Tista' l-Ministru tgħid kemm żgħażagħ bdew kull kors tal-MCAST fl-ewwel sena bħala Foundation fil-bidu ta' din is-sena skolastika u kemm kien fadal minn dawn iż-żgħażagħ fl-istess kors fil-bidu ta' Frar 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-ħanut indikat separatament jingħata spazju quddiemu fejn suppliers jistgħu jipparkjaw biex iħottu l-provvisti tagħhom fil-ħanut għaliex fl-istess triq m'hemm l-ebda spazju fejn jipparkjaw vetturi biex iwasslu supplies?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Attivitajiet fl-iskejjel dwar il-ħarsien tal-annimali
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena skolastika li għaddiet u dik li ninsabu fiha kemm saru attivitajiet fi skejjel primarji u sekondarji dwar il-ħarsien tal-annimali u kontra l-moħqrija tal-annimali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena skolastika li għaddiet il-Peripatetic Teacher u Organiser ta’ L-Animal Awareness Education Programme żaret numru ta’ skejjel f’Malta u Għawdex, primarja u sekondarja, biex tippromwovi l-programm ma’ l-istudenti permezz ta’ lezzjonijiet dwar ir-rispett u l-imħabba lejn l-annimali u l-ambjent li jgħixu fih. Kienu jigu ttrattati temi bħal per eżempju t-testing fuq l-annimali, l-ġlied tal-klieb u l-annimali u ċ-Ċirku. Kienu jsiru laqgħat mal-Link Teachers maħtura apposta biex ikomplu jmexxu l-programm u jorganizzaw attivitajiet matul is-sena.
Numru ta’ NGOs, fosthom l-SPCA, n-Nature Trust u l-Hakuna Matata ġew mistiedna mill-iskejjel biex jagħtu taħdidiet lill-istudenti.
Il-programm tkompla matul Skolasajf. Il-persuna li kienet tieħu ħsieb il-programm ħejjiet manwal li fuqu l-Koordinaturi ta’ Skolasajf kienu jmexxu l-attivitajiet.
Fil-bidu tas-sena skolastika 2008/09 intbagħtet ċirkulari fl-iskejjel kollha mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u
eLearning
biex fl-4 t’Ottubru l-iskejjel ifakkru l-Jum Dinji ta’ l-Annimali. Mill-
feedback
li rċevejna kważi l-iskejjel kollha, minbarra dawk li jippreferu jorganizzaw din il-ġurnata fis-17 ta’ Jannar (il-festa ta’ Sant’Antnin Abbati li hu marbut mat-tberik ta’ l-annimali), tellgħu attivitajiet u saru lezzjonijiet apposta dwar din it-tema. Hemm skejjel li organizzaw ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet.
F’numru kbir ta’ skejjel hemm il-
Link Teachers
li komplew il-programm li kien tħejja mill-
Peripatetic Teacher
li kienet torganizza l-
Animal Awareness Educational
Programme
. Fejn m’hemmx
Link Teachers
il-programm qed jitkompla permezz ta’ proġetti oħra bħal Dinja Waħda, EkoSkola u Birdlife.
Barra minn hekk it-tema ta’
Animal Awareness
tiġi ttrattata wkoll f’suġġetti partikulari bħal PSD u
Thinking Skills
fejn it-
topic
marbut ma’ l-annimali jinsab fis-sillabu u kif ukoll fil-kotba speċjalment ta’ l-Ingliż permezz ta’
comprehensions
u
compositions
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna persuni reġistrati f'Malta u f'Għawdex biex jagħtu servizz ta' veterinarju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fir-Reġistru tal-Kirurġi Veterinarji hemm 46 Veterinarju / a Maltin jew residenti Malta u 6 Veterinarji barranin mhux residenti Malta li huma reġistrati biex ikunu jistgħu jaħdmu ta' Veterinarji skond il-liġi Kap 437.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux tariffi għal kemm jistgħu jiċċarġjaw il-veterinarji f'pajjiżna biex isewwu l-qtates u l-klieb u jekk iva, x'inhuma dawn it-tariffi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma jeżistux tariffi dwar kemm jistgħu jiċċarġjaw il-veterinarji f’pajjizna biex isewwu l-qtates u l-klieb.
Għajnuna lil għaqdiet/individwi li jħarsu l-annimali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tipi differenti ta' għajnuna qed jagħti l-Ministeru lil dawk l-għaqdiet u individwi li jħarsu l-annimali f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-għajnuna li ngħatat lill-għaqdiet u individwi li jħarsu l-annimali f’pajjiżna kienet għajnuna finanzjarja biex tkopri l-ispejjeż gġal neutering campaign u aftercare kif ukoll biex tkopri spejjeż kapitali u spejjeż biex sar survey dwar l-annimali li jiġġerrew barra.
Dan minbarra għajnuna oħra permezz ta’ investiment tal-Gvern fil-bini ta’ Ċentru għal Ħarsien tal-Annimali f’Ta’ Qali kif ukoll bit-twaqqif ta’ Direttorat ġdid għall-Ħarsien tal-Annimali.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Proġetti u inizjattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti u inizjattivi għandu maħsuba l-Ministeru għal din is-sena? F’liema stadju ta’ twettieq waslu u kemm se jkun qed jonfoq fuqhom?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4327 u tgħid kemm alloka fondi mill-baġit għal skopijiet ta' safar kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-aħħar tliet snin? Min għamel użu minn dawn il-fondi minn kull dipartiment persuna b'persuna, u sena b'sena? Fejn kienet kull mawra? Kemm damet kull mawra? Kemm swiet kull mawra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4326 u tgħid kemm saru kilometri ta' ivjaġġar minn impjegati tal-Gvern li huma intitolati li jkollhom il-log book u b'numru fiss ta' kilometri li jistgħu jitħallsu tagħhom, kull xahar, matul dawn l-aħħar ħames snin xahar b'xahar? X'inhi r-rata tal-ħlas? Min jiffissa din ir-rata ta' kilometri għal kull persuna u fuq liema bażi? Kemm kien il-ħlas globali xahar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4326. Fir-rigward tal-MCAST m’hemmx impjegati li huma intitolati għal numru fiss ta’ kilometri.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 x'ħidma saret mill-Pulizija biex taqbad persuni li għadhom iġelldu l-klieb u x'irriżulta minn din il-ħdima?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel rondi regolari sabiex tipprevjeni kemm jista' jkun twettiq ta' reati, inkluż dak imsemmi mill-Onorevoli Membru.
Pulizija mgħarrfa iktar dwar il-moħqrija tal-annimali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2008 sarux xi korsijiet, taħdidiet jew esperjenzi ta' formazzjoni edukattiva mal-Pulizija biex isiru iżjed sensittivi u jkollhom għarfien aħjar dwar il-moħqrija tal-annimali f'pajjiżna, peress li diversi persuni ilmentaw miegħi li marru għand il-Pulizija b'rapporti dwar moħqrija tal-annimali u ma ħaduhomx bis-serjetà tant li ma ħadux passi kontra min ħaqar l-annimali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008, fl-Akkademja tal-Pulizija ingħata taħriġ lil diversi pulizija fuq l-Att dwar l-Annimali li minnu nnifsu jittratta wkoll moħqrija nflitta fuq annimali. Infurmat ukoll li dan it-taħriġ se jkompli jingħata din is-sena.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jgħaddili r-rapporti msemmija minnu.
Riżorsi umani dedikati kontra l-moħqrija tal-annimali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-riżorsi umani, finanzjari u faċilitajiet oħrajn li l-Korp tal-Pulizija jiddedika kontra l-moħqrija ta' l-annimali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa' spjegajt fi tweġibiet preċedenti, il-pulizija tagħmel ir-ronda u tingħata taħriġ fuq bażi regolari sabiex tipprevjeni milli jiġu mwettqa atti kriminali, li jinkludu l-moħqrija tal-annimali. Għaldqastant, mhux possibbli li wieħed jikkwantifika dak li qed jitlob l-Onorevoli Membru.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu indirizzati u solvuti l-problemi li qed iżommu lit-tifla li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, milli tattendi l-iskola? Din għandha kundizzjonijiet partikulari u li kienet sejra tajjeb ħafna sakemm kellha magħha lil Learning Support Assistant imħarrġa apposta għall-kundizzjoni tagħha u li anki kienet tmurilha d-dar volontarjament biex tkompli magħha.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Passi fir-rigward ta’ dan il-każ diġa bdew jittieħdu. L-istudenta inbidlietilha l-LSA li kellha is-sena l-oħra peress li t-tifla bidlet l-iskola minn Primarja għas-Sekondarja. L-iskola ġiet mogħtija parir biex tirreferi il-każ lis-Psycho-Social Services biex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2009 s'issa kemm kien hemm Learning Support Assistants li ġew trasferiti minn skola għall-oħra u ma baqgħux mat-tfal li magħhom bdew is-sena skolastika? Għaliex ġew trasferiti? Tqis l-effett ta' dan it-tħarbit fuq it-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Learning Support Assistants li ġew trasferiti minn skola għall-oħra matul is-sena 2009 jammonta għal ħdax (11).
Minn dawn, erba’ kienu trasferimenti temporanji, jiġifieri li jinvolvi trasferiment fi skola oħra sa l-aħħar tas-sena skolastika. Dawn it-tip ta’ trasferimenti jinvolvu ġeneralment
LSAs
nisa li jidħlu lura għad-doveri tagħhom wara li jtemmu l-
Maternity
jew
Parental Leave
li jkunu hadu. Dawn ma jkollomx studenti taħt il-ħarsien tagħhom minħabba l-assenza tagħhom mill-iskola għal perjodu determinat u posthom ikun ingħata lil ħaddieħor.
Is-sebgħa l-oħra kienu jinvolvu
LSAs
li talbu li jiġu trasferiti minħabba raġunijiet umanitarji jew għax kienu żejda (
redundant
) fi skejjel mingħajr studenti taħt il-ħarsien tagħhom. Sar kull sforz possibbli sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas l-effett tal-bidla tal-
LSA
fuq it-tfal taħt il-ħarsien taghhom fejn kien il-każ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Learning Support Assistants mat-tfal fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma ma' tifel/tifla waħda? Kemm minnhom huma ma' iżjed tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Learning Support Assistants li jgħinu lit-tfal fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex jammonta għal 1283.
Dawk l-istudenti li ġew
statemented Full-Time
1-1 jew
Full-Time
u/jew indikati mill-kapijiet tal-iskola li jinħtieġu attenzjoni individwali jammontaw għal 684.
Għalhekk 684
Learning Support Assistant
huma ma’ tifel/tifla waħda.
Il-bqija, jiġifieri 599 għandhom bejn żewġ u tlett studenti kull wieħed/waħda taħt il-ħarsien tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa meqjus li hemm bżonn Learning Support Assisants biex ikunu moqdija dawk is-756 tifel u tifla li qed jistennew biex jingħataw għajnuna fl-iskejjel? Se jidaħħlu Learning Support Assisants ġodda jew se jitqassmu ma' dawk li diġà hemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Learning Support Assistants li jkun hemm bżonn biex jiġu moqdija is-756 tifel u tifla li qed jistennew li jingħataw support fl-iskola ma jistax jiġi determinat bil quddiem.
L-ewwelnett mhux bilfors li kull student/a li jitressaq quddiem l-
Istatementig Board
se jiġi aċċettat li jkollu bżonn għajnuna ta’
LSA
. It-tieni, tfal li jiġu
statemented
jingħataw waħda minn erba’ kategoriji ta’
support
li huma:
Full Time 1 to 1
,
Full Time
,
Shared Same Class
, u
Shared
. Dawn il-kategoriji jirrikjedu minn wieħed sa tlett studenti ma’ kull
LSA
.
Bħal issa d-Direttorat qiegħed jimpjega numru ta’
LSAs
ġodda min fuq il-lista ta’ kandidtati li ġew magħżula wara
interview
minn Bord ta’ Għażla. Dawn l-
LSAs
qegħdin jintbagħtu fi skejjel diversi fejn hemm tfal li ġew
statemented
dan l-aħħar u għad ma għandhomx min jieħu ħsiebhom.
Ovvjament fejn jinqalgħu każi ta’
LSAs
li huma żejda għax għal xi raġuni ma jibqgħax ikollhom student/a taħt il-ħarsien tagħhom, dawn ikunu jridu jiġu indirizzati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni adulti li jieħdu ħsieb tfal b'diżabilità jew b'diffikultajiet tat-tagħlim fl-iskejjel statali f'Malta u f'Għawdex u x'inuhma l-kwalifiki tagħhom? Kif ġew reklutati, kemm ilhom reklutati u x'tip ta' kuntratt għandhom mad-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li jieħdu ħsieb tfal b’diżabilità jew diffikultajiet ta’ tagħlim fl-iskejjel statali f’Malta u Għawdex jammonta ghal 1283.
Minn dawn, 1163 jinsabu fi skejjel f’Malta waqt li 120 jaħdmu fi skejjel f’Għawdex.
Dwar kwalifiki, 320 minnhom għandhom Diploma Universitarja fl-Edukazzjoni Inklussiva.
Hemm 633 li akkwistaw Ċertifikat ta’ Attendenza f’kors organizzat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li jħarreġ
LSAs
dwar sapport lill-studenti li għandhom bżonnijiet edukattivi individwali.
Mis-sena 1998 sal-lum is-
Supply Learning Support Assistants
kollha li ġew impjegati għandhom mill-inqas suġġett wieħed fil-livell avanzat.
Sitta u tmenin (86) minnhom għandhom żewġ suġġetti fil-livell avanzat.
Dawn il-
LSAs
ġew reklutati wara li sarilhom interview minn Bord ta’ l-Għażla.
It-tabella hawn taħt turi kemm ġew rekluati
LSAs
mill-1977 sal-lum.
Sena
Numru ta’ LSAs reklutati
Bejn l-1977 u 1999
176
2000
19
2001
31
2002
55
2003
285
2004
177
2005
131
2006
109
2007
125
2008
156
Total
1264
Fis-sena 2009, s’issa ġew impjegati 19-il
Supply Learning Support Assistant
.
Learning Support Assistants
li għandhom grad ta’
Supply
u dawk bi grad ta’
Kindergarten Assistant Part Time
għandhom kuntratt ta’ tip temporanju (mhux regolari).
Dawk l-
LSAs
li għandhom gradi ta’
LSA
2,
LSA
,
KA (Special Education)
u
KA
huma impjegati fuq bażi permanenti u jitqiesu bħala regolari.
Department of Technology in Education — complement
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-complement dettaljat tal-ħaddiema kollha, peripatetic teachers, u staff ieħor li jaqgħu taht id-Department of Technology in Education?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni m’hemm l-ebda Department of Technology in Education. Dan id-Department sar parti mill-Curriculum Management and eLearning Department.
Il-
complement
ta’ l-
istaff
hu:
Numru
Noti
Education Officers
2
Heads of Department
2
Once weekly at Centre
Support Teachers
15
Peripatetic Teachers
23
Principal
1
Executive Officer
1
On reduced Hours
Clerk
1
Technical Officers
4
General Hands
2
1 Driver / 1 Messagier
Charwoman
1
Fiċ-Ċentru tad-
Design and Technology
in-Naxxar li jaqa’ wkoll fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu u
eLearning
hemm ħaddiema kif indikat hawn taħt:
Numru
Education Officer
1
Support Teachers
8
Skills Teachers
2
Technician
1
Part Time Clerk
1
Acting Store Keeper/Clerk
1
Messengers
2
Charwoman
1