Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-MCAST biex isaħħaħ l-istrutturi meħtieġa biex ikun jista’ jieħu sehem sħiħ fil-programmi differenti ta’ finanzjar tal-Unjoni Ewropea?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST għandu storja ta’ suċċessi kbar fil-qasam ta’ benefiċċji miksuba minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja kemm fil-ksib ta’ makkinarju, faċilitajiet, skambji ta’ studenti u taħriġ ta’ għalliema u ħaddiema tiegħu. It-tisħiħ tat-taqsima tal-International Programmes Office, il-ħatra ta’ persuna sabiex tkun il-link bejn istituti individwali u dan l-uffiċċju, kif wkoll it-twessiegħ kontinwu tal-kuntatti ma’ istituzzjonijiet li lesti jikkollaboraw bi sħab fi programmi koperti mill-Unjoni Ewropeja huma passi konkreti sabiex il-frott miksub minn dawn il-fondi jkompli jikber u jissaħħaħ f’kull Istitut tal-MCAST.
Twaqqaf wkoll
fund-hunting team
li l-għan tiegħu huwa li jattira fondi u li joffri
support
lill-Istituti fl-applikazzjonijiet għal fondi ta’ riċerka u nfrastruttura.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm studenti tal-MCAST li ħadu sehem fil-Euro Skills Competition? Jekk iva, x’kienu r-riżultati u jekk le meta se jieħdu sehem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-istudenti tal-MCAST ħadu sehem fil-Euro Skills Competition u rebħu 3 medalji tal-fidda.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf unit ta’ awditjar indipendenti dwar il-finanzi fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-accounts ta’ l-MCAST huma vverifikati minn ditta ta’ awdituri indipendenti kull sena. Il-kontrollur finanzjarju u l-kap ewlieni tal-amministrazzjoni jaraw li kull ma jintefaq huwa ġġustifikat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellna studenti tal-MCAST li s’issa marru jkomplu l-istudju tagħhom f’xi universita` barranija skond il-ftehim li l-MCAST għandu ma’ dawn l-universitajiet barranin? F’liema qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST m’għandux din it-tip ta’ informazzjoni. Studenti li jagħżlu li jkomplu l-istudji tagħhom f’xi Universita’ barranija m’humiex obbligati li jinfurmaw l-MCAST b’dan.
Tista' l-Ministru tgħid x’tisħiħ għandu bżonn jagħmel l-MCAST u f’liema oqsma biex isaħħaħ l-oqsma akkademici tiegħu? Meta se jsir dan it-tisħiħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST iżomm taħdidiet kontinwi mal-istituti kollha sabiex il-programmi akkademiċi tiegħu jinżammu aġġornati u jkunu nkorporati fihom kull bidla meħtieġa sabiex il-korsijiet offruti jkunu aġġornati u ta’ valur għal min jagħżilhom. L-MCAST tivverifika wkoll l-istandard tal-programmi tiegħu fuq bażi regolari kemm internament kif ukoll esternament permezz tar-rapporti li jagħmlu l-external verifiers ta’ bordijiet akkreditati li jżuru kull istitut madwar darbtejn f’sena. Sa issa dawn ir-rapporti dejjem urew li l-programmi ta’ l-MCAST qed jilħqu l-livelli meħtieġa fuq livell internazzjonali. Minkejja dan, l-MCAST għaddej minn proċess li jagħmel il-programmi tiegħu standard fuq il-firxa sħiħa tal-istituti kollha sabiex tkompli tissaħħaħ il-kwalita’ ta’ madwar 120 programm li qed jjipprovdi.
MCAST — Basic Skills Unit/Student Support Services
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’riżorsi ġodda għandhom bżonn il-Basic Skills Unit u l-Istudent Support Services tal-MCAST biex ikunu jistgħu jilħqu izjed studenti b’mod effettiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-Taqsima tal-Għajnuna fit-Tagħlim (Learning Support Unit) li tinsab fil-librerija ewlenija tal-MCAST, Kordin, hija mgħammra b’ġabra ta’ riżorsi xierqa u aġġornati, ngħidu aħna, kotba, rivisti, materjal awdjo-viżiv, software tal-kompjuter, kartolini, kartelluni u l-bqija. Minbarra dawn ir-riżorsi, l-għalliema tal-LSU joħolqu huma stess bosta materjal ieħor biex jindirizzaw il-ħtiġijiet individwali tal-istudenti tagħhom.
Biex l-LSU tissokta tagħti servizz tal-ogħla kwalita’, kull sena l-MCAST jixtri għadd ta’ kotba, materjal awdjo-viżiv u
software
elettroniku. Il-kulleġġ qed jinvesti wkoll f’sistema aħjar ta’ kompjuters u aċċess għall-
internet
fiċ-ċentru li l-LSU għandu fil-librerija ta’ Kordin, biex fit-tagħlim tagħhom, l-għalliema jkunu jistgħu jinqdew aħjar bir-riżorsi elettroniċi diġa’ eżistenti.
Tista' l-Ministru tgħid x'riżorsi ġodda hemm bżonn li jkollu l-MCAST biex ikun jista’ jissodisfa t-talba dejjem tiżdied biex jilqa’ ġo fih iżjed studenti b’dizabilità? Bħalissa f'liema korsijiet qed jattendu persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST qed iħejji l-Master Plan b’mod u manjiera li l-ħtiġijiet kollha ta’ studenti bi bżonnijiet speċjali jkollhom aċċess għal kull post skond l-esiġenzi tagħhom. Barra minn hekk, sakemm ikun implimentat dan il-pjan, l-MCAST qiegħed kontinwament jissorvelja u jimplimenta dawk il-passi meħtieġa sabiex dawk l-istudenti b’diżabilita’ jkollhom kundizzjonijiet adattati għall-bżonnijiet tagħhom fil-programmi magħżula minnhom.
Bħalissa persuni b’diżabilita’ qed jattendu f’dawn il-korsijiet: Foundation in Care, Foundation in Hairdressing, Foundation in Construction & Engineering Skills, Foundation in Trowel Trades, Foundation in Art and Design, Foundation in Electrical/Electronics Engineering, Foundation in Computing, Foundation in Business, Foundation in Agrigulture, Foundation in Mechanical Engineering, First Diploma for IT Practitioners, First Diploma in Care, First Diploma in Art and Design, Diploma in Foundation Studies in Art and Design, Intermediate Certificate in Business, Part-66 Aircraft Maintenance, National Diploma in Child Care, National Diploma in Computing, Diploma in Dental Surgery Assistants.
Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf l-Edexcel Hardship Fund u mindu twaqqaf kemm ibbenefikaw studenti minnu u b’liema mod?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Edexcel Hardship Fund twaqqaf fis-sena 2005 u b’kollox ibbenefikaw 84 student. Uħud minn dawn ġew eżentati mill-ħlas kollu ta’ reġistrazzjoni filwaqt li oħrajn ġew eżentati parti minn dan il-ħlas.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma s-servizzi ta’ guidance u counselling li qed jipprovdi lill-istudenti tiegħu l-MCAST bħalissa u kif jara li għandu bżonn isaħħaħ dawn is-servizzi biex ikunu iżjed effettivi mal-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-servizz ta’ Career Guidance u Counselling ta’ l-MCAST jitqassam fi tlieta:- Career Guidance, Counselling u Xogħol fi Gruppi.
Guidance
Dan is-servizz hu offrut kemm għal studenti tal-Kulleġġ kif ukoll għal dawk prospettivi permezz ta’:
· Appuntament ma’ wieħed/waħda mill-uffiċċjali inkarigati minn dan il-qasam
· Taħdidiet fl-iskejjel sekondarji ma’ studenti tal-ħames klassi
· Parteċipazzjoni f’diversi attivitajiet marbuta ma’ karrieri
· Laqgħat informali li jsiru qrib iż-żmien ta’ l-applikazzjoni
· Sessjonijiet individwali ma’ l-istudenti, xi drabi akkumpanjati mill-ġenituri
Counselling
Permezz tal-
Counselling
, l-istudenti jifhmu aħjar is-sitwazzjoni tagħhom u jaħdmu sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-għanjiet tagħhom. Dan isir permezz ta’ sessjonijiet individwali mal-
Counsellors
fejn l-istudenti stess ikunu jistgħu jagħmlu appuntament filwaqt li drabi oħra l-istudenti jiġu riferuti għal dan is-servizz. Il-
Counsellors
jaħdmu id f’id ma’ aġenziji oħra għall-benefiċċju ta’ l-istudenti.
Gruppi
Attivitajiet kemm formali bħal
seminars
kif ukoll informali jiġu organizzati b’temi bħal: Imġiba Sesswali,
Addictions
,
Gambling
,
Self-Esteem
,
Leadership
, Valuri, Eżamijiet u
Stress
,
Student 2 Student
u
Enrichment Groups
dwar Relazzjonijiet, Abbuż sesswali, ADHD, ADD u diffikultajiet oħra fit-tagħlim.
Il-Kulleġġ qiegħed fi proċess dwar tisħiħ ta’ dawn is-servizzi. Dan se jsir permezz ta’ evalwazzjoni ta’ l-istess servizzi għal aktar iffukar u attenzjoni; aktar programmi ta’
Career Guidance
partikolarment lil studenti li jkunu waslu biex ilestu l-kors ta’ l-istudji tagħhom u bi proviżjoni ta’ aktar programmi speċjalizzati għal ħtiġijiet partikolari ta’ l-istudent.
Tista' l-Ministru tgħid meta gie ffirmat il-Memorandum of Understanding mas-Segretarjat for Small Business and Self Employed? Xi nkiseb s’issa permezz ta’ dan il-memorandum u x’inhuma maħsuba li jkunu l-attivitajiet tal-MCAST f’dan il-qasam matul is-sena akkademika kurrenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Memorandum of Understanding mas-Secretariat for Small Business and Self-Employed ġie ffirmat fid-19 ta’ Lulju 2005.
Kienu diversi l-attivitajiet ewlenin li fihom ipparteċipaw l-istudenti fejn kienu mistiedna rappreżentanti tas-Secretariat for Small Business and Self-Employed biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma’ l-istudenti tal-MCAST.
Is-Segretarju Parlamentari ta’ dak iż-żmien għadda ħafna materjal edukattiv li tqassam lill-istudenti. Fost dan, materjal fuq Start-Ups, Don’t just start a Business, start a successful one u Entrepreneurship Manual. Ingħataw ukoll bosta lectures minn membri tas-segretarjat kif ukoll talks f’diversi attivitajiet extra-kurrikulari.
Għal li ġej, l-MCAST beħsiebu jkompli jibni fuq is-suċċess ta’ l-imgħoddi u jżid ativitajiet bħal dawk ta’ open weekends fejn il-pubbliku, minbarra li jżur il-faċilitajiet ġewwa l-MCAST, jkollu wkoll il-possibilta’ li jżur azjendi kbar kif ukoll żgħar u oħrajn fl-Incubation Centre. B’hekk wieħed ikun jista’ jifhem aħjar x’opportunitajiet verji jista’ joffri t-tagħlim ġewwa l-MCAST u jħajjar aktar studenti biex jiftħu għal rashom.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol ta’ assessjar u evalwazzjoni interni li kellu jagħmel l-MCAST biex ikun jaf x’inhuma r-rati ta’ drop outs u ta’ retention kors b’kors, istitut b’istitut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST għandha diversi indikazzjonijiet dwar kemm studenti jibqgħu u jagħmlu progress minn programm għall-ieħor matul dawn l-aħħar tmien snin. Bħalissa qed ikompli jistħarreġ din ir-riċerka permezz ta’ ġbir aktar dettaljat ta’ statistika sabiex filwaqt li jkun assigurat li l-ebda student ma jintilef bla ħtieġa, tara li l-bidliet neċessarji fil-korsijiet tagħha jitwettqu mingħajr dewmien sabiex aktar studenti jkunu jistgħu jkomplu t-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali tagħhom mingħajr tbatija u bl-għajnuna meħtieġa sabiex jintlaħaq dan il-għan.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol tal-MCAST biex studenti jkunu jistgħu jieħdu korsijiet jew partijiet rilevanti minn korsijiet f’istituti differenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li minn Settembru tas-sena 2008, l-MCAST beda joffri l-Foundation Certificate f’forma riveduta sabiex issaħħaħ il-possibilta’ għall-istudenti kollha li jiksbu l-livell bażiku neċessarju fil-Key Skills (Ingliż, Matematika, Malti, Personal Development u IT) u fil-Vocational Practice inizjali, ħalli imbagħad ikunu jistgħu jimxu għal Istitut ieħor skond dak li huma jħossu jkun l-aħjar għall-futur tagħhom.
Diġa’ l-istudenti qegħdin jiġu offruti partijiet rilevanti minn korsijiet f’istituti differenti u hemm saħansitra kors li huwa offrut bejn żewġt istituti differenti.
Tista' l-Ministru tgħid f’liema korsijiet ta’ liema istituti l-istudenti qed jigu esposti għal tagħlim dwar entrepreunership? Dan it-tagħlim qed isir b’mod teoretiku biss jew qed ikollhom okkażjonijiet ta’ esperjenza f’dan il-qasam u fil-kaz li iva, b’liema mod?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħiliet ta’ l-entrepreneurship qed jiġu indirizzati fil-livell sekondarju billi dawk l-istudenti li jagħżlu li jistudjaw il-Business Studies ikollhom taħriġ tejoretiku dwar l-entrepreneurship.
Permezz tal-programm ‘
Scoops Co-Operation
’, li jinvolvi żgħażagħ ta’ bejn tnax u erbatax-il sena, l-istudenti jitgħallmu dwar l-
entrepreneurship
, iwaqqfu koperattiva u jirriċerkaw is-suq, kif ukoll jiddisinjaw, jipproduċu u jimmarkitjaw prodott.
Fis-suġġett tat-Teknoloġija wkoll, l-istudenti jfasslu u jiddisinjaw prodotti.
L-istudenti jitgħallmu wkoll dwar l-
entrepreneurship
permezz ta’ żjarat li jsiru f’diversi azjendi w’industriji.
Il-ħiliet ta’ l-
entrepreneurship
qed jiġu indirizzati fil-livell primarju permezz ta’ tagħlim fil-klassi iżda mhux speċifikament f’suġġett li jismu entrepreneurship. Ċertu ħiliet, per eżempju l-importanza ta’ l-ippjanar, jiġu ttrattati f’diversi suġġetti. Fit-Teknoloġija, l-innovazzjoni u l-
entrepreneurship
jiġu ttrattati b’mod prattiku.
Mis-sena akkademika 2007-2008, l-Universita’ ta’ Malta qed tagħti l-opportunita’ lil kull student universitarju biex jitħarreġ fl-entrepreneurship bil-għajnuna tal-proġett DegreePlus.
Fil-fatt, DegreePlus għandha stream fl-entrepreneurship li tikkonsisti minn taħdidiet u esperjenzi prattiċi minn nies fil-kummerċ jew professjoni partikolari, li flimkien joffru firxa ta’ esperjenzi prattiċi lill-parteċipanti. DegreePlus hija inizjattiva mill-Universita’ bl-għan li toffri esperjenzi u suġġetti prattiċi lil hinn minn dawk li l-istudenti jkunu qegħdin jistudjaw fil-kors tagħhom. Dawn l-istreams mhumiex parti minn xi kors partikolari, ma jiġux assessjati b’mod formali, u huma miftuħin għal kull student tal-Universita’.
Barra minn hekk, hemm fakultajiet li joffru units fl-entrepreneurship li huma parti integrali mill-korsijiet universitarji tagħhom. L-entrepreneurship jiġi mgħallem fil-ħafna aspetti tiegħu fil-korsijiet tal-Fakulta’ ta’ l-Ekonomija, Management u Accountancy. Il-Fakulta’ tax-Xjenza wkoll toffri unit ta’ għaxar ECTS (European Credit Transfer System) fl-aħħar sena tal-kors BSc (Hons), li l-iskop prinċipali tiegħu hu li jgħin lill-istudenti tax-xjenza biex jakkwistaw ħiliet fl-entrepreneurship li jippreparawhom aħjar għall-karriera professjonali tagħhom ta’ xjentisti. Aspett importanti tal-assessjar ta’ dan il-unit huwa proġett żgħir fejn studenti jipproponu kif idea xjentifika tista’ tiġi mibdula f’business proposal.
L-Istitut Edward de Bono għat-tfassil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb joffri unit obbligatorju ta’ tmien ECTS għal dawk l-istudenti fil-kors tal-BSc Hons Computer Science u li għażlu ‘Creativity and entrepreneurship’ bħala qasam ta’ studju sekondarju.
L-Istitut joffri wkoll unit obbligatorju ta’ tmien ECTS fl-‘Entrepreneurship: Innovation and Foresight in Practice’ għall-istudenti li rreġistraw fil-kors tal-‘Master in Creativity and Innovation.
L-Istitut ta’ l-Informazzjoni tat-Teknoloġija u l-Komunikazzjoni ġewwa l-MCAST joffri kors f’Entrepreneurship. Dan il-kors jikkonsisti f’102 siegħa fuq medda ta’ sena u jiġi offrut lill-istudenti kollha li qed isegwu l-kors tan-National Diploma. Dan il-kors, li hu wieħed teoretiku, ġie mfassal flimkien mal-Malta Enterprise. Qagħdna attenti li l-
case
studies
jirreferu għas-suġġett.
Fil-każ ta’ Istituti l-oħra l-Entrepreneurship jiġi mgħallem b’mod intrakurrikulari. Dan għandu jiġi msaħħaħ matul is-sena d-dieħla bl-estensjoni ta’ l-Entrepreneurship fil-ħiliet addizzjonali li jiffurmaw parti integrali tal-kurrikulu rivedut.
Fil-kors tal-Higher Diploma in Hospitality and Tourism Studies kif ukoll fil-kors tad-Diploma in Hotel Operations, l-istudenti ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi huma esposti għal tagħlim dwar entrepreneurship fil-modules ‘Principles and Practices of Management’ fit-tieni sena kif ukoll fil-
Management
Modules
tar-raba’ sena bħal
Marketing Management
,
Hospitality Management
,
Financial Management
u
Human
Resources Management
. Barra minn hekk l-istudenti tar-raba’ sena fil-
Hospitality and
Tourism Studies
jkunu introdotti għall-metodi u teknoloġiji meħtieġa sabiex titwaqqaf azjenda elettronika permezz ta’ l-internet. Dawn l-istudenti jippreparaw ukoll ‘
Integrated
Project’
li fih elementi prattiċi ta’ entrepreneurship.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi, tal-bureau amministrattiv u tal-kunsill tal-istituti dwar fejn wasal s’issa fit-twettieq tal-pjan strategiku tal-MCAST li tħabbar fis-6 ta’ Dicembru 2006? Kemm iħossu li wettaq minn dan il-pjan? Fejn waqgħu lura? Xi bzonnijiet ta’ modifikazzjoni għandu bżonn il-pjan fid-dawl tal-esperjenza tas-sentejn li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Pjan Strateġiku ta’ l-MCAST 2007-2009 joffri viżjoni, filosofija, valuri u missjoni b’objettivi partikulari għall-istituzzjoni li qed jigu implimentati fi proċess kontinwu matul medda ta’ snin. L-MCAST qed joffri varjeta’ kbira ta’ korsijiet, full-time u part-time, kemm lil żgħażagħ kif wkoll lil adulti f’ambjent inklussiv li jwassalhom biex jakkwistaw għerf (knowledge), kompetenzi u ħiliet għal opportunitajiet ta’ aktar xogħol u xoghol aħjar.
Kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat ta’ l-iżviluppi ewlenin li għamel l-MCAST matul il-ftit snin li ilu mwaqqaf. Dan ir-rapport jindika wkoll fejn l-MCAST jixtieq imur u kif jeħtieġ jaħdem biex jilħaq dejjem aktar u aħjar l-għanijiet tiegħu.
Il-Bord tal-Gvernaturi sodisfatt b’dak li twettaq s’issa mill-MCAST biex mhux biss joffri opportunitajiet liż-żgħażagħ u lill-adulti rotta alternattiva serja fil-livelli post-sekondarju u terzjarju, iżda wkoll biex jissapportja l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Il-Bord tal-Gvernturi jsegwi mill-qrib ix-xogħol ta’ l-MCAST u jidhirlu li l-Pjan Strateġiku 2007-2009 mhux biss għadu validu ħafna, iżda jibqa validu biex joffri bażi soda għall-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni u taħrig vokazzjonali u professjonali f’pajjiżna matul is-snin li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid x’mekkanizmi interni u esterni ta’ quality assurance għandu l-MCAST biex jiżgura li l-korsijiet tiegħu qed ikunu effettivi u ta’ kwalità għolja? B’liema mod dawn il-mekkanizmi qed jintużaw ukoll biex isir audit serju tal-private training providers li jipprovdu korsijiet b’kuntratt mal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST iħaddan mekkaniżmi ta’ quality assurance ta’ diversi bordijiet, li huma parti integrali u preskrittivi għal kull programm li l-MCAST joffri lill-istudenti tiegħu f’kull livell. Dawn il-mekkaniżmi jinkludu lill-Edexcel BTEC, lis-City & Guilds, l-AAT, l-ITEC, il-MATSEC u mekkaniżmi oħra bħal dak ta’ internal verifiers u external examiners li l-MCAST japplika għall-istituti kollha tiegħu, inkluż il-Private Training Providers tal-ICT.
MCAST — Tmexxija amministrattiva tajba u effiċjenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’tisħiħ tħoss li għad għandu bzonn jagħmel l-MCAST u f’liema oqsma biex ikollu tmexxija amministrattiva tajba u effiċjenti? Meta se jsir dan it-tisħiħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST kontinwament janalizza s-sistema amministrattiva tiegħu u jsaħħaħa skond il-ħtieġa ta’ l-operat u fil-parametri tar-riżorsi li għandu.
PQ Text:
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3832 u tgħid kemm ġew sponsorjati mpjegati taċ-ċivil u għalliema li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Liema kienu il-ħaddiema jew għalliema li kienu sponsorjati? F'liema qasam jew speċjalizzazzjoni ingħata l-i
sponsorship
? Kemm sewa kull taħriġ jew
sponsorship
ieħor? Liema kienu l-entitajiet li ipprovdew it-taħriġ? Kif ibbenefika minn dan it-taħriġ il-Ministeru, id-Direttorati tal-Edukazzjoni u dipartimenti jew sezzjonijiet oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 3835 u tgħid xi ħtiġijiet kien hemm għal supply teachers matul dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena u suġġett suġġett? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal supply teachers li ngħataw il-possibilità li jkunu supply teachers u f'liema suġġetti? Kemm hemm supply teachers f'Għawdex u f'Malta u f'liema skejjel qegħdin? Kemm kienet in-nefqa annwali fuq dawn is-supply teachers sena b'sena matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min huma d-diretturi tad-disa’ istituti tal-MCAST f’Malta? Min imexxi ż-żewġ ċentri ta’ Għawdex? F’kull każ, x’inhuma l-ħlasijiet li jieħdu kull wieħed u waħda minn dawn id-diretturi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Istitut
Direttur
Salarju fis-Sena
Building and Construction Engineering
James Pearsall
€27,137.00
Electrical and Electronic Engineering
John Sciberras
€27,137.00
Art & Design
Stephen Vella
€25,623.00
Maritime
Reuben Lanfranco
€27,137.00
Community Services
Dorothy Meli
€27,137.00
Mechanical Engineering
Emmanuel Zahra
€27,137.00
Agribusiness
Maria Salvina Camilleri
€27,137.00
Information and Communications and Technology
Juan Borg Manduca
€66,492.00
Business and Commerce
Yvonne Pulis
€27,137.00
Gozo
Godwin Grech
€27,137.00
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol tal-MCAST biex jintroduċi programm vokazzjonali f'livell ta' degree? F'liema oqsma se jibdaw dawn il-programmi u meta? Ma' liema universitajiet u entitajiet ta' akkreditazzjoni qed jaħdem l-MCAST fit-tfassil ta' dawn il-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST impennja ruħu li joffri l-ewwel degrees vokazzjonali f’Settembru/Ottubru tas-sena 2010. Dawn se jkunu offruti l-ewwel fl-istituti tal-ICT, tal-Arti u d-Disinn, tan-Negozju u l-Kummerċ, u ta’ l-Elettronika u l-Inġinerija Elettrika.
Għal dawn l-aħħar xhur l-awtoritajiet tal-MCAST kellhom taħdidiet ma’ ħames istituzzjonijiet f’pajjiżi ewropej u li potenzjalment jistgħu jissieħbu miegħu fl-iżvilupp u għotja ta’
degrees
vokazzjonali.
Peress li għad m’hemmx ftehim finali, mhux għaqli li jitħabbru l-ismijiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet.