew aċċettati u attwati? Kif saret l-evalwazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Dipartiment tal-Quality Assurance għamel evalwazzjoni intensiva fuq medda ta’ tlett xhur biex ġew ippreżentati u żviluppati proposti ġodda kif jista’ jiġi mtejjeb il-Performance Management Programme (PMP). Din l-evalwazzjoni involviet l-ewwel nett proposta strateġika li d-Direttur ippreżenta lid-Diretturi Ġenerali, lis-Segretarju Permanenti u lill-Ministeru. Wara li l-proposta ġiet aċċettata ġie mniedi grupp biex iħares lejn kif nistgħu ntejbu l-PMP’s. Dan sar permezz ta’ riċerka u metodoloġiji diversi:
1. Review tar-riċerka lokali fuq il-PMP dawn l-aħħar tlett snin, jiġifieri minn meta bdew il-PMPs.
2. Workshop għall-Prinċipali u l-Kapijiet tal-iskejjel kollha ġewwa Malta u Għawdex.
3. Eżerċizzju li l-kapijiet tal-iskejjel ħadmu ma’ l-għalliema tagħhom waqt School Development Session.
4. Review tal-letteratura internazzjonali fuq teacher evaluation u performance management.
5. Review tad-dokument ippreżentat mill-Malta Union of Teachers.
6. Diskussjonijiet u deliberazzjonijiet ma’ uffiċjali fid-Direttorati u bejn il-PMP Review Team.
7. Diskussjonijiet ma’ membri tal-Management and Personnel Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Din l-istrateġija wasslet biex żviluppajna erba’ dokumenti li ġew diskussi kemm mad-Diretturi Ġenerali, d-Diretturi u l-Prinċipali kollha, kif ukoll ġew ippreżentati lis-Segratarju Permanenti u lill-Ministeru u lis-Segretarju Permanenti Prinċipali.
Wara dawn il-laqgħat saret laqgħa mal-Malta Union of Teachers.
Dawn id-dokumenti kienu ppreżentati lill-iskejjel kollha waqt laqgħat mal-Council of Heads.
Tista' l-Ministru tgħid kemm skejjel sarilhom external audit waħda b'waħda? Meta saru dawn l-audits u x'kienu l-konklużjonijiet li waslu għalihom l-awdituri skola b'skola? Min kienu l-awdituri f'kull audit li sar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Education Officers fid-Direttorati tal-Edukazzjoni mhux qed jingħataw iktar il-log book biex ikunu jistgħu jużaw il-karozzi privati tagħhom biex jagħmlu żjarat fl-iskejjel fuq qadi tad-dmirijiet tagħhom u minflok qed ikollhom jibbukkjaw it-trasport li ħafna drabi ma jkunx disponibbli meta proprju jkunu jriduh fuq qadi li jkun jeħtieġ attenzjoni mmedjata? Ċertament li b'dan il-mod l-iskejjel mhux qed jiġu moqdija sew u b'effiċjenza. Tista' tgħid ukoll kemm karozzi hemm disponibbli għal dan il-għan? Għaliex Education Officer irid jibbukkja sa minn tlett ijiem qabel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux minnu li l-Education Officers mhux qed jingħataw aktar il-log books biex jużaw il-karozzi privati tagħhom fuq dmirijiethom.
Iżda kif inhu stipulat fil-
Public Service Management Code
, id-Direttorati tal-Edukazzjoni jagħmlu
reviews
regolari tal-konċessjonijiet għall-użu tal-karozzi privati fuq xogħol uffiċjali. Dawn ir-
reviews
isiru wkoll biex ikunu allokati tajjeb il-fondi għad-dispożizzjoni tad-Direttorati.
Meta jkun possibli, d-Direttorati jesiġu li jsir użu mit-trasport tad-Dipartiment skond id-Direttivi ta’ Sezzjoni 8.2.10.2 tal-
Public Service Management Code
. Il-
bookings
ikunu jridu jsiru minn tlett’ijiem qabel għal raġunijiet ta’ ppjanar. In-numru ta’ karozzi disponibbli huwa ta’ għaxra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ħaddiema tad-drainage section tat-TSB qed jiġu sfurzati mid-Direttur għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel biex jaċċettaw biss time-in-lieuminflok flus biex jitranġaw il-ħsarat konsiderevoli li hemm fuq is-sistema tad-drenaġġ fix-shafts tal-Head Office tal-Edukazzjoni, Furjana? Għaliex għal dawn in-nies m'hemmx flus wara n-nefqa esaġerata li kien hemm fuq l-overtime tal-ħaddiema tat-TSB u l-gardening section matul is-sajf li għadda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hekk kif sar ix-xogħol ta’ tiswijiet fis-sistema tad-drenaġġ fix-xafts tal-Head Office tad-Direttorati tal-Edukazzjoni minn ħaddiema tat-Technical Services Branch, ittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn jitħallsu overtime u l-ħlas sar mal-paga tad-29 ta’ Diċembru 2008.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha s-sezzjoni tal-ġarr tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Meta ġiet xolta din is-sezzjoni? Kemm kien fiha nies? Min kienu wieħed wieħed? Fejn tqassmu dawn in-nies sezzjoni b'sezzjoni? X'qed jagħmlu fil-preżent kull wieħed minn dawn in-nies? Tista' tikkonferma jekk hux minnu li meta jkun hemm bżonn ta' ġarr u tqandil qed jinqalgħu n-nies minn fuq ix-xogħol tal-manutenzjoni biex imorru jġorru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Sezzjoni tal-Ġarr tad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni kienet xolta fl-20 ta’ Settembru, 2007. Din is-Sezzjoni kien fiha erba’ General Hands. Tlieta minn dawn il-General Hands intbagħtu fl-istores tad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni biex jgħinu fit-tqassim tat-textbooks fl-iskejjel u jagħmlu xogħol ieħor ta’ din it-taqsima skond il-ħtieġa. Il-General Hand l-ieħor kien trasferit fl-iskola Primarja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi fuq xogħol ta’ tindif.
Meta jkun hemm bżonn ta’ ġarr u tqandil, isir pjan ta’ azzjoni mill-
Operations Manager
tat-
Technical Services Branch
dwar ix-xogħol meħtieġ. Hu jieħu ħsieb l-operat kollu tal-ġarr. Normalment il-ġarr jinbeda minn filgħodu u b’hekk jiġi evitat li ħaddiema jinqalgħu minn fuq xi lant tax-xogħol. Dan it-tip ta’ xogħol ma jkunx spiss u ma jkunx itwal minn ġurnata jew tnejn.
Kumpaniji li ġew ikkummissjonati biex jagħmlu xogħol ta' ġarr
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-kumpanniji li ġew ikkummissjonati mid-Direttorati tal-Edukazzjoni biex jagħmlu xogħol ta' ġarr matul dawn l-aħħar ħames snin? Min kienu l-aġenziji waħda waħda? Kemm-il kummissjoni ħadet kull aġenzija? Kemm swiet kull kummissjoni waħda b'waħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru konferenzi fin-National Curriculum Centre ġo Tas-Samra minn mindu fetaħ, xahar b'xahar? Tista' tgħid x'kien is-suġġett ta' kull konferenza u d-dati ta' meta saret kull konferenza? Kemm ġiet tiswa kull konferenza lid-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li minn mindu fetaħ in-National Curriculum Centre ġo tas-Samra sal-2008 saru seba’ konferenzi. L-ispejjeż tal-konferenzi tal-Kunsill tal-Ewropa jinkludu ħlasijiet għal akkomodazzjoni tad-delegati barranin f’lukandi.
Data
Suġġett
Kemm ġiet tiswa
19-23/04/04
Council of Europe Conference Eduation through Sports
Lm4437.79
14-18/03/05
Council of Europe Conference
Citizenship & Educational Challenge
Lm2855.00
09-10/05/05
EUNEC Conference
Lm 151.04
26-28/04/06
Council of Europe Conference:
How to promote children’s thinking in Europe through investigative learning at school
Lm1784.10
24-27/04/07
Council of Europe Conference: A Route to Equality and Fairness in School
€ 2882.87
15-18/04/08
Council of Europe Conference: Creating opportunities for developing intercultural dialogue
€ 4140.98
Librerija Nazzjonali — Żjarat minn delegazzjonijiet uffiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il delegazzjoni uffiċjali żaret il-Librerija Nazzjonali matul dawn l-aħħar ħames snin? Liema kienu dawn id-delegazzjonijiet waħda b'waħda? Liema kienu d-dati ta' kull żjara u minn liema pajjiżi ġew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul dawn l-aħħar ħames snin żaru l-Biblijoteka Nazzjonali dawn id-delegazzjonijiet uffiċjali:
Sena
Delegazzjoni
Data
Pajjiż
2004
Xejn
2005
Delegazzjoni Spanjola li kienet tinkludi r-
Royal Falconer
u rappreżentanti tan-nobilta’ Spanjola, fosthom membri prominenti tal-familji tal-Gran Mastri Cotoner u Ximenes
5 ta’ Settembru 2005
Spanja
2006
Xejn
2007
Delegazzjoni immexxija mill-Prinċipessa tad-Danimarka, Benedikte
Delegazzjoni immexxija mill-President ta’ l-Ungerija H.E. Mr Laszlo Solyom
9 ta’ April 2007
1 ta’ Ġunju 2007
Danimarka
Ungerija
2008
Xejn
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3396, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ma tinżammx statistika dwar is-sick leave separata għas-sezzjonijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Ir-raġuni hi dovuta għan-nuqqas ta' riżorsi umani, ineffiċjenza, jew inkella ma teżistix database?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-database tas-sick leave tinżamm fuq bażi personali għaliex is-sistema ta’ l-informatika li minnha tinġabar l-istatistika ma tindikax is-sezzjoni.
MCAST : BTEC Higher National Diploma in Electrical/Electronic Engineering
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex unit 2 (analytical methods for engineers) beda tard f’Ottubru, (madwar tliet gimghat tard) u issa l-istudenti se jitilfu 20 siegħa mill-kors? Tista’ tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni biex l-istudenti jifhmu dan il-unit peress li qed isir bil-għaġġla biex ilaħħqu mal-materjal kollu u wasluli ħafna lmenti mingħand studenti differenti li ma fehmu kważi xejn minn dan il-unit, tant li qed isibu diffikultajiet kbar biex jagħmlu l-assignments mogħtija għax fil-klassi ma laħqux għamlu l-problemi li jridu jsolvu ta’ applied engineering u fuq dan il-unit se jinbnew units oħra u għalhekk jekk se jibqgħu ma jifhmux dan il-unit mhux se jkunu f'pożizzjoni tajba li jifhmu l-units li gejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Unit 2 (Analytical Methods for Engineers) huwa parti minn kors ta’ filgħaxija. Dan il-kors beda tlett ġimgħat tard peress li fil-bidu tas-sena ma kienx għad hemm in-numru minimu ta’ persuni biex jagħmel dan il-kors ekonomikament vijabbli.
Għal dan il-Unit hemm allokat massimu ta’ sittin siegħa (kif speċifikat mill-istess BTEC) u dawn ser jiġu offruti kollha. Għaldaqstant ma jirriżultax li dan il-Unit qiegħed isir bil-għaġġla biex jiġi kopert il-materjal kollhu.
Biex jgħin lil xi studenti li jista’ jkollhom xi diffikulta’, qed tingħatalhom l-opportunita’ li jiddiskutu bosta eżempji flimkien fil-klassi. Il-lecturer huwa dejjem disponibbli biex jirrispondi problemi li jiltaqgħu magħhom l-istudenti fl-assignments li jingħatawlhom. L-istudenti għandhom saħansitra l-faċilita’ ta’ kuntatt bl-e-mail mal-lecturer.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-ditta ta’ konsulenza Ingliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ingħatatx xi kuntratt mill-Ministeru tal-Edukazzjoni f'dawn l-aħħar sitt snin? Jekk fl-affermattiv, meta ngħatat il-kuntratt, meta tlesta x-xogħol u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?
Ġie ppubblikat ir-rapport ta’ din il-konsulenza? Tista' tqiegħed dan ir-rapport/rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru m’għandu ebda rekord li sar xi ħlas lill-kumpanija msemmija tul dawn l-aħħar sitt snin.
Bord ta' l-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki — Membri Maħtura
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3595 u jgħid min huma l-membri maħtura minnu fuq il-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta nħatru u jekk għandhomx remunerazzjoni?
Jista’ għid jekk il-bord huwiex iffurmat kif tistipula l-liġi? Jista’ jikkonferma li ħadd fuq dan il-bord m'għandu konflitt ta’ interess u impediment li jkun fuqu kif stipulat bil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki, hekk kif l-aħħar kostitwit għal terminu ta' tliet snin b'effett mit-30 ta' April 2004, kien magħmul minn:
Chairperson: Sur Paul A Attard
Membri: Dott Deborah Chetcuti
Dott Stephen Zammit
M'hemmx remunerazzjoni marbuta ma' dawn il-ħatriet.
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3606, mogħtija fil-25 ta' Novembru 2008 mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport. Peress li r-revalwazzjoni msemmija għadha ma ntemmitx, għadhom ma nħarġux ħatriet b'konnessjoni mal-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-Malta Professional and Vocational Qualifications Awards Council u tal-Malta Qualifications Council mis-sena 2002 sal-2008?
Tista’ tgħid kemm-il
standard
vokazzjonali dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ifformulaw bejniethom fis-sitt snin li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża globali tal-Malta Professional and Vocational Qualifications Awards Council u tal-Malta Qualifications Council mis-sena 2002 sal-2008 kienet ta’ €518,509.
L-istandards vokazzjonali f’disgħa setturi vokazzjonali se jkunu żviluppati bejn l-2009 u l-2011 permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. Kemm l-MPVQAC kif ukoll l-MQC ma twaqfux biex jifformulaw biss l-istandards vokazzjonali.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3600.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom karozzi u vetturi oħra impressed il-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha u tgħid fid-dettal f' liema sezzjonijiet huma mferrxin dawn il-vetturi, u tispjega xi rwol għandhom dawn il-vetturi impressed? Kemm kienet in-nefqa ta' dawn il-vetturi impressed matul dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid jekk kienx hemm min inqabad jabbuża fost is-sidien ta' dawn il-vetturi impressed u itteħdux xi passi legali kontrihom? Jekk kien hemm, min kienu dawn il-persuni u jekk kien hemm xi abbużi, il-kuntratt tagħhom ġie terminat? Jekk ma ġiex terminat, x'passi oħra ttieħdu minflok ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sistema tal-impressed ġiet xolta b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2000 skond iċ-ċirkolari tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru MPO/74/1999/II. Mix-xufiera li għażlu li jikru l-vettura tagħhom lill-Gvern, fadal ħdax.
Ħamsa minn dawn qegħdin it-
Technical Services Branch
, tlieta l-
Gardening Section
, wieħed fis-sezzjoni tat-trasport, ieħor l-
Information Technology
, u ieħor fid-Dipartiment ta’ l-
iStudent Services
. Dawn kollha jagħmlu xogħol ta’ trasport ta’ persuni u/jew ta’ materjal.
In-nefqa ta’ dawn il-vetturi impressed matul dawn l-aħħar ħames snin kienet hekk:
2004 - €39,632.34
2005 - €38,531.36
2006 - €38,498.15
2007 - €34,322.80
2008 - €27,424.85
Rigward l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija, ma’ kienx hemm min inqabad jabbuża.
Malta Qualifications Recogntion Information Centre
Question
Tista l-Ministru tgħid kemm saru talbiet għal evalwazzjoni ta’ kwalifiki lill-Malta Qualifications Recogntion Information Centre f'dawn l-aħħar tliet snin? Min huma l-membri preżenti tal-Academic Credentials Evaluation Board u tal-Vocational Credentials Evaluation Board fi ħdan il-Qualifications Recogntion Information Centre?
X’inhuma t-
terms of reference
u r-
remuneration
ta’ dawn iż-żewġ bordijiet? Tista’ tgħid jekk il-mira tan-
National Reform Programme
2005-2008 inlaħqitx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li f’dawn l-aħħar tlett snin saru 4578 talba għal evalwazzjoni ta’ kwalifiki lill-Malta Qualifications Recogntion Information Centre.
Il-membri preżenti tal-Academic Credentials Evaluation Board (ACEB) u tal-Vocational Credentials Evaluation Board (VCEB) fi ħdan il-Qualifications Recogntion Information Centre huma:
Għal ACEB: Dr James Calleja, Dr Stephen Zammit u s-sur Patrick Galea; għal VCEB: is-Sur Charles Mizzi, Dr Stephen Zammit u s-sur Patrick Galea.
It-terms of reference ta’ dawn iż-żewġ Bordijiet huma dawk stabbiliti fl-AL 196 ta’ l-2004. Ma hemm l-ebda remunerazzjoni għal membri ta’ dawn il-Bordijiet.
Ma hemm l-ebda referenza speċifika fin-National Reform Programme 2005-2008 li tikkonċerna l-operat tal-Malta Qualifications Recogntion Information Centre. Madankollu, il-proċess ta’ Rikonoxximent ta’ Kwalifiki qed jiffaċilita’ l-impjegabilita’ tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u jħajjar aktar nies ikomplu jew jibqgħu fil-proċess ta’ tagħlim tul il-ħajja.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar ħames snin kemm-il darba ltaqa' l-bord tal-gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta ltaqa' l-aħħar? Minn min hu kompost?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ltaqa’ 57 darba matul l-aħħar ħames snin. L-aħħar darba li ltaqa’ dan il-Bord kien fis-7 ta’ Novembru 2008. Il-Bord huwa kompost minn:
Chairman:
Is-Sur Reginald Abela-Chairman
Membri:
Is-Sur Joseph Tanti
Is-Sur Edwin Borg
Is-Sur Walter Cassar
Dr. Nadia Theuma
Is-Sinjura Mary Anne Cauchi
Is-Sinjura Claire Xuereb
Is-Sinjura Marie Louise Mangion
Is-Sur Charles Caruana Carabez
Istitut għall-Istudji Turistiċi — post vakanti ta' direttur ġenerali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu vakanti l-post ta' direttur ġenerali tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta ser jimtela' dan il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratt tal-persuna li kienet impjegata fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ntemm fl-aħħar tas-sena akkademika 2003/4. Huwa mahsub li fil-futur qarib l-ITS tingħata personalita’ ġuridika u meta dan iseħħ tkun tista’ tinħadem l-istruttura addattata.
Istitut għall-Istudji Turistiċi — appoġġ biex tgħin persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'riżorsi, strutturi ta' appoġġ u persuni kwalifikati għandu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi biex jiġu mgħejjuna persuni b'diżabilità u żgħażagħ li jaslu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi b'learning difficulties mill-edukazzjoni sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi għandu persuna mpjegata bħala counsellor li għandha l-kwalifiċi meħtieġa. Barra minn hekk l-ITS ta taħriġ lill-persuni żvantaġġjati u persuni b’diffikultajiet fit-tagħlim fil-programm ESF 80 – proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li għalih l-ITS ingaġġa l-għalliema u l-facilitators li kienu meħtieġa.