Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Edukazzjoni — irwejjaħ minn shafts

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3842, tista' l-Ministru tgħid jekk irwejjaħ qawwija ta' drenaġġ li ħafna drabi joħorġu minn dawk ix-shafts u li minħabba fihom twieqi li jagħtu għal dawk ix-shafts ma jistgħux jinfetħu jippreżentawx health hazard? Forsi l-leakage tad-drenaġġ li kien qed jippenetra l-Examinations Department riċentament minn shaft u li mħabba l-fatt li ripetutament ħadd ma ried jindirizzaha kellhom jiġu ssiġillati sew ventilaturi u bibien bl-expanding foam biex ma jidħlux irwejjaħ, ma kienx theddida serja għas-saħħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-problema fid-drenaġġ, li għaliha qed issir riferenza, ġiet solvuta, m’hemmx irwejjaħ fix-xafts u l-bibien u t-twieqi kollha jistgħu jinfetħu.

Education Officer fil-Health and Safety

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3857, tista l-Ministru tgħid x'inhuma l-kwalifiki professjonali li l-Education Officer fil-Health and Safety għandu fis-suġġett biex jasal li mingħajr konsultazzjoni ma' ħadd, jagħżel u jipprepara s-suġġetti elenkati fir-risposta? Jidhrilha li dwar ċerti suġġetti li ssemmew kien jagħmel tajjeb kieku ikkonsulta ma' nies professjonali fil-qasam tal-Personal and Social Education?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Education Officer resposabbli mill-Health and Safety attenda kull kors li għamlet l-Occupational Health & Safety Authority u anke korsijiet oħra bħall-“Managing Safely” tal-Institution of Occupational Safety and Health ta’ l-Ingilterra. Attenda konferenzi kemm f’Malta kif wkoll barra minn Malta dwar il-Health and Safety. Il-bażi li fuqha jitfasslu l-għażliet tas-suġġetti li jiġu mgħallma ġiet strutturata mill-uffiċċjal/i responsabli li kienu jmexxu qabel ma hu tpoġġa fil-kariga. L- Eduaction Officer għaqqad l-esperjenzi tat-tim ta’ għalliema madwaru, ma’ dik tiegħu bħala Edukatur ta’ esperjenza kif wkoll mar-riċerka estensiva fuq dak li jiġri barra minn Malta f’dan il-qasam, biex adatta s-suġġetti għat-tfal ta’ l-iskola. L-iżvilupp kontinwu li qed isir fis-suġġetti mgħallma jipprepara l-istudenti għaż-żmien meta jkunu ħaddiema fuq il-lantijiet tax-xogħol. L- Education Officer intgħażel skond il-kriterji stabbiliti fis-sejħa ta’ l-applikazzjoni li biha intgħażel. Jekk hemm xi għalliem/a tal-PSD li jħossu li jistgħu jagħtu feedback u kontribuzzjoni fil-qasam tal- Health and Safety għandhom jagħmlu dan bil-miktub lid-Direttur responsabbli mill-Kurrikulu, li jgħaddi dawn is-suġġerimenti lill-Uffiċċjal Edukattiv tal- Health and Safety .

Direttorati tal-Edukazzjoni — promozzjoni tal-eLearning

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif qed jiġi promoss it-tagħlim awtonomu jew l-eLearning mid-Direttorati tal-Edukazzjoni li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Saret xi statistika li tista' tagħti indikazzjoni tal-livell ta' eLearning li jeżistu f'Malta u f'Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-eLearning ilu jigi promoss għal dawn l-aħħar snin fejn Uffiċjali Edukattivi tal-Computer Studies u riċentement tal-eLearning żaru kull skola u ħajjru biex kull skola jkollha strateġija ta’ ICT mifruxa fis-suġġetti kollha. Min-naħa l-oħra l-eLearning Centre fi ħdan id-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni qiegħed jippromwovi l-eLearning b’diversi inizjattivi, programmi, taħriġ u aġġornar. Fi ħdan iċ-Ċentru hemm numru ta’ għalliema peripatetiċi fl-iskejjel primarji li jgħinu lill-għalliema biex jiżviluppaw lezzjonijiet bl-użu ta’ l-ICT. Fl-iskejjel kollha, kemm Primarji u Sekondarji qed issir sessjoni wara l-ħin (Professional Development) speċifikament fuq eLearning. Dan biex l-għalliema jinagħtaw kemm ideat kif ukoll taħriġ fuq software u hardware li jistgħu jużaw. Apparti dan isiru korsijiet fuq bażi volontarja fit-taħriġ ta’ ICT għal-livelli kollha tal-għalliema u gradi oħra. Dan iċ-Ċentru jmexxi wkoll il-proġett ta’ l-eTwinning. Proġett li l-iskop ewlieni tiegħu hu li jippromwovi it-tagħlim bl-użu tat-teknoloġija u l-promozzjoni tad-diversita’. Permezz ta’ dan il-proġett isir kemm taħriġ lill-għalliema kif ukoll seminars u kompetizzjonijiet għall-istudenti. Iċ-Ċentru jieħu ħsieb ukoll li jaġġorna l-għalliema li jaħdmu fih biex dawn ikunu jistgħu joffru l-aħjar servizz u għajnuna lill-għalliema. Fejn jidħol apparat ta’ teknoloġija diġitali, id-Dipartiment tal-Kurrikulu u l- eLearning Centre jinvesti f’apparat ġdid biex l-iskejjel ikollhom l-għodda meħtieġa. Fost dan l-apparat hemm interactive whiteboards , projectors u printers . Iċ-Ċentru qiegħed ukoll jistħarreġ fuq apparat diġitali ieħor biex jintuża fil-lezzjonijiet. Minn żmien għal żmien jittellgħu esibizzjonijiet biex nippromwovu inizjattivi tajba li jkunu saru fl-eLearning, u jkun hemm qsim ta’ ideat ta’ x’wieħed jista’ jagħmel f’dan il-qasam. Statistika miġbura għalissa għandha x’taqsam ma’ kemm l-għalliema iħossuhom ppreparati għall-istrateġija (SmartLearning 2008-2010). Din l-istatistika għadha qed tiġi analizzata bil-ħsieb li toffri ħjiel għall-bżonnijiet li għandhom l-għalliema biex imbagħad noffru t-taħriġ meħtieġ. Il-kwestjonarju tqassam lill-għalliema kollha fl-iskejjel tal-Istat u weġbuh ‘l fuq minn 1800 għalliem. Ir-riżultat għandu jkun f’idejna fi żmien qasir.

Ċertifikat bażiku fil-first aid obbligatorju

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3844, tista' l-Ministru tgħid meta ser issir obbligatorja li kull għalliem fl-iskejjel kollha tal-Istat u privati jkollhom ċertifikat bażiku fil-first aid, għax kif qalet fir-risposta dan jagħmel sens?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din il-materja tiġi diskussa f’negozjati futuri mal-Union li tirrapreżenta l-għalliema peress li jekk din tkun obligu, din tfisser bidla fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Public Accounts Committee — Mismanagement ta' Fondi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3836, taħt it-titlu "Public Accounts Committee - Mismanagement ta' Fondi", tista' l-Ministru fid-dawl tar-rapport riċenti tal-Awditur Ġenerali dwar it-trasport fil-Ministeru tal-gvern, tgħid jekk hux se jitressqu xi nies quddiem il-Public Accounts Committee minħabba mismanagement ta' fondi pubbliċi? Jekk hemm il-ħsieb li dan isir, tista' tgħid meta se jiġi attivat dan il-pass?

Response (CRISTINA, DOLORES)

M’inix infurmata hux se jitressqu xi nies quddiem il-Public Accounts Committee minħabba mismanagement ta’ fondi pubbliċi.

Tħejjija ta' Disinni

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema skop qed jitħejjew xi disinji minn għalliem li nġab minn Tarġa Gap u li ngħata uffiċċju fil-bini prinċipali tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-għalliem li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant bħalissa qed jgħin fid-disinn ta’ uniformijiet tal-Kulleġġi.

Direttorati tal-Edukazzjoni — Xogħol fuq ix-shafts tal-bini

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 3843 tista' l-Ministru tispeċifika x'inhu x-xogħol ieħor li sejjer isir aktar 'il quddiem fix-shafts tal-bini ewlieni tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma jidher li hemm ebda relazzjoni bejn il-Mistoqsija Parlamentari 3843 u r-risposta tagħha, mal-Mistoqsija Parlamentari 5450.

Ministeru tal-Edukazzjoni — extraordinary expenditure

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3847, nixtieq ninforma lill-Ministru li l-extraordinary expenditures li qed nirreferi għalihom huma dawk li ma kienx hemm fondi ibbaġitjati speċifikament għalihom.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Biex issir kwalunkwe nefqa li għaliha ma jkunx hemm fondi ibbaġitjati, jrid ikun hemm l-approvazzjoni ta’ l-Estimi Supplimentari mill-Kamra tar-Rappreżentanti. Għalhekk, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-infiq addizjonali taħt il-Voti tal-Ministeru għas-snin 2004-2008.

National IT Strategy — eLearning

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm strateġija speċifika biex tippromwovi l-eLearning bħala parti minn National IT Strategy? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jsir dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4918. L-istrateġija għall-eLearning qiegħda f’postha u qed tiġi mplimentata skond id-dati speċifikati.

eLearning — korsijiet għall-adulti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kors fl-eLearning għall-adulti ġie organizzat mill-entitajiet tal-Edukazzjoni li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin u entità b'entità? Kemm kienet l-attendenza għal kull kors? Kemm minn dawn li attendew kull kors kienu nisa u kemm irġiel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Universita ta' Malta — open u distance learning

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi progress sar mill-Università ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' open u distance learning? Kemm hemm studenti li qed jipparteċipaw f'dan il-proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta' Malta għandha kumitat li qed jiggwida l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġett tal-open u distance learning. Il-membri ta' dan il-kumitat jirrappreżentaw staff akkademiku, amministrattiv u tekniku. Wara xi żmien li l-Università adottat e-learning platform fuq bażi esperimentali, is-sena li għaddiet, wara li sar studju tal-alternattivi li jeżistu u wara li evalwa l-esperjenza tal-użu esperimentali tal-e-learning platform il-kumitat irrakkomanda l-użu ta' e-learning platform PARTIKOLARI għal korsijiet tal-Università. Is-Senat approva formalment l-użu u s-support ta' din l-e-learning platform. Din il-platform diġà qiegħda tintuża f'bosta study-units fil-livell undergraduate u postgraduate. Numru ta' staff akkademiku diġà segwa korsijiet ta' taħriġ biex jitgħallem juża din il-platform mal-istudenti tagħhom. Madwar 5,400 student għamel jew qiegħed jagħmel użu minn din l-e-learning platform.

Peripatetic Teachers

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3857, tista' l-Ministru tgħid ma' liema kulleġġ huwa/hija abbinat/a kull peripatetic Health and Safety teacher fit-tim li jifforma l-Health and Safety Unit minħabba li jidher li hemm ċerta inkonsistenza bejn in-numru ta' peripatetic teachers fil-Health and Safety li qalet li hemm li qegħdin iservu l-kulleġġi, u n-numru ta' peripatetic teachers li tat bħala risposta għal mistoqsija parlamentari 3839? X'qed jagħmlu l-peripatetic teachers żejda fil-Health and Safety Unit li jidher li hemm? Min awtorizza lil dawn il-peripatetic teachers biex minflok ma jmorru fl-iskejjel u jagħtu l-lezzjonijiet bħal sħabhom jibqgħu l-uffiċċju? Hemm xi raġuni għal din l-anomalija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Peripatetic Health and Safety Teachers fit-tim li jifforma l-Health and Safety Unit huma abbinati mal-Kulleġġi kif jidher hawn taħt: Kulleġġi Peripatetic Health & Safety Teachers Santa Margerita, San Benedittu Tnejn u San Tumas More San Ġorġ Preca, Sant’Injazju Tnejn u Santa Klara Marija Reġina, San Nikola Tnejn u Santa Tereża Kulleġġ t’Għawdex Tnejn Skejjel Speċjali u Ċentri li jinkludu: Tnejn Skola San Miguel, Pembroke Skola Guardian Angel, Hamrun Skola Mater Dei, Msida Skola Dun Manwel Attard, Wardija Skola Helen Keller, Qrendi St. Patrick Craft Centre, Pembroke Drama Centre, Blata l-Bajda School of Music, Valletta Unit Għożża, Floriana Youth Hostel, Marsaxlokk Home Economics Seminar Centre, B’Kara Special Inclusive Network Centre, Hamrun Iż-żewġ Peripatetic Health and Safety Teachers l-oħra, wieħed minħabba li hu l-iktar wieħed li għandu esperjenza, u l-ieħor, minħabba li hu l-iktar kwalifikat fil- Health and Safety , ingħataw kompiti oħra, fosthom li jikkonċentraw fuq l-i School Leavers li jkunu deħlin fid-dinja tax-xogħol u jippreparawhom f’dak li hu ‘ Basic First Aid ’, ‘ Fire Management ’, u ‘ Occupational Health and Safety Legislation ’. Barra dan, jagħmlu xogħol ieħor ta’ riċerka u organiżżazzjoni. Il-mod li bih imqassmin il-membri tal- Unit jippermetti li l-istudenti jirċievu l-massimu ta’ tagħlim fuq il-prinċipji tal- Health and Safety .

Università ta' Malta — Inizjattivi fl-eLearning

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi fl-eLearning ipparteċipat jew qed tipparteċipa fihom l-Università ta' Malta mill-2004 sal-lum, sena b'sena? X'kienu l-outcomes bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tal-Università f'dawn l-inizjattivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta' Malta, bħala istituzzjoni, ħadet sehem f'dawn il-proġetti: - AVICENNA: Dan kien proġett tal-EUMED li kien jinvolvi l-produzzjoni ta' numru ta' korsijiet mgħotija bil-metodu ta' e-Learning. Dan il-proġett, li l-Università ipparteċipat fih mill-2003 sal-2006, serva bħala xprun biex staff akkademiku jibda jkollu esperjenza ta' kif tipproduċi dawn it-tip ta' korsijiet u biex l-Università tistudja x'riżorsi u strutturi hemm bżonn biex dawn it-tip ta' korsijiet jibdew isiru parti aktar integrali mill-firxa ta' korsijiet li toffri. Apparti mill-korsijiet li nħolqu permezz ta' dan il-proġett, għall-ħafna membri tal-Università din kienet l-ewwel opportunità li jaħdmu b'Virtual Learning Environment (VLE) u dawn il-membri issa qed jgħinu l-Università timplimenta u tiżviluppa il-VLE li adottat. - DTMp: Dan kien proġett Comenius ikkoordinat mill-Università ta' Malta (2004-2007) li nvolva il-produzzjoni ta' korsijiet e-Learning li segwew kemm studenti Maltin u oħrajn minn istituzzjonijiet msieħba fil-proġett, kemm fl-livell ‘Undergraduate’ u ‘Postgraduate’. - EMEC: Dan kien proġett Erasmus li minnu ħareg “Joint Masters Degree in Early Childhood Education and Care.” L-istudenti segwew dan il-kors online u huma minn universitajiet differenti. Dan il-proġett beda fl-2005 u spiċċa fl-2008. - Mediterranean Virtual University: Dan hu proġett tal-EUMED li permezz tiegħu qed jiġu żviluppati korsijiet online bi sħab ma' l-Università ta' Strathclyde. Barra minn dawn il proġetti li l-Università ħadet jew qiegħda tieħu sehem fihom fuq livell istituzzjonali wieħed ma jistax jinsa li hemm bosta akkademiċi li ħadu jew qed jieħdu sehem f'inizjattivi ta' dan it-tip fi sħab ma' universitajiet barranin. Per eżempju, xi membri tal-Università għamlu jew qed jagħmlu Masters jew dottorat li tispeċjaliżża fit-tagħlim online, u għal dan ix-xogħol ikunu qed jipparteċipaw fi proġetti ta' dan it-tip. Ukoll, bil-faċilitajiet li għandna illum, ġieli jsiru attivitajiet bis-sistema ta' video-conferencing u ġieli anki xi membri akkademiċi jieħdu parti f'korsijiet jew konferenzi minn fuq il-komputer tagħhom mill-uffiċċju tagħhom stess. Ċifri eżatti ta' dawn l-attivitajiet mhux faċli li wieħed ikollu. Anke il-Joint Master’s MSc (Strategic Innovation & Future Creation) hija mgħallma, fil-parti l-kbira, tramite distance learning.

Ċertifikati tal-First Aid mhux mogħtija

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3833 fejn intqal li "ma jirriżultax li seta' kien hemm xi irregolarità f'dan il-kors", tista' l-Ministru tgħid għaliex xi parteċipanti li kienu għamlu l-kors tal-Basic First Aid mar-Red Cross fl-2007 ingħataw ċertifikat filwaqt li r-records tagħhom ma jeżistux għand ir-Red Cross?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din il-Mistoqsija Parlamentari ma tistax tiġi mwieġba mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għax dan ma jistax iwieġeb għall-Malta Red Cross Society.

Community Learning Centres

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema skejjel tal-Istat qed jintużaw bħala Community Learning Centres? X'attivitajiet qed isiru f'kull skola fejn qed iservu bħala Community Learning Centres? Kull meta jsiru dawn l-attivitajiet f'kull skola waħda, waħda? Kemm qed jipparteċipaw individwi għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorati tal-Edukazzjoni — sejħa għal periti

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta tinħareġ sejħa għal periti mad-Direttorati tal-Edukazzjoni issa li dawn il-pożizzjonijet huma battala? X'ser tkun il-job description ta' dawn il-pożizzjonijiet meta toħroġ din is-sejħa? X'ser tkun il-funzjoni tagħhom vis-à-vis l-Foundation for Tomorrow's School?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhux se toħroġ l-ebda sejħa għall-applikazzjoni għall-periti mad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni.

Lezzjonijiet tal-Health and Safety fl-iskejjel tal-istat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm klassijiet tal-Year 4, 5, 6 u 7 f'kull skola ta' l-Istat skola, skola? Kemm hemm studenti f'kull klassi minn dawn f'kull skola? Fid-darbtejn f'sena li jkollhom vista jew lezzjoni tal-Health and Safety, liema topics minn dawk li semmiet fir-risposta parlamentari 3857 għamlet kull klassi f'kull skola matul dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena, klassi klassi u skola skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-topics fil-Health and Safety ingħataw kull wieħed f’lezzjoni ta’ 90 minuta kull klassi.

National IT Strategy 2004-2006 — E-learning

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema oġġettivi mit-13 elenkati fin-National IT Strategy 2004-2006 li kienu intenzjonati biex jippromwovu l-eLearning intlaħqu sal-2008? Saret xi riċerka biex tistabbilixxi l-livell ta' penetrazzjoni fost il-popolazzjoni ta' dawn l-oġġettivi? Jekk din ir-riċerka saret, x'kienu ir-riżultati? Liema oġġettivi ma ntlaħqux, wieħed b'wieħed u għaliex ma ntlaħqux? Min kien inkarigat mill-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dawn it-tlettax ‘l oġġettiv fin-National IT Strategy mhux ristretti għas-settur edukattiv iżda huma għanijiet nazzjonali u l-mistoqsija għandha tiġi indirizzata wkoll lill-Ministeru ta’ l-Investiment u t-Teknoloġija. Dwar it-tieni oġġettiv li jiffoka fuq l-edukazzjoni,” Promote and extend holistic ICT education and accessibility to technology ”, l-għalliema kollha qed jiġu mħarrġa b’mod sistematiku skond pjan imfassal fuq sena u li għandu jibqa’ sejjer għal tul ta’ żmien sa kemm jibqgħu jiġu żviluppati u użati teknoloġiji ġodda fil-klassi. Filwaqt li fil-primarji qed ikun hemm grupp żgħir ta’ għalliema li qed jgħinu lill-għalliema tal-klassi jużaw it-teknoloġija. Fis-sekondarja l-għalliema qed ikollhom sagħtejn dedikati għal eLearning fil-Professional Development Sessions. Ma’ dawn hemm numru ta’ korsijiet li l-għalliema jistgħu japplikaw għalihom b’mod volontarju biex ikomplu jwessgħu l-ħiliet teknoloġiċi. Huwa rilevanti li: · Fuq firxa ta’ tliet snin saru kważi 7,000 programm ta’ ECDL. · Saru diversi taħdidiet kemm ma’ studenti kif ukoll ma’ għalliema u ġenituri dwar kif wieħed jieħu l-aħjar mill-Internet filwaqt li jevita l-perikli. Ma’ dawn it-taħdidiet tqassmu diversi kotba u fuljetti ta’ tagħrif. · L-istudenti ġew offruti software issussidjat. · Inbidlu l-komjuters kollha fl-iskejjel. · L-għalliema kollha għandhom laptop. Riċerka: Qabel ma inkitbet l-istrateġija SmartLearning 2008-2010 saret riċerka minn Gavin Dykes u Monish Khoot bħala konsulenti edukattivi bl-għajnuna ta’ Microsoft. Dawn għamlu riċerka estensiva u s-sejbiet tagħhom huma miktubin fil qosor f’paġna 8 ta’ SmartLearning 2008-2010.

Health and Safety Lessons — żjarat mill-peripatetic teachers

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3857, tista' l-Ministru tirrispondi l-ewwel parti tal-mistoqsija u tgħid kemm ingħataw lezzjonijiet fil-Health and Safety matul dawn l-aħħar tliet snin, skola skola u klassi klassi? Tista' tgħid x'inhi r-raġuni jew raġunijiet li l-peripatetic teachers fis-suġġett ma jmorrux aktar ta' spiss fl-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li nghatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5436. Kif intqal fl-aħħar parti tal-Mistoqsija Parlamentari 3857, minbarra dawn il-lezzjonijiet, il- Health and Safety PeripateticTeachers jiċċekjaw il- Fire Extinguishers , il-kaxxi ta’ l-Ewwel Għajnuna, jagħmlu proċeduri ta’ emerġenza, l-pjan ta’ evakwazzjoni u risk analysis ta’ l-iskejjel primarji statali kollha u għalhekk ma jibqgħalhomx ħin imorru aktar ta’ spiss fl-iskejjel.

Programmi ta' taħriġ speċjalizzat fl-ICT

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi programmi ta' taħriġ speċjalizzat fl-ICT għal nies tat-terza età - nisa, familji fil-bżonn, persuni b'diżabilità kif ukoll persuni li qegħdin isegwu programmi korrezzjonali jew ta' riabilitazzjoni - ġew organizzati mill-2004 sal-lum fil-ġlieda kontra id-digital divided fil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija biex jiġi abbraċċjat aktar malajr il-konċett tal-eLearning?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.