Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex matul is-sena finanzjarja 2008 ma jigix ripetut in-nuqqas gravi li kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku ma jgħaddux id-dokumenti fiskali neċessarji meta jressqu t-talbiet tagħhom għall-ħlas tas-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-2008 kien kuntrattur wieħed li ma kienx qiegħed jibgħat l-irċevuti fiskali. Dan il-kuntrattur bagħat l-irċevuti kollha neqsin din is-sena.
Il-kuntratturi l-oħrajn kollha qegħdin jibagħtu l-irċevuti fiskali.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena skolastika kurrenti kemm hemm persuni jaħdmu fl-School Transport Section? Kermm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom m'humiex u dawk li m'humiex x’tip ta’ relazzjoni kuntrattwali għandhom mal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena ir-responsabbilta’ tat-tmexxija tat-trasport ta’ l-iskejjel ġiet mifruxa fuq diversi sezzjonijiet tad-Direttorat. Jagħtu sehem fl-andament tal-Unit hemm żewġ persuni mis-sezzjoni ta’ l-Accounts, Assistent Direttur mis-sezzjoni tal-Finanzi, il-Customer Care Unit u żewġ persuni mid-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi ta’ l-Iskejjel. Jagħtu sehem separat uffiċjali mill-iskejjel tal-Gvern taħt il-ħarsien tal-Prinċipali tal-Kulleġġi. Fil-preżent, ix-xogħol hu koordinat mid-Direttur għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi ta’ l-Iskejjel, fl-assenza ta’ Service Manager responsabbli għall-Educational Services tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Dawn il-persuni kollha huma uffiċjali pubbliċi minbarra persuna waħda li għandha l-grad ta’
Enforcement Officer II
u hija mislufa lid-Direttorat mill-ADT.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi qed jittieħdu biex kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku jitħallsu tas-servizz tat-trasport li jipprovdu iżda mhux iżjed milli jipprovdu kif hemm indikat li baqa’ jiġri mis-sena 2002 sal-lum skond kif indikat fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur għas-sena 2007 f’paġna 97 taħt ‘Invoicing and Issuing of Payments’?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fir-rigward tal-invoices li jintbagħtu mill-kuntratturi tat-trasport għall-iskejjel qed isir checking kemm mis-Sezzjoni tat-Trasport ta’ l-Iskejjel fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u kemm mill-Assistent Direttur (Servizzi Finanzjarji) biex jiġi żgurat li l-invoices jkunu korretti.
Barra minnhekk, qed jiġi applikat
software
ġdid li l-għan tiegħu huwa li jinkludi aktar informazzjoni biex jiġi evitat li jsiru pagamenti żejda. Ġew organizzati laqgħat mall-kapijiet u assistenti kapijiet ta’ l-iskejjel kif wkoll mas-segretarji ta’ l-istess skejjel fejn ingħataw informazzjoni dwar it-tħaddim ta’ dan is-
software
. Għal dan il-għan l-iskejjel ġew mitluba biex jgħatu aktar informazzjoni preċiża rigward il-vjaġġi li jkunu saru mill-kuntratturi.
Is-Sessjoni tat-Trasport ta’ l-Iskejjel qed tkompli tinforma lis-Sezzjoni ta’ l-
Accounts
bil-bidliet kollha li jkun hemm matul is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma d-dmirijiet differenti li għandhom il-persuni li jaħdmu fl-Ischool Transport Section u min huwa nkarigat biex jivverifika l-ħlasijiet li jsiru minn din is-sezzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rekords li jinġabru matul ix-xahar fl-iskejjel jintbagħtu lid-Direttorat eżatt kif jispiċċa x-xahar. Kopja diġitali minn kull skola tintbagħat lill-uffiċjali fis-Sezzjoni ta’ l-Accounts li jaħdmu database globali bir-rekords kollha. Kopja oħra stampata, iffirmata mill-Prinċipal tal-Kulleġġ, tintbagħat lid-Dipartiment għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi ta’ l-Iskejjel. Din il-kopja tiġi iċċekjata mar-rekords u l-complaints li jkunu nġabru matul ix-xahar sew mill-Uffiċċju tat-Trasport, kif wkoll mill-Customer Care Unit. Jiġu applikati l-penali skond in-nuqqasijiet kommessi li wara jiġu diskussi u approvati mid-Direttur responsabbli. Dawn il-kopji stampati, flimkien mal-penali approvati skond il-ftehim bejn l-operaturi u d-Direttorat, jgħaddu għand l-Accounts Section, li wara li jagħmlu cross-checking mar-rekords globali, jaħdmu l-ħlasijiet. L-Assistent Direttur responsabbli mill-Finanzi jagħmel random checks tal-kontijiet li jgħaddu għal ħlas.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inġabru lura mill-overpayments fis-sena finanzjarja 2007 li saru lill-kuntratturi li jipprovdu s-servizz tat-trasport skolastiku? Kemm jonqos jinġabru u x’qed isir biex jinġabru? X’verifika saret dwar jekk sarux overpayments simili fis-sena finanzjarja 2008 u x’passi ttieħdu jekk instab li saru overpayments?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ħafna mill-overpayments indikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Awditur irriżultaw li ma kienux, infatti, overpayments, fejn irriżulta li saru overpayments, dawn ġew miġbura. Fil-fatt inġabru €16,791.
Mill-bidu tas-sena finanzjarja 2008, beda jsir
checking
mill-Assistent Direttur (Servizzi Finanzjarji) u fil-bidu tas-sena skolastika 2008/09 beda jiġi applikat
software
ġdid li l-għan tiegħu huwa li jinkludi aktar informazzjoni biex jiġi evitat li jsiru pagamenti żejda. Għal dan il-għan l-iskejjel ġew mitluba jagħtu aktar informazzjoni preċiża rigward il-vjaġġi li jkunu saru mill-kuntratturi.
Tista' l-Ministru tara li jingħata rendikont fid-dettal dwar x’passi ttieħdu dwar il-11-il rakkmandazzjoni fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur (pagni 97 – 99) dwar tmexxija aħjar u kontroll finanzjarju aħjar tas-servizz tat-trasport skolastiku? X’passi jonqos jittieħdu biex dawk ir-rakkmandazzjonijiet jitwettqu kollha b’mod sodisfaċenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x’qed isir matul dis-sena mill-MCAST u x’hemm ippjanat għas-snin li ġejjin fit-twettiq tal-programm Pathway to Independent Living?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena hija l-ewwel darba li l-programm Pathway to Independent Living ġie estiż għal sentejn, u għalhekk il-kors diġa’ ġie mifrux fuq żmien itwal sabiex il-parteċipanti jassimilaw aħjar il-kontenut tal-programm. Bħalissa għaddejja reviżjoni sħiħa tal-programm, kemm f’dak li huwa kontenut kif ukoll fl-implimentazzjoni tiegħu. Dan qed iseħħ f’kollaborazzjoni sħiħa bejn l-MCAST u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ (KNPD).
Tista' l-Ministru tgħid meta l-MCAST jaħseb li se jkun f’pożizzjoni li jista’ jibda jipprovdi opportunitajiet biex persuni jkunu jistgħu jsegwu moduli individwali ta’ studju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Diġa’ qed isir studju dwar il-possibilta’ li studenti jsegwu moduli individwali ta’ studju fl-MCAST. Dan jgħodd kemm għal studenti li diġa’ huma parti mill-MCAST kif ukoll għal studenti li jridu jsegwu moduli individwali fil-perspettivia tal-Lifelong Learning. Diġa’ teżisti l-possibilta’ li studenti jsegwu korsijiet qosra tal-għażla tagħhom fil-part-time evening courses.
Tista' l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti fil-prattika s-Substance Abuse Policy tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Substance Abuse Policy ta' l-MCAST ġiet ifformulata bl-għan:
Li tipprovdi mekkaniżmu ta' appoġġ għall-istudenti, l-għalliema u l-impjegati tal-Kulleġġ li jesperjenzjaw il-vizzju tad-droga u l-abbuż tax-xorb alkoħoliku.
Li tqajjem aktar kuxjenza fost l-istudenti, l-għalliema, l-impjegati u l-komunita' in ġenerali dwar id-
drug policy
tal-kulleġġ.
Li toħloq kuxjenza dwar ir-responsabbilta' individwali u dik tal-Kulleġġ rigward it-tmexxija fl-eventwalita' ta' inċidenti marbuta mad-droga kif ukoll fuq l-appoġġ meħtieġ mill-istudenti li jesperjenzjaw l-abbuż tad-droga.
Li tipprovdi gwida ċara dwar l-imġiba u aspetti ta' dixxiplina.
Il-
Policy
tagħti struzzjonijiet ċari fl-eventwalita' ta':
Sejba ta' xi drogi u apparat relatat mat-teħid tad-droga fil-Kulleġġ.
Imġiba mhux aċċettabbli minn studenti, għalliema u impjegati b'suspett ta' użu minn xi sustanzi llegali.
Stqarrijiet minn studenti, għalliema u impjegati dwar użu ta' xi sustanzi llegali.
Pussess, konsum, promozzjoni u traffikar ta' xi tip ta' droga fil-Kulleġġ.
L-għan finali hu li kemm jista' jkun jinħoloq ambjent ta' Kulleġġ ħieles minn sustanzi llegali u fl-istess waqt jingħata l-appoġġ meħtieġ lil dawk l-individwi li jinħakmu mill-vizzju tad-droga.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena li għaddiet u matul din is-sena kurrenti ittieħdu jew se jittieħdu xi inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni sesswali fl-MCAST fid-dawl taż-żieda tas-sess każwali miż-żgħażagħ tagħna bla ma jipproteġu lilhom infushom bil-konsegwenzi li qed jizdiedu fost iż-żgħażagħ l-infezzjonijiet trasmessi sesswalment u t-tqala bikrija u mhux ippjanata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena jsiru bosta attivitajiet extra kurrikulari għall-iżvilupp u l-formazzjoni ħolistika ta' l-istudenti. Is-sena l-oħra , waħda minn dawn l-attivitajiet li ġiet organizzata mill-Counsellors b'kollaborazzjoni mal-Kunsill ta' l-Istudenti u bl-għajnuna tal-Health Promotion and diseases Prevention Department kienet ġimgħa ta' attivitajiet bejn it-2 u s-7 ta' Diċembru. Waqt din il-ġimgħa saru taħdidiet ma' l-istudenti dwar mard u infezzjonijiet trasmessi sesswalment, fertilita' u tqala. Tqassam ukoll xi materjal stampat filwaqt li numru ta' youth workers kemm Maltin kif ukoll barranin fil-breaks tħalltu ma' l-istudenti u tkellmu magħhom dwar drittijiet u rispett lejn il-ġisem uman.
Bħas-snin ta' qabel, din is-sena l-Kulleġġ ser jorganizza numru ta' laqgħat taħt diversi forom ma' l-istudenti dwar is-suġġett tas-sesswalita' u l-imġiba sesswali. Barra minn hekk, minn din is-sena akkademika, l-istudenti kollha qed isegwu kors ta' tagħlim fl-ewwel livell, qed jingħataw lezzjonijiet fuq l-iżvilupp personali (PSD) fejn fost temi oħra hemm dik ta' l-imgiba sesswali.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xoghol tal-MCAST biex jipprovdi l-Accreditation of Prior Learning?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki beda proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-accreditation of prior learning. F’Gunju 2007 tnieda dokument dettaljat dwar it-tħaddim ta’ dan il-proċess u bħalissa qed isiru proposti biex dan jibda jitħaddem. Flimkien mad-Direttorat ta’ l-iStandards u l-Kwalita’ fl-Edukazzjoni tfassal ukoll School Leaving Certificate li fih hemm ir-rikonoxximent tat-tagħlim informali u mhux formali u allura ta’ tagħlim li jsir barra mis-sistema formali ta’ edukazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol tal-MCAST biex ifassal pjan strateġiku ġdid għas-snin li ġejjin għal meta jispiċċa dak preżenti u x'konsultazzjoni interna, esterna, nazzjonali u internazzjonali beħsiebu jagħmel biex ifassal dan il-pjan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Pjan Strateġiku li għaddej bħalissa fl-MCAST ikopri mill-2007 sa l-2009. Matul dawn is-snin, minbarra li qed jitwettaq il-pjan, qed isiru diskussjonijiet regolari mal-membri kollha tal-istaff tal-Kulleġġ, kemm permezz ta’ organi statutorji kif ukoll permezz ta’ laqgħat li jiġu organizzati regolarment mal-membri tal-istaff mid-Diretturi tal-Istituti u mid-direzzjoni ċentrali tal-Kulleġġ. Barra minn dan, isiru laqgħat ukoll ma’ organizzazzjonijiet lokali kif ukoll internazzjonli u istituzzjonijiet li joffru korsijiet professjonali u vokazzjonali ta’ edukazzjoni u taħriġ. Minn dak li qed joħroġ minn dawn il-laqgħat se jinbena Pjan Strateġiku 2010 – 2012, imsejjes ukoll fuq il-pjan li għaddej bħalissa biex ikun hemm kontinwita’.
Ftehim bejn l-MCAST u l-Federazzjoni ta' l-Industriji
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’rizultati nkisbu s’issa mill-ftehim iffirmat bejn l-MCAST u l-Federazzjoni ta’ l-Industriji f’Lulju 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Permezz ta’ dan il-ftehim, l-MCAST għandha kuntatt dirett ma’ gruppi f’setturi diversi ta’ l-industrija. Dawn jagħtu feedback dwar x’hemm tajjeb, jew x’hemm bżonn li jinbidel biex il-korsijiet li joffri l-MCAST ikunu dejjem aġġornati maż-żminijiet u jippreparaw l-istudenti għax-xogħol.
Infurmata wkoll li ġew offruti korsijiet speċifikament fuq rikjesta tal-industrija, fosthom
Diploma in Manufacturing Excellence
. Iż-żewġ istituzzjonijiet, jiġifieri l-MCAST u l-Federazzjoni ta’ l-Industrija, qed jieħdu sehem ukoll fi programmi ta’ riċerka mmexxijin mill-MCAST biex jiġi identifikat fejn hemm
skills
mismatch
u b’hekk jiġu offruti korsijiet adattati.
Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsistu l-programmi tal-MCAST bl-isem ‘Training for Industry’? Kemm persuni s’issa ħadu sehem f’dawn il-programmi u b’liema rizultat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-korsijiet kollha li joffri l-MCAST huma tip ta’ Training for Industry. Biżżejjed wieħed jikkonsidra l-korsijiet fil-qasam tal-aviation maintenance u ħafna oħrajn li jiġu offruti bi sħab ma’ l-industrija. Biss ġeneralment din il-frażi tintuża b’referenza għal programmi offruti filgħaxija u ddisinjati u offruti skond il-bżonnijiet ta’ l-industrija jew anke ażjenda partikolari. Dawn il-korsijiet jiġu offruti kemm fl-MCAST kif wkoll fuq il-post tax-xogħol biex kemm jista’ jkun ma jintilifx ħin tax-xogħol.
Din l-aħħar sena bbenefikaw minn dawn il-korsijiet madwar 150 adult u s’issa r-riżultati kienu dejjem mill-aħjar. Ta min jgħid wkoll li ħafna adulti oħra, madwar 4,000 kull sena, minn setturi varji jibbenefikaw minn korsijiet ta’ filgħaxija li jkunu ta’ natura iżjed ġenerali.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi se tieħu t-tmexxija tal-MCAST biex għal li ġej l-ipproċessar tal-kuntratti li joħorġu għall-private training providers fil-qasam tal-ICT isir fiż-żmien opportun mhux bl-għaġġla fis-sajf biex ix-xogħol isir sew u b’mod professjonali, mhux bħalma sar is-sajf li għadda b’mod dilettantesk u mhux serju kif qal il-Bord tal-Appell tal-Kuntratti Pubbliċi meta sema’ każ ta’ appell?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol ta’ preparazzjonijiet ta’ tenders relatati ma’ l-għoti ta’ kuntratti għall-private training providers fil-qasam tal-ICT diġa’ beda. Dan għandu jwassal għal għotja ta’ kuntratti kmieni u ferm qabel ma tibda s-sena skolastika.
Tista' l-Ministru tgħid liema Bordijiet ta’ Studju jezistu s’issa fl-MCAST? X’inhu x-xogħol tagħhom? Xi pjanijiet għandu l-MCAST għal dawn it-tip ta’ bordijiet fis-snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fl-MCAST s’issa jeżistu l-Bord tal-Gvernaturi, l-Bureau Amministrattiv u l-Kunsill tal-Istituti.
Ix-xogħol ta’ dawn il-bordijiet huwa dak definit fl-Att tal-Edukazzjoni.
Qed jittieħdu passi biex jitwaqqfu wkoll Bordijiet ta’ Studji u biex il-Kunsill tal-Istituti jiġi estiż biex ikollu rappreżentanza iżjed miftuħa.
Tista' l-Ministru tgħid f’liema korsijiet għandu l-ħsieb l-MCAST jieħu inizjattivi biex iżid l-istudenti nisa? X’inizjattivi se jieħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-publikazzjonijiet u fil-promozzjoni tal-programmi kollha li jagħmel matul is-sena, kemm għall-korsijiet ta’ filgħodu kif ukoll dawk ta’ l-evening courses, l-MCAST jinforma bil-prospectus lill-istudenti prosepttivi kollha, mill-iskejjel kollha u ta’ abilitajiet differenti. L-MCAST jixtieq li t-tfajliet/nisa jiżdiedu fil-korsijiet kollha permezz ta’ promozzjoni li tkun miftuħa għal kulħadd, kif ukoll permezz ta’ tisħiħ ta’ counselling u l-careers guidance services tiegħu, f’kollaborazzjoni mal-iskejjel l-oħra f’pajjiżna.
Tista' l-Ministru tgħid b’kemm huwa stmat li jridu jiżdiedu r-riżorsi fiżiċi, umani u finanzjarji għall-MCAST fiż-żmien li ġej biex ikun jista' jwettaq b’mod adegwat il-pjan ambizzjuż li jipprovdi korsijiet oħra fil-qasam ta’ edukazzjoni avvanzata minbarra dawk eżistenti fil-livelli 1 sa 4?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST impenja ruħu li sa Settembru 2010 ikun beda joffri top-up fuq korsijiet ta’ livell 4 li jwassal għal degrees vokazzjonali f’erba’ mill-istituti tiegħu u fi żmien tlett snin fl-istituti l-oħra.
Il-fondi meħtiega għat-taħriġ ta’ l-istaff kemm akkademiku kif wkoll mhux, kif wkoll fondi li għandhom x’jaqsmu ma’ disinn u preparazzjoni ta’ materjal għat-tagħlim, ġej kollu mill-European Social Fund (ESF). Riżorsi umani oħra u dawk fiżiċi jkunu approporzjon ta’ l-istudenti parteċipanti li naturalment huwa mistenni li jikber gradwalment.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol tal-MCAST biex ikun punt fokali għal Life Long Learning u għal Continuous Professional Development?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST diġa’ joffri 300 kors ta’ filgħaxija u part-time. Ta’ kull sena, madwar 4000 persuna jipparteċipaw f’dawn il-korsijiet u għalhekk wieħed jista’ jgħid li l-MCAST mhux il-bogħod li jkun punt fokali għal Life Long Learning u għal Continuous Professional Development.
Tista' l-Ministru tgħid f’liema fabbriki, kumpanniji u azjendi l-istudenti tal-MCAST ġew offruti placement matul il-vaganzi u fis-sajf? L-istudenti kollha li xtaqu dan il-placement sabuh f'kull sena li ilu jeżisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.