B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2989, tista' l-Ministru tgħid liema se jkunu it-18-il programm ġdid, wieħed b'wieħed li se jittellgħu minn Channel 22 matul l-2009? Kemm se jdum għaddej kull programm? Għal min se jkun intenzjonat kull programm? Tista' tgħid min huma l-isponsorsta' kull program wieħed b'wieħed u x'ammont ta' sponsorship se jagħti kull sponsor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Mistoqsija Parlamentari 2989 tirrigwarda l-iskeda Ottubru- Diċembru 2008 u mhux l-2009. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari nru 4726.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3833, jekk kif għedt fir-risposta ċ-ċertifikati ntbagħtu bil-posta lil parteċipanti li kienu għamlu kors in kwestjoni, għaliex persuna mis-sezzjoni tal-Health and Safety kienet ġabet lil persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex jiffirma sitt ċertifikati ta' dan l-istess kors, ta' għalliema li applikaw biex iġeddu l-post tagħhom ta' peripatetic health and safety teachers fl-ewwel sejħa li saret fl-2008, ħames minuti qabel ma għalqu l-applikazzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux korrett li jingħad li persuna intalbet tiffirma sitt ċertifikati ħames minuti qabel ma għalqu l-applikazzjonijiet tat-tiġdid tal-post tagħhom ta’ Peripatetic Health and Safety Teachers.
Dikjarazzjoni mill-Bord ta’ l-Għażla qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex jiġu ndirizzati u ma jiġux ripetuti irregolaritajiet proċedurali ndikati fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur għas-sena finanzjarja 2007 f’paġna 97 dwar ħlasijiet żejda lill-kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku u dwar l-użu ta’ numru iżjed ta’ vetturi milli meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fejn ikun possibbli li n-numri ta’ studenti li għalihom jintalab it-trasport jiġi rifless fin-numru ta’ rotot skont il-ftehim, dan isir. Pero’ jeżistu numru ta’ każi fejn tinħoloq rotta b’numru iżgħar ta’ studenti peress li d-distanza bejn il-lokalitajiet involuti ma tippermettix li tinħadem f’ħin raġonevoli stabbilit mill-ftehim. Per eżempju, mill-outskirts fejn hu impossibbli li jidħol xarabank u jkun hemm ftit tfal ta’ l-iskola, tintuża minibus saċ-ċentru tar-raħal, u fejn il-lokalita’ tkun kbira ħafna, bħalma hi l-Mosta, jintużaw żewġ vetturi biex jilħqu l-firxa wiesa’ ta’ pick-up points f’din il-lokalita’.
Biex ma jiġux ripetuti rregolaritajiet proċedurali ndikati fir-rapport ta’ l-Awditur, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħed kontinwament jinsisit mal-Prinċipali tal-Kulleġġi u li l-kapijiet ta’ l-iskejjel biex jizguraw li l-iskejjel jagħtu l-informazzjoni dwar
trips
li ma jkunx hemm bżonn isiru jew ikunu jridu jiġu amalgamati fiż-żmien stipulat fil-ftehim mas-
service provider
.
Barra minn hekk, l-
invoices
qed ikunu ċċekkjati kemm mill-i
School Transport Section
kif wkoll mill-Assistent Direttur (Servizzi Finanzjarji) qabel jgħaddu għall-ħlas.
Qed ikun zgurat li kull bidla fir-
route register
tkun notifikata mill-i
School Stransport Section
lit-Taqsima ta’ l-
Accounts
, li mbagħad tivverifika mar-rapporti li jintbagħtu mill-iskejjel kull xahar.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3833, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-attendenza li rreferiet għaliha fir-risposta u li ngħatat lir-Red Cross Society biex ikunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati fir-rigward tal-Basic First Aid Course li kien organizzat fl-2007 mis-sezzjoni tal-Health and Safety u li tmexxa mill-istess Red Cross? Min informazzjoni li għandi, din l-attendenza għal tliet ijiem li dam il-kors, għalkemm saret, għal xi raġuni ma għadhiex teżiżti. Jekk dan hu l-każ allura jista' jagħti l-każ li fil-fatt kien hemm lok ta' abbuż, li bih setgħu ġew żvantaġġjati xi parteċipanti fil-ħruġ taċ-ċertifikati? Ma jidhrilhiex li l-fatt li dan id-dokument uffiċjali intilef huwa ħaġa serja u ta' min jindaga fuqha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saret indaġni fuq il-fatti li qed issir riferenza għalihom, u minn din jirriżulta li:
· L-attendenza inżammet b’mod regolari u ġiet mgħoddija lir-
Red Cross
;
· Fl-aħħar jum tal-kors, kull min kien preżenti ntalab jimla applikazzjoni. Iċ-ċertifikat ħareġ lill-għalliema kollha li mlew l-applikazzjoni;
· Il-kopja ta’ l-applikazzjonijiet kollha qegħdin fil-kustodja tad-Direttorat;
· Il-ħlas li sar għall-kors jaqbel man-numru ta’ applikazzjonijiet;
· Ġie vverifikat ma’ numru mill-għalliema li attendew il-kors li ċ-ċertifikati tqassmu fis-sajf tas-sena 2007;
· Ma jirriżultax li xi parteċipant wera bil-fatti li kien preżenti u ma ngħatax ċertifikat.
Tista' l-Ministru tgħid min kien is-service provider/s li minkejja li kellu/hom kuntratt ġdid, baqa'/ baqgħu jagħmlu invoice lid-Direttorati tal-Edukazzjoni bir-rati l-qodma li kienu ogħla u li nuqqas ta' kontrolli ippermettew li jibqa' jitħallas/u skond it-talba tiegħu/hom? Kemm tħallsu flus żejda b'dan l-ingann u nuqqas ta' kontroll f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-service provider li tħallas bir-rati l-qodma kien Paramount Garage.
L-ammont li tħallas żejjed kien ta’ €7,554.06, liema ammont inġabar lura.
Qed ikun żgurat li kemm l-i
School Transport Section
kif ukoll it-Taqsima ta’ l-
Accounts
ikunu infurmati bid-dettalji ta’ kull
tender
li tingħata b’mod aktar formali mit-Taqsima tal-
Procurement
billi jintbagħat il-
file
rilevanti u jiġi
acknowledged
li dawn it-taqsimiet irċevew l-informazzjoni, biex ikunu evitati żbalji simili fil-futur.
Issa li ħareġ ir-rapport finali tal-TIMMS 2007, tista' l-Ministru tgħid kif marret Malta komparata ma' pajjiżi oħra f'dan l-istħarriġ? X'kienu l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport dwar Malta? X'passi konkreti ittieħdu mid-Dipartiment tal-Quality Assurance biex jindirizza n-nuqqasijiet li ġew identifikati bħala riżultat ta' dan l-istħarriġ? Hemm xi ħsieb li jsiru analiżi komparattivi mal-pajjiżi Ewropej li pparteċipaw f'dan l-istħarriġ? Fuq l-indikazzjonijiet ta' dan ir-rapport jista' jiġi kkummissjonat lill-Università ta' Malta rapport riċerkat dwar il-qagħda fl-iskejjel kollha f'dawn l-oqsma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning qed jistudja r-riżultati tar-rapport finali tat-TIMMS 2007 li kien ippublikat f’Diċembru tas-sena 2008, bil-għan li janaliżża kif it-tagħlim fl-iskejjel tagħna jkun aktar effettiv.
Ta’ min jgħid li qabel ma kien ħareġ ir-riżultat kien diġa twaqqaf grupp biex jistudja l-istat ta’ l-edukazzjoni tax-xjenza fis-settur, kemm primarju kif ukoll sekondarju.
F’Malta l-iskejjel kollha sekondarji, li jgħoddu disgħa u ħamsin, ipparteċipaw f’TIMMS 2007. Total ta’ 4,670 student tal-Form 3 ġew assessjati.
Fil-Matematika, l-istudenti Maltin marru tajjeb u Malta ġiet fis-16-il post minn 49 pajjiż. Malta marret aħjar mill-Iskozja, l-Italja, Ċipru, l-Bulgarija, r-Rumanija u n-Norveġja. Pajjiżi li marru aħjar minn Malta jinkludu l-Ungerija, l-Ingilterra, il-Litwanja, ir-Republika Ċeka u s-Slovenja.
Ir-riżultat fil-qasam tax-Xjenza ma kienx daqshekk sodisfaċenti. Malta giet fit-30 post minn 49 pajjiż. L-Iżvezja, l-Iskozja, l-Italja u n-Norveġja huma fost il-pajjiżi li marru aħjar minn Malta fil-qasm tax-Xjenza. Pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li ġie wara Malta huwa Ċipru.
Fost il-grupp ta’ studenti Maltin li pparteċipaw fit-TIMMS 2007, ma kien hemm l-ebda differenza li hija statistikament sinifikanti bejn il-bniet u s-subien fl-oqsma tax-Xjenza u l-Matematika. Din ix-xejra ma tirriflettix ix-xejra internazzjonali fejn il-bniet marru aħjar mis-subien.
Meta tqabbel il-kisbiet internazzjonali fost il-pajiżi parteċipanti, huwa mportanti li wieħed iqis l-esperjenzi kurrikulari ta’ l-istudenti li ġew assessjati. L-analizi li tajna hawn fuq hija bbażata fuq rapport dwar l-iskor medju hekk kif ippreparat miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Studju li jinsab f’Boston College u ċ-Ċentru tal-Iproċessar tad-Data u r-Riċerka tal-IEA u li ġew ippublikati f’rapporti internazzjonali.
Is-sitwazzjoni fl-iskejjel kollha qed tiġi studjata mit-tim tan-National Strategy for Science Education, li jinkludi membri mid-Direttorat għal Edukazzjoni, l-Universita’ ta’ Malta, l-Għaqda Skejjel tal-Knisja u Indipendenti, l-Għaqda tal-Għalliema tax-Xjenza u ċ-Chamber of Scientists.
Id-Dipartiment tal-Quality Assurance qiegħed jiddisdkuti dan ir-rapport mad-dipartimenti u sezzjonijiet ikkonċernati f’kuntest fejn ir-riżultati huma inkoraġġanti izda nemmnu li r-riformi sejrin itejbu r-riżultati tagħna meta nerġgħu nieħdu sehem fit-TIMMS li jmiss.
Tista' l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-management committee ta' Channel 22? Min innomina dan il-kumitat, u kull meta jiġi rikostitwit? X'inhi l-onorarja ta' kull membru ta' dan il-kumitat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ Channel 22 twaqqaf mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni f’ Lulju 2008. Il-membri tieghu huma s-Segretarju Permanenti, illum Dr Christopher Bezzina; Fr Joe Borg, Konsulent fil-Ministeru u Ms Nadette Bugeja. L-unika persuna li tiehu remunerazzjoni ghas-servizz taghha hija Ms Bugeja u din tlahhaq ghal ewro 1,200 fis-sena.
Tista' l-Ministru tgħid tul is-sena finanzjarja 2008 x’verifika saret dwar amalgamazzjoni ta’ vjaġġi fuq rotot tas-servizz tat-trasport skolastiku minn kuntratturi li jaqbdu jagħmlu dan bla awtoritazzjoni mill-awtoritajiet edukattivi li jħallsu tas-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rotot li jiġu amalgamati jiġu kkonfermati mal-Kapijiet tal-iskejjel u jitħallsu skond kif provdut fil-ftehim bejn l-operaturi u d-Direttorat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm multi weħlu kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku għal vjaġġi li kellhom jagħmlu u ma għamlux tul is-sena finanzjarja 2008? X’tip ta’ verifika saret dwar dan in-nuqqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena finanzjarja 2008, il-multi li weħlu l-kuntratturi għal vjaġġi li ma għamlux kienu hekk:
Unscheduled Bus Service (UBS) €3,496
Ko-operattiva tal-Mini Buses €477
Public Transport Association (PTA) €3,725
Il-verifika li saret dwar dan in-nuqqas kienet tikkonsisti fir-rapporti li ntbagħtu b’mod regolari mill-iskejjel lill-uffiċjal responsabbli mit-trasport wara li dawn kienu infurmati bin-nuqqas. Saru wkoll żjarat għall-għarrieda fl-iskejjel mill-istess uffiċjal, speċjalment meta xi każi ġew ripetuti.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur — Trasport skolastiku - Sitt rakkmandazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi twettaq mis-sitt rakkmandazzjonijiet li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur fir-rapport tiegħu għas-sena 2007 f’paġna 101 biex it-trasport skolastiku għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu fi skejjel mainstream jitmexxa aħjar u b’kontroll finanzjarju serju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Biex jiġi kkontrollat l-infieq fuq it-trasport għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu fl-iskejjel mainstream, qiegħed isir iċċekkjar aħjar tal-invoices mar-rapporti li jaslu mill-iskejjel fl-aħħar tax-xahar, kif ukoll qed jiġi żgurat li r-rati mħallsa huma skont it-tender.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex is-servizz tat-trasport għad-Direttorati tal-Edukazzjoni ma jibqax fih in-nuqqasijiet imsemmija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur 2007 paġna 103 u 104?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif indikat anki f’paġna 104 tar-rapport ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għall-2007, issa qed isir użu shih tal-Fleet Management System. Fl-2007 kellha tintuża wkoll informazzjoni minn Excel database għax il-Fleet Management System ma kinitx introdotta mill-bidu tas-sena.
Il-
College Principals
, li llum ħadu post il-
College Co-ordinators
, qed jirċievu
car allowance
. Kif intqal wkoll fir-rapport, il-
College Co-ordinators
kienu pprovduti b’karrozza tal-kiri u
fuel
flok
allowance
bħala miżura temporanja u amministrattiva anke għaliex fi proġetti piloti tinħtieġ ċerta flessibilita’.
Dwar il-fatt li xi vetturi m’għandhomx
milometer
, fir-rapport diġa’ ntqal li m’hemmx
garages
li għandhom permess biex iwaħħlu dan l-apparat fuq vetturi. Barra minn hekk, peress li dawn il-vetturi nxtraw
second hand
minn barra minn Malta fl-1982, ‘l anqas ma huwa maħsub li jkun
economically feasible
li jsiru ċerti spejjeż fuq dawn il-vetturi.
Fuq il-kwistjoni tal-
log books
se tinħareġ ċirkolari biex dawn jinżammu b’aktar dettal u se jsiru aktar spezzjonijiet mis-
supervisor
u l-Assistent Direttur responsabbli mit-trasport.
Xi karrozzi jinżammu wara l-ħin tax-xogħol għax ikun aktar prattiku minħabba ċ-ċirkostanzi li d-
driver
jibda x-xogħol l-għada mid-dar. Dan isir, per eżempju, meta jkun meħtieġ li jinġabru xi uffiċċjali kmieni miċ-Ċirkewwa. Kif jintqal wkoll fir-rapport, in-numru ta’ dawn il-karrozzi naqas meta mqabbel ma’ snin imgħoddija. Ta’ min wieħed isemmi li l-fatt li l-ispiża għall-konsum tal-
fuel
fil-Ministeru u d-Direttorati naqset minn Lm50,212 fl-2006 għal Lm40,470 fl-2007 turi li qed isir kontroll f’dan ir-rigward.
Servizz tat-trasport — Ġbir ta' studenti kmieni ħafna
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena finanzjarja 2008 komplewx jaslu ilmenti li l-kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku kien hemm rotot fejn ġabru lill-istudenti kmieni ħafna? X’passi ttieħdu dwar dawn l-ilmenti u xi tnaqqis fil-ħlasijiet saru lill-kuntratturi dwar dan in-nuqqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ilmenti li waslu fid-Direttorat dwar xi rotot fejn studenti inġabru kmieni ħafna, kollha ġew investigati wieħed wieħed. Fejn irriżulta li t-tfal inġabru kmieni wisq, l-operatur ġie mgħarraf u ġie mitlub biex jimxi mal-ftehim. Il-penali relattivi qed jiġu applikati fejn instab ksur tal-ftehim.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Istrategija IT imħejjija mid-Direttorat għall-Kwalita` u l-Istandards fl-Edukazzjoni I ippreżentat lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur li ssir referenza għaliha f’paġna 197 tar-Rapport tal-istess uffiċċju għas-sena 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu matul is-sena 2008 biex uffiċjali nkarigati mit-trasport fl-iskejjel ikunu jafu sew kif jaħdem dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi ta’ l-Iskejjel organizza żewġ serje ta’ laqgħat, waħda għall-kapijiet ta’ l-iskejjel qabel il-vaganzi tas-sajf li għadda, u oħra għall-uffiċjali fl-iskejjel li huma risponsabbli mid-data entry fis-software il-ġdid li ġie żviluppat biex jinżammu rekords kompleti u preċiżi ta’ dak kollu li jsir waqt is-servizz tat-trasport.
Fl-ewwel serje ta’ laqgħat li saret għall-kapijiet ta’ l-iskejjel ġie spejgat fid-dettal il-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern u l-operaturi. Ġew spjegati wkoll it-termini kollha tal-ftehim u ta’ korrispondenza oħra li jagħmlu parti mill-ftehim. Dawn l-ispjegazzjonijiet tat-termini u kundizzjonijiet ġew inkwadrati fil-qafas tas-
sfotware
ġdid li ġie żviluppat.
Wara l-vaganzi tas-sajf saret serje oħra ta’ laqgħat għall-uffiċjali li jagħmlu
data input
fis-
software
. Dawn il-laqgħat iċċaraw ħafna dubji dwar x’għandu jiġi rrapurtat u kif għandhom isiru dawn ir-rapporti.
Wara l-esperjenza ta’ l-ewwel xhur, jidher li s-sistema qed tindara tajjeb u r-rżultati mixtieqa qegħdin jinkisbu.
L-uffiċjali ġodda fl-iskejjel qed jingħataw taħriġ u tagħrif biex huma ikunu aġġornati wkoll.
Trasport skolastiku għal tfal bi bżonnijiet speċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’kuntratt hemm bħalissa għall-provvista tas-servizz tat-trasport skolastiku għal tfal bi bżonnijiet speċjali li qed jattendu skejjel primarji u sekondarji mainstream? Kemm hemm tfal jużaw dan is-servizz u kemm jiswa? Kemm hemm kuntratturi jipprovdu dan is-servizz, fuq kemm rotot u b’kemm vetturi? Dawn ir-rotot huma biżżejjed biex jaqdu t-tfal bi bżonnijiet speċjali jew jintużaw ukoll għal tfal oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iż-żewġ kuntratti li hemm bħalissa għall-provista tas-servizz tat-trasport skolastiku għal tfal bi bżonnijiet speċjali li qed jattendu skejjel primarji u sekondarji mainstream huma:
1. Tal-Paramount Garage li ngħata permezz ta’
tender
mid-Direttorat wara pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern ta’ l-1 ta’ Awwissu, 2008.
2. Tad-TDP (
Transport for Disabled Persons
) li ngħata
b’tender
tad-Dipartiment tal-Kuntratti kien estiż sa l-aħħar ta’ Diċembru 2008. Minn Jannar 2009 sa l-aħħar tas-sena skolastika 2008/2009 ngħata
direct order
bl-approvazzjoni meħtieġa, lit-TDP peress li t-
tender
li nħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti għadu qed jiġi ipproċessat.
Hemm 22 student li jużaw dan is-servizz li jiswa €218.30 kuljum (tal-Paramount Garage) u €465.54 kuljum (tat-TDP
Lifter Vans
).
Il-Paramount Garage jipprovdu dan is-servizz fuq 10 rotot b’10 vetturi waqt li t-TDP jipprovdu dan is-servizz fuq 5 rotot b’5 vetturi.
Dawn ir-rotot jintużaw biss għal tfal bi bżonnijiet speċjali.
Barra minn hekk, 5 studenti oħra bi bżonnijiet speċjali qed jiġu provduti bis-servizz ta’ trasport minn 5 vetturi tad-Direttorat fuq 5 rotot.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex jiġu ndirizzati n-nuqqasijiet indikati fl-Annual Audit Report 2007 tan-NAO paġna 96 taħt ‘Shortcomings in the contract of service’? Dawn il-passi huma sodisfaċenti biex l-istess nuqqasijiet ma jiġux ripetuti fis-sena finanzjarja 2008 u fis-snin finanzjarji li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalkemm il-kuntratt iffirmat mas-service providers ma jistipulax b’mod preciż kif japplikaw ir-rati differenti, fil-prattika dawn jikkorrispondu mad-distanza, in-numru ta’ pick up points u n-numru ta’ bliet jew irhula li jkopri l-vjaġġ.
Fin-negozjati li se jsiru għal ftehim ġdid, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi se jkun qed jara kif jistgħu jintużaw mezzi moderni li jgħinu biex tkun stabbilita b’mod aktar eżatt id-distanza ta’ kull vjaġġ.
Meta jintużaw vetturi akbar minn dawk indikati fil-kuntratt, skont kif jipprovdi l-istess kuntratt, u għalhekk xi vjaġġi jkunu amalgamati, isir tnaqqis ta’ 20% fuq ir-rata l-baxxa skond kif ipprovdut f’
side letter
tad-29 ta’ Jannar 2004.
Tfal bi bżonnijiet speċjali li ma jattendux skola — Trasport
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’jiġri meta tfal bi bżonnijiet speċjali ma jattendux skola? Jiġu avżati l-kuntratturi tat-trasport tagħhom? X'ħin jiġu avżati? Meta ma jagħmlux vjaġġ jitħallsu xorta waħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tender il-ġdida tipprovdi li, meta student ma jkunx ser jattendi l-iskola, il-kuntrattur tat-trasport għandu jiġi avżat fil-ħinijiet tal-uffiċċju ġurnata qabel. Il-kuntrattur jitħallas 25% tar-rata meta l-vjaġġ ma jsirx.
L-iskejjel ingħataw struzzjonijiet biex jinfurmaw lit-Taqsima tat-Trasport ta’ l-iSkejjel fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi meta tfal ma jkunux ser jattendu minħabba mard fit-tul biex il-kuntrattur tat-trasport jiġi infurmat mill-ewwel.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex matul is-sena finanzjarja 2008 il-kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku jaħdmu skond l-obbligi kollha li ntrabtu bihom u jinżammu records korretti tas-servizz li jipprovdu f’numru ta’ vetturi u fil-kwalita` tas-servizz u ma jibqgħux jitħallsu ta’ xogħol li ma jkunux għamlu u ma jibqgħux jiffullaw karozzi bl-istudenti meta suppost li għal raguni ta’ sigurta` u ta’ kumdita` t-tfal suppost jinġarru aħjar milli nġarru fuq għadd ta’ rotot tul is-sena finanzjarja 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saru diversi laqgħat bejn uffiċjali għolja fid-Direttorati u l-uffiċjali li jirrappreżentaw lill-operaturi biex jiġu ċċarati dak li ż-żewġ partijiet jistennew minn xulxin. Isiru skambji kontinwi ta’ idejat, ħsibijiet u esperjenzi ta’ l-andament tat-trasport ta’ l-istudenti. Isiru spezzjonijiet sew mill-uffiċjal tad-Direttorat li għandu l-grad ta’ Enforcement Officer II, kif ukoll minn uffiċjal ta’ l-ADT fejn u meta jinħass il-bżonn.
Id-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi ta’ l-Iskejjel, flimkien mas-Sezzjoni ta’ l-Accounts, żviluppaw software ġdid li jżomm rekords preċiżi u kompleti tal-vjaġġi kollha li jsiru jew ma jsirux, jekk jaslux kmieni jew tard, eċċ. Peress li fis-software ġie inkluż il-kunċett ta’ data validation, id-data li jdaħħlu fih l-iskejjel hija ffukata ħafna u l-proċess kif maħsub u maħdum ma jħallix lok għal żbalji fid-data entry.
Il-ftehim ma jagħtix lok li l-istudenti ma jkunux bilqegħda komdi waqt it-trasport. Il-Kapijiet għandhom struzzjonijiet li ma jħallux studenti jinġarru bil-wieqfa. Meta xi kultant jaslu rapporti ta’ nuqqas ta’ ħarsien ta’ xi waħda mill-kundizzjonijiet li hemm fil-ftehim qed jiġu applikati l-penali maħsuba.
Tista' l-Ministru tgħid jekkil-pagamenti żejda li saru tul is-sena finanzjarja 2007 (Rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur Sena 2007, paġna 101) inġabrux lura? X’fadal jinġabru? Saru pagamenti żejda simili fis-sena finanzjarja 2008? Kemm saru u jekk saru x’qed isir biex jinġabru lura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-pagamenti li saru żejda tul is-sena finanzjarja 2007 inġabru fis-sena 2008.
Fis-sena finanzjarja 2008 ma sarux pagamenti żejda.