Trasport Speċjali għall-istudenti fi skejjel mainstream — standing procurement regulations
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex, kif indika l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2007 it-trasport speċjali għall-istudenti fi skejjel mainstream ma kienx dejjem effetwat b'mod regolari skond standing procurement regulations? X'għodod hemm għad-dispozizzjoni ta' min hu responsabbli biex jara li ma jkunx hemm dawn l-abbużi? Tista' tagħti lista ta' kull darba li ġew irrappurtati dawn in-nuqqasijiet u minn min ġew rappurtati? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istanding procurement regulations? Meta kienu formulati dawn ir-regolamenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-extensions tat-tender kienu dejjem approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti. F’Marzu tal-2007, ingħataw dawk ir-rotot li kienu konformi mal-ispecifications tat-tender document. Biex l-istudenti fuq ir-rotot li ma setgħux jingħataw ikunu moqdija, komplew jiġu mħaddma l-operaturi bl-extensions ta’ qabel. Sussegwentament kienet nħarġet tender oħra għar-rotot li kien fadal.
l-Assistent Direttur/Direttur dejjem aċċettaw li t-
tenders
dejjem jinħarġu fi żmien minn qabel biex meta tibda s-sena skolastika l-istudenti ikollhom it-trasport meħtieġ.
Meta jitfaċċa xi każ wara li tkun ġiet mogħtija t-
tender
, jinżammu il-parametri li fihom tkun ingħatat it-
tender
.
Qiegħdha inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Regolamenti ta’ l-2005 dwar Kuntratti Pubbliċi.
Dawn ir-regolamenti kienu fformulati skond l-Avviż Legali Nru. 177 ta’ l-2005 u ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 17, 775 tat-3 ta’ Ġunju 2005.
Kien hemm emendi għal dawn ir-regolamenti skond l-Avviż Legali Nru. 11 ta’ l-2006 u Avviż Legali Nru. 410 ta’ l-2007.
Jista' l-Ministrua tara li d-Direttur li taħtu jaqa' it-trasport tal-istudenti joħroġ standard procedures li kull skola trid issegwi biex ikun jista' jsir pjanar tajjeb għat-trasport tal-istudenti? Jistgħu jiġu konsidrati passi dixxiplinarji kontra min huwa responsabbli fl-iskejjel biex jipprovdi informazzjoni dwar ħteġijiet tal-iskola f'dan ir-rigward, jekk ma jsegwuwx l-istandard procedures li ssuġerejt aktar 'l fuq? Liema huma dawk l-iskejjel waħda b'waħda li rrefera għalihom l-Awditur Ġenerali fir-Rapport Annwali tiegħu għal 2007 li ma tawx l-informazzjoni meħtieġa biex ikun jistgħu jiġu ippjanati r-rotot u wkoll biex isir il-ħlas lis-service providers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn qabel is-sajf li għadda, id-Direttorati għal Servizzi Edukattivi ħa dawn il-passi biex in-nuqqasijiet li qed issir riferenza għalihom ma jiġux ripetuti:
1. Bagħat 4 ċirkularijiet fl-iskejjel u l-kulleġġi li jistabbilixxu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-kulleġġi dwar l-operat tat-trasport fl-iskejjel.
2. Ingħataw spjegazzjonijiet lill-Prinċipali tal-Kulleġġi dwar is-sistema ta’ l-operat tat-trasport fl-iskejjel; dan sar bil-ħsieb li l-Prinċipali jaħdmu fil-
Council of Heads
biex isir titjib f’din id-direzzjoni.
3. Saru tliet korsijiet separati (2 għall-Kapijiet ta’ l-iskejjel u wieħed għall-istaff klerikali) biex l-iskejjel kollha li jużaw it-trasport jingħataw it-tagħrif kollu ta’ kif taħdem is-sistema, u kif għandhom jirraportaw nuqqasijiet, kemm b’mod immedjat, kif ukoll b’mod regolari fl-aħħar tax-xahar.
4. Gie żviluppat
software
li qed jitħaddem biex jgħin lill-iskejjel jippjanaw u jirraportaw it-trasport.
5. Kull skola giet mitluba tressaq il-bżonnijiet tagħha għat-trasport. Kull talba ġiet evalwata u nħargu r-rotot. Saru xi emendi bi qbil bejn l-iskola u l-uffiċċju ta’ l-i
School Transport
. Ir-rotot bdew jaħdmu b’mod fiss wara l-ewwel ġranet ta’ l-iskola.
Irriżulta li l-iskejjel kollha segwew l-i
standard
procedures
tal-bidu biex jiġu ppjanati r-rotot, tant li l-iskejjel kollha għandhom
database
ta’ kif l-istudenti tagħhom huma mqassma fuq ir-rotot rispettivi.
Tista' l-Ministru tgħid kif se tiġi trattata n-nuqqas, ta' kif isejħilha l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għall-2007, segregation of duties li teżisti fir-rigward tat-trasport tal-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-sistema tal-amministrazzjoni tat-trasport tal-istudenti fl-iskejjel tal-istat li ġiet introdotta minn Settembru 2008 ‘il hawn, ir-responsabbiltajiet tqassmu kif ġej:
1. Il-kapijiet tal-iskejjel iressqu t-talbiet tagħhom permezz tal-Prinċipali tal-Kulleġġi.
2. Uffiċjal fit-taqsima tat-trasport iqassamhom f’rotot u
pick-up points
.
3. Id-Direttur responsabbli japprova jew jibdel skond il-ħtieġa.
4. L-uffiċjali responsabbli mit-trasport fl-iskejjel jirraportaw b’mod regolari dak li jkun qed jiġri fl-iskejjel tagħhom.
5. L-uffiċjali tal-
Customer Care Unit
jirċievu l-
complaints
u jsegwu l-każi rappurtati mal-operaturi, jew mal-ADT skond il-każ.
6. L-uffiċjali fl-iskejjel jibgħatu rapport fl-aħħar tax-xahar lis-Sezzjoni tal-
Accounts
biex tiġi ċċekkjata għall-korrettezza. Dan jiġi segwit minn
hard copy
tar-rapport li tiġi approvata mill-Prinċipal tal-Kulleġġ.
7. Il-
hard copy
tgħaddi għand l-Uffiċċju tat-trasport u jiġu applikati l-penali skond il-
complaints
li jkunu waslu, u jiġu
cross-checked
mal-accounts.
8. Il-penali jiġu approvati mid-Direttur u mressqa lis-Sezzjoni tal-Accounts.
9. L-Assistant Direttur responsabbli mill-finanzi jagħmel
random checks
tal-ħlasijiet approvati.
School Transport Service Providers — Contract of service
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi provizjonijiet hemm fil-contract of service tas-service providers tal-ischool transport biex jagħmel tajjeb għal nuqqasijiet mill-ftehim li irrefera għalihom l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2007? Kemm-il darba saru nuqqasijiet fir-rigward ta' dawn il-contracts of service matul l-2007 u l-2008, sena b'sena? Kemm kien hemm nuqqasijiet min-naħa tas-service providers? Kemm minn dawn in-nuqqasijiet kienu tort tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proviżjonijiet li hemm fil-contract of service tas-service providers tal-iSchool Transport biex jagħmel tajjeb għal nuqqasijiet mill-ftehim li rrefera għalihom l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2007 huma:
1. dwar
missed trips
– ma jsirx ħlas u tiġi applikata penali iddoppju tal-ħlas;
2. dwar rotot amalgamati – ir-rotta amalgamata titħalla bir-rata ta’ 80% tal-prezz;
3. rotta li tinħadem kmieni jew tard jitnaqqas €4.60 għal kull nuqqas.
Biex dawn il-proviżjonijiet ikunu applikabbli, l-operaturi jridu jiġu infurmati bil-miktub fi żmien ħamest ijiem minn meta jkun sar in-nuqqas.
Numru ta’ Nuqqasijiet mis-
Service Providers
li waslu fid-Direttorat
20072008
Missed Trips
Rotot Amalgamati
Missed Trips
Rotot Amalgamati
Service Provider
1271210110303
Service Provider
2196374124465
Service Provider
335382267
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi dejjem aġixxa fuq ir-rapporti li ntbagħtu mill-iskejjel.
L-Uffiċjal responsabbli mit-Trasport ma kellux direzzjoni biex japplika penali ħlief li ma jitħallasx vjaġġ li ma jkunx sar. Għalhekk ma nżammux rekords ta’ rotot li waslu kmieni jew tard.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol tal-persuna nkarigata mit-trasport tal-iskejjel ma kienx qed jiġi iċċekkjat indipendentement matul 2007? Dan minħabba nuqqas ta' staff jew inkella hu dovut għall-fatt li kontinwament jinteressana l-kwantità tax-xogħol li ħaddiema qed ikun mistennija li jagħtu milli l-kwalità tal-output tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-sena 2007, id-Dipartiment ta’ l-Operat li taħtu kien jaqa’ t-trasport ta’ l-iskejjel kien qed jiffunzjona b’nuqqas ta’ staff tant li ma kien hemm ebda Assistent Direttur f’dan id-Dipartiment. Dan għaliex bir-riforma li kienet qed titfassal, dan id-Dipartiment kien se jiġi trasformat f’Dipartiment ieħor.
Kien minħabba din ir-raġuni li x-xogħol tal-persuna nkarigata mit-trasport ta’ l-iskejjel ma kienx qed jiġi ċċekkjat indipendentement.
Ta’ min jgħid li waqt il-laqgħa li saret mal-
Public Accounts Committee
tal-Parlament ġiet spjegata kull kritika li deher fir-rapport ta’ l-Awditur u ma rrizultax li kien hemm nuqqasijiet serji.
Tista' l-Ministru tgħid x'ammont ta' karti riċiklati jew prodotti riċiklati inxtraw minn kull dipartiment jew sezzjoni li taqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u entità b'entità? Ta' kemm kienet in-nefqa fuq dawn il-prodotti minn kull dipartiment jew sezzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tidher hawn taħt.
ENTITA’
2004
(Lm)
2005
(Lm)
2006
(Lm)
2007
(Lm)
2008
(€)
Kunsill Malti għall-Isport
NIL
NIL
177.00
266.60
695.33
Heritage Malta
NIL
1,015.71
3,394.61
3,671.92
17,086.15
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
721.22
766.30
772.31
728.52
1853.90
Dipartiment tal-Libreriji
169.70
204.28
162.20
80.50
437.15
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awditur Ġenerali ma ngħatat records ta' ħlasijiet għal trips ta' stand by duties minn kuntratturi għat-trasport tal-istudenti matul 2007? Dan ifisser li break down ta' ħlasijiet dovuti lil kuntratturi ma jinżammux? Dan ma jindikax accounting procedures ħżiena min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali ma jindikax li l-Awditur Ġenerali ma ngħatax records ta’ ħlasijiet għal trips ta’ stand by duties matul l-2007. Tant hu hekk, li l-istess rapport jirreferi għall-ispiża li saret f’dan ir-rigward fl-2007.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm trips li ma sarux mis-service providers tat-trasport tal-istudenti matul dawn l-aħħar ħames snin? Liema rotot kienu waħda b'waħda u sena b'sena li fuqhom ma ngħatax servizz? Kemm suppost ġew iċċarġjati penali dawn is-service providers wieħed wieħed u sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin għal trips li ma għamlux jew inkella għax ma waslux fil-ħin kif hemm fil-kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qabel Frar 2008, l-Uffiċjal responsabbli mit-Trasport ma kellux direzzjoni biex japplika penali ħlief li s-
Service Provider
ma jitħallasx tal-vjaġġ li ma jkunx sar.
Tista' l-Ministru tgħid min kien responsabbli li jirrapporta lill-awtoritajiet tat-taxxi li s-service providers tat-trasport tal-istudenti ma kenux qed jipprovdu riċevuti fiskali tal-ħlasijiet mgħoddija lilhom indikati fir-rapport annwali tal-Awditur Ġenerali għall-2007? Kemm tmur lura qabel l-2007 din is-sitwazzjoni? X'kienu r-raġunijiet li ngħataw mill-persuna responsabbli għaliex dan ma sarx? Kemm kienu jammontaw il-ħlasijiet li fuqhom ma ngħatatx rċevuta fiskali? Liema kienu s-service providers li rrifjutaw li jipprovdu rċevuta fiskali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-responsabbilta’ li tirraporta lill-awtoritajiet tal-VAT li service provider tat-trasport ta’ l-istudenti ma kienx qed jipprovdi riċevuti fiskali hija tas-Sezzjoni ta’ l-Accounts fid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni.
Din is-sitwazzjoni nħolqot fl-2007, meta l-
ex
-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni ma baqgħatx reġistrata mad-Dipartiment tal-VAT.
It-Taqsima ta’ l-
Accounts
ippruvat tirregolarizza s-sitwazzjoni fl-iqsar żmien possibli u fil-fatt, issa dan is-
service provider
irregolarizza ruħu u bagħat l-irċevuti fiskali kollha li kellu nieqsa.
Issa li sar magħruf li il-baġit għal provizjon tal-iSpecial School Transport matul l-2007 ġie maqbuż b'somma konsiderevoli, tista' l-Ministru tgħid b'kemm u x'kienu iċ-ċirkostanzi li minħabba fihom inqabeż il-baġit stipulat? Għand liema service providers marru l-ammonti ta' fondi eċċessivi li intnefqu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif indikat fir-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali għas-sena 2007, l-ispiża għat-trasport għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali laħqet €611,866.
Kif spjegaw l-uffiċjali tal-Ministeru waqt il-laqgħat tal-
Public Accounts Committee
, l-ammont allokat għall-2007 kien daqs l-allokazzjoni ta’ l-2006 (€465,875) minkejja li l-ispiża għall-2006 laħqet €574,715.
Minn dan il-vot tħallsu dawn is-
service providers
:
Mini Bus Co-operative Ltd. €136,052
Unscheduled Bus Service €61,227
Paramount Garage €97,878
Peppin Garage €21,116
TDP €295,181
Stefan Fenech €412
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff f'Channel 22, u x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minnhom? Kemm minn dan l-istaff kellu taħriġ professjonali fil-qasam tax-xandir u fejn ingħatalhom dan it-taħriġ u f'liema sena jew snin? F'liema grad taċ-ċivil jinsab kull membru tal-istaff?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B’kollox hemm 12-il impjegat full-time jew b’kuntratt. Id-dettalji mitluba kif jidhru hawn taħt:
Supply Teacher
skala 12 b’esperjenza ta’ tmien snin fil-qasam tax-xandir. Segwiet diversi korsijiet fosthom dwar preżentazzjoni u komunikazzjoni pubblika (AZAD) u fuq muntaġġ permezz ta’ sistemi diġitali (Education 22). Preżentament hi preżentatriċi u
producer
.
Supply Teacher
skala 10 b’Baċċellerat fl-Arti bi speċjalizzazzjoni fil-Komunikazzjoni fejn ikkwalifikat bi grad 1st Class Honours (UoM). Għandha 12-il sena ta’ esperjenza televiżiva bħala
producer/director
lokalment u ħadmet fuq diversi proġetti barra minn Malta. Preżentament twettaq xogħol ta’ preżentatriċi,
producer
u direttur.
Għalliema, skala 8, b’Baċċellerat fl-Arti bi speċjalizzazzjoni fil-Komunikazzjoni (UoM) u Masters fil-Komunikazzjoni bi speċjalizzazzjoni fil-ġurnalizmu (UoM). Għandha esperjenza ta’ 16-il sena fil-qasam tax-xandir televiżiv. Preżentament hi preżentatriċi,
producer
u direttur.
Supply Teacher
skala 10 bi kwalifiċi barranin fosthom Baċċellerat fil-Komunikazzjoni Multi-Media (New York), Broadcast Communications (New York Suffolk Community College), ċertifikat f’Audio Recording (Audio Recording Technology Institute, YN). Preżentament jaħdem bħala
producer
,
cameraman
u fil-muntaġġ.
Impjegata f’kuntratt bħala
Operations Manager
u taħdem fl-ippjanar ta’ kru tekniku għall-produzzjoni ta’ l-istazzjon.
Żewġ
Camerapersons
u edituri b’kuntratt indefinit. Studjaw l-MCAST fejn kisbu Diploma fl-Elettronika.
Ex-impjegata tal-PBS u għandha esperjezna ta’ 28 sena fil-qasam tax-xandir. Segwiet korsijiet fil-ġurnalizmu mtella’ mill-Istitut tax-Xandara, il-Fondazzjoni Tumas Fenech u l-Universita’ ta’ Malta. Għandha grad ta’
Reporter
. Preżentament qed taqleb testi mill-Ingliż ghall-Malti u viċi-versa u tipproduċi dokumentarji.
Ex-impjegat tal-PBS b’esperjenza ta’ 32 sena bħala
cameramen
u direttur/
producer
. Ħadem wkoll barra minn Malta. Preżentament iwettaq xogħol ta’ direttur u
producer
.
Żewg
Supply Teachers
, grad 10. Studjaw u kisbu Baċċellerat fil-
Film Making
mill-Middlesex University, Sydney. Preżentament qed jagħmlu xogħol ta’
camerapersons
u
producers
.
Executive Officer
li tagħmel xogħol amministrattiv u klerikali. Qed issegwi kors ta’ Baċċellerat fil-Politika Socjali fl-Universita’ ta’ Malta.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 2969, tista' l-Ministru tgħid min huma l-acting precinct officers fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni? Liema kulleġġi jaqgħu taħthom? X'allowances għandhom kull acting precinct officer u liema entità qed toħroġ l-allowances ta' dawn l-acting precinct officers? Fuq liema kriterju intgħażlu dawn l-acting precinct officers li minnhom hemm tlieta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Acting Precincts Officers iservu f’Kulleġġ San Benedittu, f’Kulleġġ Santa Margerita, f’Kulleġġ Santa Klara, f’Kulleġġ Maria Reġina u f’Kulleġġ San Ġorġ Preca. Dawn l-Acting Precincts Officers jitħallsu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.
Dawn l-
Acting Precincts Officers
intgħażlu fuq l-esperjenza tal-
performance
effettiva tagħhom sakemm joħorġu l-applikazzjonijiet ta’
College Precinct Officers
. Dan ser isir fi żmien qasir peress li l-
feedback
mill-iskejjel dwar dan il-proġett pilota kien pożittiv ħafna.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li School Transport Section tingħata r-riżorsi umani meħtieġa biex tassigura li ċertu nuqqasijiet li ħarġu fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007 ma jerġgħux jirrepetu ruħhom? Jekk fl-affermattiv, tista' tagħti indikazzjoni ta' meta ser tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent hemm koordinament aħjar milli kien hemm fis-snin ta’ qabel fis-Sezzjoni tal-iSchool Transport Section. L-operat tal-Kulleġġi, tal-Customer Care u tas-Sezzjoni tal-Finanzi qed jiġu koordinati ma’ dak tal-iSchool Transport Section biex ma jiġux ripetuti n-nuqqasijiet imsemmija fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007.
Tista' l-Ministru tgħid kemm il-għalliem ġie akkuzat b'pedofelija matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawk akkużati kienu rġiel u kemm kienu nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm għalliem wieħed akkużat b’pedofelija. Dan il-każ ġara fl-2004. Kien hemm ukoll żewġ instructors akkużati b’pedofelija, wieħed fl-2000 u ieħor fl-2005, u supply teacher fl-2007. Fil-każijiet kollha l-akkużati kienu rġiel.
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kif jiġu organizzati l-ħteġijiet tat-trasport tal-iskejjel, l-ippjanar tar-rotot u ħlasijiet lis-service providers? Kemm huwa stmat li jieħu ħin xogħol ta' din in-natura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li għall-bidu t’Awwissu, id-Dipartiment responsabbli mit-trasport jitlob lill-iskejjel biex jagħmlu t-talbiet għall-bżonijiet tat-trasport. L-informazzjoni li tintalab hi n-numru tat-tfal, min fejn huma u min fejn iridu jinġabru.
Wara li d-Dipartiment jirċievi dawn it-talbiet mill-iskejjel, jiġu ppjanati r-rotot. Għal kull sitta u tletin (36) student tiġi allokata xarabank u għal kull erbatax-il (14) student tiġi allokata
minibus
.
Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt ġimgħat.
Kif jibdew l-iskejjel, l-ilmenti li jaslu lid-Dipartiment jiġu mgħoddija lill-kuntratturi. Wara l-aħħar ta’ kull xahar, id-Dipartiment jirċievi rapport mill-iskejjel imsejjaħ
Monthly Report.
Wara li dawn ir-rapporti jiġu ċċekkjati mal-kontijiet (
invoices
), jiġu applikati l-penali u jiġu mgħoddija lis-Sezzjoni tal-Finanzi (
Accounts Section
).
Dan jieħu madwar ġimgħa għal kull xahar skolastiku.
Mill-indikazzjoni li hemm fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007 jidher ċar li l-Accounts Section tad-Direttorat tal-Edukazzjoni tenħtieġ audit ġenerali strinġenti. Jidher ċar li minbarra li hemm nuqqas serju ta' staff kompetenti, hemm back log kbira ta' xogħol li bħala riżultat mhux qed jiġi ndirizzat b'mod professjonali kif jitolbu l-financial regulations sew għat-trasparenza kif ukoll biex jitnaqqsu l-abbużi. Tista' l-Ministru tgħid meta ser tittieħed id-deċiżjoni li jsir dan l-audit?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-Accounts Section tad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni hemm staff serju u kompetenti u ma teżisti l-ebda backlog kbira ta’ xogħol.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3750, tista' l-Ministru tgħid min huma n-nies, persuna b'persuna, jew sezzjonijiet inkarigati mill-karozzi msemmija li saru tiswijiet fuqhom mill-heavy plant ta' St. Andrews?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 2984, tista' l-Ministru tgħid x'jisimhom il-proġetti li qed jieħdu sehem fihom il-kindergartens li semmejt, wieħed b'wieħed u wkoll jekk humiex taħt il-program Comenius jew inkella taħt il-program Grindvig? X'ammont ta' flus ingħata kull proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġetti kollha li hawn imsemmija hawn taħt kollha jifformaw parti mill-programm settorali Comenius taħt il-Life Long Learning Programm, Programm ta’ tagħlim tul il-ħajja.
Progetti li spiccaw fl 2008
Tumas Dingli Primary School - Attard
“Building bridges makes u one” Eur 4,500
Progetti li ghadhom ghadejjin fl 2009
Gozo College Nadur Primary School-Nadur
“Networking Minds” Eur 25,000
Dun Guzepp Zerafa Primary –Fgura
“3 E’s (e-counting,e-culture,e-communication
) Eur 18,000
St. Joseph Junior School- Sliema
“Good Behaviour-a rainbow that colours our life” Eur 14,000
Dun Alwig Camilleri Primary A –Zejtun
“INTEC-to develop innovative teaching and learning techniques for European primary schools within a design and technology context.” Eur 25,000
Theresa Nuzzo Primary-Marsa
“The world watched by children” Eur 25,000
St. Cecilia Kindergarten
“Colourful Rainbow Diversity” Eur 18,000
Dun Karm Scerri Primary –Naxxar-
project will not be continued
Tumas Dingli Primary School - Attard
“Ring O Roses of Traditions stories and songs” Eur 18,000
Little Angels School
“Our European Cultural Heritage” Eur 9,000
St.Venera Primary C- St. Venera
“Healthy effective contributors in the 21st century” Eur18,000
Tista' l-Ministru tgħid xi planning processes fl-IT, li rrefera għalihom l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għal 2007, iridu jissaħħu fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kif se jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet? X'time frame hemm biex isiru dawn l-aġġustamenti? Tista' tgħidkif dawn in-nuqqasijiet li sab l-Awditur Ġenerali f'dan il-qasam qed jaffetwaw oqsma oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru? Tista' tgħid dawn in-nuqqasijiet kemm swew flejjes lill-Ministeru? Min kien il-moħħ wara l-planning processes li rrefera għalihom l-Awditur Ġenerali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awditur stess, f’paġna 106, taħt it-titli System Restore u Security Features tar-rapport annwali tiegħu tal-2007 jgħid b’mod ċar li s-sistema wżata għandha sistemi tal-back-up u tas-sigurta’ li huma sodi ferm. Fil-fatt, ma kien hemm l-ebda inċident, s’issa, li għamel ħsara fis-sistema li swiet xi flejjes sabiex tissewwa. Il-Malta Information Technology Agency, li hi s-service provider tal-Gvern, tagħmel back-up regolari fuq bażi ta’ daily-weekly-monthly, u għalhekk hu diffiċli ferm li jkun hemm telf ta’ data fuq skala massiva.
Għar-rigward ta’
business continuity
, għaddej proċess bejn l-
Information Management Unit
(IMU)
Human Resources Development
sabiex jagħmlu
risk analysis
ta’ l-i
Schools Teachers Students Application
u minn dak li jirriżulta jinħoloq
business continuity plan
li jintuża f’kontinġenzi. Dan il-proċess beda f’Jannar li għadda u maħsub li jintemm f’Ġunju li ġej.
Peress li ma kien hemm l-ebda inċident tal-IT, ma ġie effettwat l-ebda qasam fid-dekasteru.
Il-
Planning Process
ma kienx il-frott ta’ moħħ waħdieni, iżda riżultat ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru, d-Direttorati u l-IMU.
Dan kollu ġie spjegat għas-sodisfazzjon ta’ kulħadd fil-
Public Accounts Committe
.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 2976, tista' l-Ministru tagħti l-ismijiet ta' dawk il-plumbers mit-Technical Services Branch u snajja' oħra li ma ingħataw l-ebda overtime matul is-sajf tal-2008? Tista' tgħid x'inhi r-raġuni li dawn l-individwi, għalkemm talbu, ma ingħata l-ebda overtime lilhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni kollha mitluba ġa ingħatat bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4330.