Studenti jistennew xogħol bħala Kindergarten Assistants
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet ta' dawk li temmew il-kors tal-MCAST Diploma in Early Years u f'Awwissu li għada wieġbu għas-sejħa biex bħala Kindergarten Assisstants 2 u sal-lum ir-riżultat tal-interview għadu ma ħariġx u dawn iż-żgħażagħ għadhom jistennew biex jidħlu jaħdmu bħala Kindergarten Assistants waqt li mill-Education qed iċemplu biex jirreklutaw Kindergarten Assistants irtirati biex jerġgħu jidħlu jaħdmu u jkollhom klassi? Taħseb li hu sew li ż-żgħażagħ jibqgħu jistennew għax-xogħol meta hemm bżonnhom? U r-riżultat tal-interview xi jsir minnu jekk jibqa' ma joħroġx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-riżultati tal-Kindergarten Assistants II ħarġu u dawk li għaddew u aċċettaw l-impjieg ġew impjegati.
Tista' l-Ministru tgħid mill-bidu tas-sena, istitut istitut fl-MCAST, kemm saru laqgħat għall-istaff akkademiku fejn kellhom ċans jiddiskutu problemi u żviluppi mad-diretturi tagħhom? X'passi ttieħdu dwar diretturi bħala dak tal-ITC institute, li sabu ħafna skużi biex ilaqqgħu lill-istaff għal dawn it-tip ta' laqgħat li jekk ikunu miftuħa u sinċiera, jitmexxew tajjeb u jkun hemm il-follow up meħtieġ, iservu żgur biex l-MCAST jeduka aħjar liż-żgħażagħ studenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-bidu tas-sena akkademika 2008-2009, inżammu dawn il-laqgħat għall-istaff fuq bażi ta’ istituti individwali, kif jidher hawn taħt:
Arti u Disinn 8
staff meetings
u 2
seminars
Studji Marittimi 4
staff meetings
ICT 6
staff meetings
Bini u Kostruzzjoni 10
staff meetings
Negozju u Kummerċ 11
staff meetings
Agribusiness
6
staff meetings
Inġinerija Mekkanika 9
staff meetings
Gozo Centre
7
staff meetings
Servizzi Komunitarji 10
staff meetings
Inġinerija Elettronika 10
staff meetings
Isir kull sforz biex laqgħat ma’ l-istaff ta’ kull istitut jinżammu b’mod regolari matul is-sena akkademika.
Isiru wkoll diversi laqgħat bejn id-Direttur u d-Deputati ta’ kull istitut individwalment filwaqt li l-Prinċipal jiltaqa’ b’mod regolari ma’ l-istaff tad-diversi istituti kull nhar ta’ Erbgħa fl-istitut stess.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed tagħmel l-amministrazzjoni tal-MCAST biex tiżgura li d-diretturi jqassmu x-xogħol lil-lecturers tagħhom bis-sens u jagħtuhom jgħallmu korsijiet li tassew ikunu preparati għalihom kemm bħala kontenut kif ukoll bħala livell biex ma jiġrix bħal dak li ġara fl-istitut tal-ICT meta d-direttur għat-tieni semester qassam ix-xogħol lil-lecturers f'oqsma u f'livell mhux ippreparati għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST għandha policy ċara ħafna dwar it-tqassim tal-lezzjonijiet f’kull Istitut tagħha. Meta jsir tqassim ta’ korsijiet, jittieħdu fil-kunsiderazzjoni kemm l-abilitajiet u t-tħejjija akkademika tal-lecturers konċernati, kif wkoll ix-xogħol kollu li l-istess lecturers ikunu jridu jwettqu għal semestru sħiħ. Isir wkoll tnaqqis fit-teaching load ta’ kull ġimgħa meta jirriżulta, matul il-fażi tal-ippjanar tat-timetable, li l-lecturer ikun ser jgħallem xi suġġett ġdid.
Università — staff akkademiku - ftehim kollettiv ġdid
Question
Tista' l-Ministru tgħid issa li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv ġdid tal-istaff akkademiku tal-Università, xi pjani hemm biex isiru evening courses fil-livell ta' grad universitarju? F'liema oqsma u meta hemm il-ħsieb li jibdew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Barra mill-korsijiet ta’ filgħaxija li l-Universita’ toffri kull sena f’oqsma li jinkludu Storja, Traduzzjoni, Kummerċ, Management, Marketing, Studji Politiċi, Ekonomija, Inclusive Education, Youth Studies, Inġinerija, Servizzi Finanzjarji, Kimika Applikata, Teoloġija, Islands and Small States, Environmental Science, Gerontology u Geriatrics, ICT, Library Studies, Liġi, European Studies, Mediċina, Creativity and Innovation, f’Ottubru 2009 huwa ppjanat li jintlaqgħu applikazzjonijiet għal korsijiet ġodda fil-livelli ta’ Bachelor u Master f’dawn l-oqsma:
Early Childhood Education and Care
Social Work u Social Policy
Qiegħed isir xogħol ukoll biex jibdew korsijiet f’dawn l-oqsma:
Canon Law u Jurisprudence
Family Ministry
Pastoral Youth Work
Barra minn hekk, ser isiru xi korsijiet fil-livelli ta’ Bachelor u Master f’Għawdex li qabel kienu jsiru f’Malta f’dawn l-oqsma:
Criminology
Contemporary European Philosophy
Mediterranean Historical Studies
Youth and community Studies
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħadet s'issa l-Kummisjoni għall-Edukazzjoni Ogħla biex tiżgura li dawk l-istituzzjonijiet privati lokali, b'kuntatti ma' universitajiet barranin, qed joffru korsijiet tassew ta' livell tajjeb u ma jwebblux studenti lokali li qed jagħtuhom korsijiet professjonali li jwasslu għal impjieg lokali meta dan mhux il-kaz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li l-funzjoni ewlenija tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla skont l-Att dwar l-Edukazzjoni hi li tagħti pariri lill-Ministru tal-Edukazzjoni, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni żżomm reġistru t’entitajiet privati li joffru kwalifiki ta’ Universitajiet barranin.
Bi tħejjija għall-Abbozz ta’ Att dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, il-Kummissjoni ħejjiet ukoll qafas legali sabiex entitajiet privati japplikaw għall-akkreditazzjoni u joperaw skont kriterji li jiggarantixxu assikurazzjoni fuq il-kwalita’ ta’ tagħlim.
Fil-preżent, studenti li jkunu ser japplikaw biex isegwu korsijiet offruti minn entitajiet privati bi kwalifiki ta’ Universitajiet barranin jistgħu jitolbu verifika mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) u dan skont il-Konvenzjoni ta’ Lisbona dwar l-Għarfien tal-kwalifiki (Lisbon Recogntion Convention) li Malta ratifikat fl-2005 u li daħħlet fis-seħħ fl-2006.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm żgħażagħ b’diżabilità li qed jistennew jingħataw l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kulleġġ Malti ta’ l-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija għandu 56 talba għal xi forma ta’ għajnuna li tista’ tingħata mill-Learning Support Assistants. Din l-għajnuna tvarja minn assistenza waqt xi lezzjonijiet għal siegħa/sagħtejn fil-ġimgħa, għajnuna ta’ assistenza waqt l-eżamijiet kif wkoll għajnuna addizzjonali li tiġi mogħtija fil-ħin liberu ta’ l-istudent/a waqt il-ħinijiet tal-Kulleġġ. F’xi kazijiet partikolari ħafna il-Learning Support Assitant tkun teħtieg li tassisti kontinwament lil-istudent/a minħabba l-kundizzjoni tiegħu/tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm żgħażagħ b’kollox, istitut b’istitut, li bdew xi kors fl-MCAST iżda issa m’għadhomx jattendu, anki jekk ma ffirmawx formalment ir-riżenja tagħhom mill-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet s'issa u biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji biex tipproteġi lill-klijenti tal-banek lokali li saret ħafna pressjoni fuqhom biex jinvestu f'perpetual bonds ta' banek barranin fosthom ir-Royal Bank of Scotland u meta l-klijenti kienu jistaqsu x'tip ta' bonds huma dawn il-perpetual bonds kienu jgħidulhom li dawn huma uħud mill-aħjar bonds li haw għax Triple A (AAA), likwidi ħafna u moħħok mistrieħ li flusek kollha fis-sod. Issa bil-kriżi finanzjarja li hawn ħarġet aħbar xokkanti għal ħafna nies li dawn kienu l-agħar tip ta' bonds li wieħed seta' jinvesti fihom għax l-hekk msejħa perpetual bonds kienu jitqiesu agħar minn preference shares tal-bank? Jikkonferma li matul Jannar 2009, bank ewlieni (Bank of Valletta) beda jċempel lill-klijenti tiegħu li hu stess kien tahom parir biex jixtru dawn it-tip ta' bonds biex jeħilsu minnhom għax se jiġu ma jiswew xejn? Veru li għal kull mitt euro li wieħed investa mhux żgur ser jieħu tnax-il euro lura u tgħidx kemm qed jintilfu eluf kbar ta' liri li ħafna nies tant batew biex faddlu? Ġust li dawn il-banek flokk tgħabbew huma bis-sogru ta' perpetual bonds bħal dawn, webblu lill-klijenti tagħhom biex huma jiġri x'jiġri jmorru minn fuq għax il-kummissjonijiet tagħhom jieħduhom xorta anki jekk jipperformjaw ħażin l-investimenti li dwarhom taw parir lill-klijenti tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta eżaminat u għada qegħda teżamina diversi allegazzjonijiet individwali ta’ prattika u attivitajiet li setgħu kienu ta’ ħsara għall-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji u, fejn kien il-każ, ħadet dawk il-miżuri biex titwaqqaf jew tiġi rimedjata kull prattika li tinsab li kienet inġusta, jew ta’ dannu għall-konsumaturi. Kull każ jiġi eżaminat fuq il-merti tiegħu.
Sa issa ma jidhirx li min biegħ dawn il-prodotti lill-investituri f’Malta għamel dan bi ksur tal-liġi jew tar-regolamenti ta’ l-Awtorità. Izda l-Awtorità tkun lesta li, fejn u jekk jinstab li saret pressjoni eċċessiva dwar xi prodott partikulari jew jekk intermedjarju finanzjarju jinstab li biegħ prodotti mhux addattati għal xi investituri, dak l-intermedjarju jintalab jagħti rimedju.
Kif qal tajjeb l-Onorevoli Membru, uħud mill-aħjar bonds li kien hawn fis- suq, inklużi dawk li kienu rated Triple A (AAA), u li kienu likwidi ħafna, intlaqtu ħazin mill-kriżi finanzjarja. Dan il-fatt huwa wieħed ta’ natura straordinarja, u żgur mhux attritwibbli għal xi bank jew intermedjarju Malti. F’cirkustanzi bħal dawn, id-deċiżjoni dwar jekk prodott jiġix mifdi jew le, anke jekk b’telf, tittieħed dejjem mill-investitur, wara li jkun ħa l-parir ta’ l-intermedjarju finanzjarju tiegħu.
Kif mitluba mill-liġi, l-Awtorità, permezz tal-Manager ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi, se tkompli tinvestiga kull ilmenti mingħand konsumaturi privati li jinqalgħu minn jew b’konnessjoni ma’ xi operazjoni ta’ servizzi finanzjarji, inkluż investimenti bħal dawk li semma’ l-Onorevoli Membru.
Awtorità ta' Malta għas-Servizz Finanzjarji — investiment mal-bank taljan
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji tħajjarx lill-banek lokali li tant għamlu pressjoni fuq il-klijenti tagħhom biex jinvestu f'banek bħal-Lehman Brothers jagħmlu bħall-bank Taljan il Banca Mediolanum fejn dawn iddikjaraw fil-miftuħ lill-klijenti tagħhom li fuq parir tal-istess bank kienu investew flushom mal-bank fallut Amerikan Lehman Brothers, dan il-bank Taljan iddeċieda li jnaqqas mill-profitti li għamel u jagħti flus mitlufa lura lill-klijenti tiegħu għax għandu tassew għall-qalbu lill-klijenti tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta trattat diversi allegazzjonijiet individwali dwar il-mod u l-metodi li allegatament intużaw fil-bejgħ ta’ prodotti maħruġa minn ‘Lehman Brothers’. F’kull każ li qed jiġi eżaminat mill-Awtorità qed isir stħarriġ dwar jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet u r-regolamenti dwar servizzi ta’ investiment, kif ukoll fil-mod kif l-intermedjarji finanzjarji mxew ma’ u l-pariri li taw lill-investituri. Kull każ jiġi eżaminat fl-isfond tal-merti u iċ-ċirkostanzi tiegħu.
Dwar kif l-intermedjarju finanzjarju jittratta mal-klijenti tiegħu, fejn ma jkunx instab ħati ta’ ksur ta’ liġijiet, din hija deċiżjoni li għandu jieħu dak l-intermedjarju. Ta’ min ifakkar li ‘Lehman Brothers’ kien ilu jopera għal aktar minn 150 sena, li l-prodotti tiegħu kellhom
rating
tajjeb ħafna sa jumejn qabel dan il-bank falla, u li dawk il-banek Maltin li rrefera għalihom l-Onorevoli Membru, bħal hafna istituzzjonijiet oħra madwar id-dinja, tant kienu jafdaw is-
securities
ta’ dan il-bank illi huma stess investew fil-prodotti tiegħu.
Persuni diżabbli — kwalità fqira ta' disposable nappies
Question
Peress li qed ikomplu jasluli ilmenti mingħand ġenituri ta’ persuni diżabbli dwar il-kwalità fqira tad-disposable nappies li l-gvern qed jipprovdi lill-persuni b’diżabilità, jista’ l-Ministru jordna li jsir awditjar indipendenti tal-kwalità tagħhom biex il-kuntratturi jipprovdu kwalità sodisfaċenti ta’ disposable nappies?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' għamel testijiet fuq il-kwalita' tan-nappies li kienu qed jintużaw għal dan is-servizz u minħabba li dawn ma kienux ta' livell aċċettabli, ġie terminat.
Tista' l-Ministru tgħid it-tifel li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, spiss mhux qed jiġi aċċetat fil-klassi jew jintbagħat kmieni d-dar u mindu beda l-edukazzjoni tiegħu kellu tmien learning support assistants differenti li b'servizz edukattiva inkonsistenti bħal dan żgur ma jgħinx fl-iżvilupp tiegħu? X'passi se jittieħdu biex is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tifel konċernat għandu support ta’ Learning Support Assistant one-to-one. Din is-sena skolastika beda jkollu diffikultajiet fl-imġieba tiegħu li setgħet tkun ta’ periklu għalih u għat-tfal l-oħra. Il-passi diġa ttieħdu u kien hemm interventi minn professjonisti biex jgħinu lil dan it-tifel, l-LSA u l-għalliema tiegħu. Ġie deċiż bi qbil mal-ġenituri illi t-tifel jibda jattendi filgħodu biss sakemm l-imġieba tiegħu tkun ikkontrollata.
It-tifel bidel tlett LSAs u ta’ l-ahhar inbidlet bi qbil minn kulħadd inkluż il-ġenituri għal ġid tat-tifel għaliex kien hemm diffikulta fil-
matching
.
Tista' l-Ministru tgħid fis-sitwazzjoni ta' bilingwaliżmu li ninsabu fiha u fid-dawl li r-riċerkaturi li jużaw il-lingwa indiġena ikunu fi żvantaġġ f'oqsma bħal xjenza u l-matematika, hemm xi ħsieb li titfassal strateġija lingwistika serja kif ngħinu lit-tfal jgħelbu din l-isfida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa l-ħsieb li issues bħal bilingwiżmu jiġu diskussi fil-qafas tar-reviżjoni tal-Curriculum Framework. Huwa ppjanat li sa l-aħħar tas-sena ser ikun ħareġ abbozz li se jkun imniedi għal diskussjoni ma’ kull min għandu interess fil-qasam.
Tista’ l-Ministru tara li l-Università taħtar ‘
interviewing board
’ differenti minn dak li deher quddiem il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għall-post ta’ MATSEC
Principal Subject Area Officer - Arts and Languages
peress li meta deher l-ewwel darba quddiemu u ddeċieda li ma jaħtrux, anki l-Ombudsman tal-Università qal li r-rifjut tal-bord li jaħtar lil din il-persuna kien jimmerita spjega iżjed ċara, dettaljata u elaborata u jkun hemm nuqqas ta’ ġustizzja naturali jekk jinħatar l-istess bord biex jerga’ jintervista lill-istess persuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond il-Liġi ta’ l-Edukazzjoni, Statut 8, l-Interviewing Board huwa magħmul minn dawn il-membri:
Ir-Rettur jew delegat tiegħu li jmexxi l-Bord. Tlett membri appuntati mill-Kunsill. Wieħed minn dawn ikun membru Akkademiku tal-Kunsill, membru ieħor huwa uffiċjal għoli fl-amministrazzjoni u t-tielet membru jkun membru tal-Kunsill li ma jaħdimx l-Universita’. Dawn il-membri jiġu magħżula bi proċedura li hi rregolata mill-Kunsill.
l-Ombudsman tal-Universita’ qatt ma sab li kien hemm xi rregolarita’ fil-mod kif mexa l-Interviewing Board għall-post ta’ Principal Subject Area Office – Arts and Languages. L-Ombudsman ikkonkluda li ma saret l-ebda diskriminazzjoni kontra l-applikant. Il-punt li għamel l-Ombudsman hu l-Universita’ għandha tagħti aktar informazzjoni lill-applikanti dwar il-performance tagħhom waqt l-intervisti li jsiru. L-Ombudsman jagħmel referenza għall-iStandard Rejection Letter li toħroġ mill-Universita’ u bl-ebda mod ma jippunta subajgħ lejn is-Selection Bord li mexxa l-intervisti f’dan il-każ.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni fil-qasam edukattiv governattiv bejn Jannar u Marzu 2008 u f’liema gradi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għadd ta’ persuni li ġew impjegati fil-qasam edukattiv Governattiv bejn Jannar u Marzu 2008 huwa hekk:
Direttur
1
Officer in Grade 5 (College Principal)
1
Regular Teacher
5
Learning Support Assistant II
1
Supply Teacher
43
Supply Learning Support Assistant
120
Supply Kindergarten Assistant
2
Matul l-istess tlett xhur kien hemm wkoll l-impjieg ta’ dsatax-il persuna rtirati mis-Servizz (16 retired Kindergarten Assistant ‘On Call’ u 3 retired Teachers), tnax oħra bhala ‘On Call’ Special Needs Emergecy Helper, u tlett Adult Educators li jagħtu s-servizz tagħhom fil-Klassijiet ta’ filgħaxija. Is-Supply Learning Support Assistants (120) jigu mpjegati skond in-numru ta’ tfal li huma statemented.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi meħtiega biex l-imġieba diffiċli ta’ studenta ma tibqax tħarbat klassi fl-iskola primarja tal-Birgu li qed twassal lill-ġenituri biex ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-problema prinċipali fil-każ ta’ din it-tifla mhix waħda ta’ mġieba diffiċli imma ta’ nuqqas kbir ta’ prudenza min-naħa ta’ xi adulti u proċess ta’ vittimizzazzjoni li wassal biex jinkissru d-drittijiet bażiċi ta’ minoreni u tiġi avvelenata l-atmosfera edukattiva u soċjali fi klassi partikolari. Il-Prinċipal u l-iskola ilhom sa minn Ottubru tas-sena l-oħra jużaw is-servizzi kollha relevanti, inkluż servizz li nħoloq apposta fl-iskola msemmija, biex jiġi indirizzat kull min hu marġinalizzat u vulnerabbli b’tali mod li jista’ jkompli jsir it-tagħlim fil-klassi b’mod seren. Ma nistax nidħol f’iktar dettalji minħabba raġunijiet ta’ etika. Wara li dan kollu ġie spjegat lill-ġenituri, il-maġġoranza qablu li l-fatti ma kienux kif kienu qed jitpittru minn xi wħud, u kif ġie infurmat l-Onorevoli Interpellant. Il-lezzjonijiet tkomplew b’mod normali sa mid-29 ta’ Jannar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti fl-iskola Mater Dei? X’tip ta’ xogħlijiet qed jintbagħtu jagħmlu? Ix-xogħol li qed jingħataw kollu addattat għal dawn l-adoloxxenti? Tista’ tivverifika jekk hemmx min qed jintbaghat biex inaddaf il-postijiet fejn jitrabbew il-majjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-Iskola Speċjali ta’ Mater Dei fl-Imsida jattendu 22 student li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 10 snin u 15-il sena. L-istudenti li għandhom bejn 10 u 12-il sena, darba kull ħmistax, jmorru ir-Razzett tal-Ħbiberija. L-istudenti l-oħra darba fil-ġimgħa, skond ix-xewqa ta’ l-istudenti nfushom, jmorru id-Dar tal-Providenza biex jagħmlu xogħol volontarju.
Dawn l-attivitajiet huma parti mill-programm ta’
Life Skills
li hu offrut lil kull student biex ngħinuh jintegra aħjar meta jerġa jmur lura l-iskola minn fejn ġie jew meta jkun lest li jitħallat mas-soċjeta inġenerali.
L-ebda student qatt ma intbagħat jagħmel esperjenza ta’ xogħol f’xi razzett tal-bhejjem jew ħnieżer.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu passi biex żagħżugħ bi mġieba diffiċli fl-iskola Guardian Angel ma jibqax isawwat għalliema u studenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-passi meħtieġa diġa ttieħdu sabiex id-diffikultajiet ta’ dan iż-żagħżugħ b’diżabbilita’ severa jiġu milħuqa. Tħejja wkoll programm ta’ support b’kollaborazzjoni sħiħa mit-team tas-Servizzi għall-Istudenti, l-għalliema, l-assisteni, il-ġenituri u l-iskola.
Uffiċċju tal-Avukati Ġenerali tar-Repubblika — każijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007, 2008 u 2009 s'issa, kemm kien hemm każi ta' investigazzjonijiet mill-pulizija li dwarhom l-uffiċċju tal-Avukati Ġenerali tar-Repubblika ta parir lill-pulizija li ma kellhomx jipproċedu fil-qorti dwarhom? Liema kienu dawn il-każi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru ma tinżammx taħt forma ta' statistika u għalhekk mhux possibbli li tingħata.
Tista' l-Ministru tgħid f'kull istitut tal-MCAST kemm għad fadlilha lecturers neqsin u f'liema suġġetti? Meta se jiġu reklutati dawn il-lecturers u f'liema oqsma qed ikun hemm l-iżjed diffiklutajiet biex jinstabu l-lecturers meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-MCAST m’hemm l-ebda lecturers neqsin u diġa’ beda l-proċess tal-ippjanar ta’ reklutaġġ għas-sena li ġejja.
Is-suġġetti li għalihom hu ferm diffiċli biex jinstabu l-
lecturers
meħtieġa huma l-
Accounts
, l-
Electronics
u l-IT.