Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kważi pendenti quddiem il-qrati ta' Malta u Għawdex? Kemm minn dawn il-kważi qed jistennew is-sentenza? Kemm minnhom ilhom 'il fuq minn sentejn jistennew is-sentenza? Taħt liema mħallfin qegħdin dawn il-kawżi li qed jistennew is-sentenza? X'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien esaġerat? Ma jaħsibx li min qed jistenna dawn is-sentenzi qed jiġi mċaħħad mid-dritt fundamentali tal-bniedem?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel tliet domandi tal-Mistoqsija Parlamentari. Rigward dewwmien tas-sentenzi, mhuwiex possibbli li wieħed jagħti raġuni li tgħodd għal kull każ u dan għaliex kull kawża jkollha l-fatti speċie partikolari tagħha, pero' dan huwa fil-kontroll esklussiv tal-Ġudikant assenjat bil-kawża.
Attachments:6371 Kawzi li qed jistennew sentenza.doc6731- Gozo.xls
Direttorati tal-Edukazzjoni — apparat li hemm fit-taraġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-apparat li hemm fit-taraġ ta' barra tal-binja tad-Direttorati tal-Edukazzjoni baqa' għal bosta snin ma ġiex irranġat biex ikun jista' jintuża minn persuni b'diżabilità minkejja il-fatt li l-parts neċessarji huma kollha mixtrijin? X'qed iżomm milli jsiru it-tiswijiet neċessarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta t-tekniċi tal-Maintenance Services Department (MSD), snin ilu, ippruvaw isewwu l-apparat li tirreferi għalih il-mistoqsija, ma rnexxilhomx jagħmlu dan. Madankollu m’għadux floku li dan l-apparat jissewwa. Dan minħabba l-fatt li d-Direttorati għandhom dħul alternattiv li permezz tiegħu u ta’ lifts fuq ġewwa hemm aċċess għall-uffiċini kollha, inklużi minn persuni b’diżabilita’, fil-livelli kollha tad-Direttorati.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex baqa' qatt ma sar fire-drill ġewwa l-binja prinċipali tad-Direttorati tal-Edukazzjoni ġol-Furjana, minkejja li saru ħafna wegħdi li dan kellu jiġi organizzat mill-Executive Officer tal-Health and Safety sena ilu u wkoll kellu jibda jsir regolari bħalma jiġri ġewwa l-iskejjel tal-Istat? X'qed iżomm milli dan jibda jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jimxi fuq pjan ta’ ħames snin (aċċettat mill-Health and Safety Implementation Committee) li beda fis-sena 2005. Din is-sena diġa’ sar fire drill u dan ser jibqa jinżamm b’mod regolari kif isir fl-iskejjel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fuq kostruzzjoni ta' rampi biex jiffaċilitaw aċċess għal persuni b'diżabilità matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u skola b'skola fl-iskejjel tal-Istat? Tista' tgħid wkoll xi skejjel baqa' fejn iridu jsiru dawn ir-rampi? Kemm skejjel speċjali tal-istat hemm li qed jistennew xi forom ta' kostruzzjoni bħal rampi biex ikunu compliant ma' dak li suppost titlob il-liġi biex jiffaċilitaw aċċess komplut għall-istudenti tagħhom? Tista' ssemmi l-iskejjel partikolari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba dwar kemm intefqu flus mit-Technical Services Branch u mill-iskejjel statali fuq kostruzzjoni ta’ rampi biex jiffaċilitaw aċċess għal persuni b’diżabilita’ matul dawn l-aħħar għaxar snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta se tingħata l-għajnuna meħtieġa lit-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għax inkella se jibqa' lura fl-edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Ottubru 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtiega mis-servizzi li diġa hemm fl-iskola. Il-ġenituri se jingħataw appuntament matul dan is-Sajf.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiġi protett it-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li qed jiġi bullied minn żewġt itfal indikati separatament u qed jiġi trawmatizzat, jgħajruh, isawtuh u anke jitolbuh il-flus u qed jaqa' lura fl-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan il-każ ilu jiġi mistħarreġ u ssir ħidma dwaru mill-bidu tas-sena skolastika, jiġifieri minn meta bdiet din l-imġieba oġġezzjonabbli. Kull meta kien hemm bżonn tittieħed azzjoni dixxiplinarja biex jiġi protett xi tifel, din ittieħdet. Ġew involuti wkoll is-servizzi għall-istudenti li huma rilevanti għal dan il-każ, u s-servizzi tal-Appoġġ tal-Kulleġġi qegħdin kontinwament jaħdmu mal-iskola sekondarja biex jitħaddmu l-istrateġiji kollha neċessarji, inkluż koordinament mal-iskola sekondarja li ser tkun qed tospita lit-tfal is-sena d-dieħla. Dan l-aħħar kien hemm ukoll konferma li wieħed mit-tfal b’imġieba oġġezzjonabbli għandu bżonn servizz ta’ LSA, u dan beda jingħata. Għalhekk, qed jittieħdu l-passi kollha meħtiega u fil-fatt sar żvilupp konsiderevoli, tant li l-inċidenti li jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, li ġraw fl-ewwel term, issa spiċċaw jew naqset sew il-frekwenza u s-severita’ tagħhom. Madankollu, il-każ huwa taħt sorveljanza kontinwa.
Tista' l-Ministru tara li tintlaqa' t-talba biex l-istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata l-għajnuna mitluba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord reġa għamel ir-Review tat-tifel f’Mejju, 2006, fejn irrakkomanda illi jibqa’ bis-support li kellu, jiġifieri shared support. It-tifel ghandu Individual Education Programme u jingħata xogħol addattat għalih. Minbarra s-support ta’ l-Learning Support Assistant it-tifel għandu wkoll l-għajnuna diretta ta’ l-għalliema, għax fil-klassi hemm tmient it-tfal biss.
Jista’l-Ministru jgħid jekk matul is-sena li għaddiet u fl-2009 s’issa sarux xi rapporti lill-pulizija dwar bejjiegħ ta’ ħaxix li qed jarma llegalment fil-bajja tal-Għadira tal-Mellieħa? Kemm saru minn dawn ir-rapporti? X’passi ħadu l-pulizija u meta ħadu dawn il-passi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-aħħar 12-il xahar il-Pulizija kellha 4 rapporti, li tnejn minnhom saru din is-sena, dwar bejjiegħ tal-ħaxix fil-bajja tal-Mellieħa. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija jirriżulta li dan il-bejjiegħ huwa liċenzjat sabiex jeżerċita n-negozju ta' bejjiegħ fit-toroq, (hawker).
Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tipproċedi kontra l-bejjiegħ imsemmi u qegħeda tagħmel spezzjonijiet regolari. Meta jirriżulta li jkun hemm xi rregolaritajiet, jittieħdu passi skont il-Liġi.
livell sekondarju u Junior Lyceum — Karti ta' L-eżami l-istess
Question
Tista' l-Ministru tgħid x`inhi r-raġuni li studenti ta' livell sekondarju u dak ta' Junior Lyceum ġew mogħtija l-istess karta tal-eżami tal-Geografija, Storja u Studji Soċjali? Jirriżulta li sar żball fis-sezzjoni C tal-Istudji Soċjali u l-għalliema ġew ordnati biex jagħtu full marks lil kull student għal din is-sezzjoni ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-istudenti tal-livell sekondarju ingħataw l-istess karta tal-eżami tal-Ġeografija, Storja u Studju Soċjali ta’ dawk fil-Junior Lyceum minħabba li s-sillabu huwa l-istess.
Fil-każ tal-eżami tal-Istudji Soċjali fil-Karta Ġenerali kien hemm mistoqsija fis-Sezzjoni C li parti minnha kienet ibbażata fuq parti mis-sillabu offrut bħala
Option
minflok
General
. Minħabba f’hekk ġie deċiż li jingħataw
full marks
lil kull student għal din is-sezzjoni.
aħħar sena tal-edukazzjoni sekondarja — numru ta' studenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti bniet u subien f’Malta u f’Għawdex fl-aħħar sena tal-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-settur statali, f’dak tal-knisja u f’dak privat fis-sena skolastika 2007 – 2008 ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Subien Malta
Bniet Malta
Subien Għawdex
Bniet Għawdex
Skejjel Statali
7,280
7,384
828
832
Skejjel tal-Knisja
755
658
53
21
Skejjel Indipendenti
259
210
-
-
persuni diżabbli rreġistrati mal-Kummissjoni nazzjonali Persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni diżabbli rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'diżabilità:
1) Malta?
2) Għawdex?
3) fl-età bejn 3 u 5?
4) fl-età bejn 6 u 10?
5) fl-età bejn 11 u 16?
6) fl-età bejn 17 u 19?
7) fl-età bejn 20 u 25?
8) fl-età bejn 36 u 30?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li sa l-aħħar ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni kellha 11,532 persuna rreġistra magħha li minnhom 10,723 kienu minn Malta u 809 minn Għawdex.
Il-Kummissjoni żżomm l-istastistika mqassma skond l-eta ftit differenti minn kif mitlub. Il-figuri skond kif imqassmin fil-kategoriji tal-Kummissjoni sa l-aħħar ta' Diċembru 2008 huma hekk:
Eta' - Ammont
0-4 - 91
5-9 - 264
10-14 - 353
15-19 - 340
20-24 - 370
25-29 - 429
30-34 - 428.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna żgħażagħ diżabbli jattendu:
a)
Higher Secondary
Naxxar?
b) Istituti għal Studji Turistiċi?
ċ) MCAST?
d) Junior College?
e) Università?
F'kull każ xi strutturi, persuni u riżorsi oħra ta' appoġġ għandhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Issa li ninsabu fi Frar 2009, tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol għat-tfassil tal-kontenut tal-korsijiet foundation fl-MCAST? Għaliex ħa tant żmien it-tfassil ta' dan il-kontenut tal-korsijiet? Liema proċess se jintagħżel biex żgħażagħ mill-korsijiet foundation jgħaddu għal korsijiet oħra tal-MCAST u għaliex intgħażel dan il-proċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-kors tal-Foundation Programme kellu s-sillabi kollha, kemm tal-Vocational Practice kif wkoll tal-Key Skills, lesti u mqassma lil dawk kollha konċernati sabiex il-proċess tat-tagħlim ikun ċar u b-sistema ta’ assessjar ċara, kif hemm imfassal fir-regoli tal-istess programm. Dan ix-xogħol kien lest qabel it-tmiem ta’ Settembru 2008. Sabiex student ikun jista’ jitla’ fi programmi ta’ livell ogħla, sakemm ma jkunx hemm kwalifiċi speċifiċi rikjesti minħabba n-natura u l-esiġenzi ta’ dak il-programm, jeħtieġ li jgħaddu ta’ l-anqas b’pass f’kull unit kemm fl-assignments mogħtija fil-Vocational Practice, kif wkoll fil-Key Skills (Malti, Ingliz, Matematika u IT). Studenti biċ-ċertifikat fiż-żewġ taqsimiet tal-Foundation Programm (Vocational Practice u Key Skills) jistgħu jipproċedu għal programm fil-livell li jmiss. Studenti li jiksbu suċċess f’waħda biss miż-żewġ taqsimiet (Key Skills jew Vocational Practice) jingħataw ċertifikat f’dik it-taqsima biss.
Jista' l-Ministru jgħid xi programmi ta' taħriġ għax-xogħol u edukazzjoni u l-ħajja jeżistu f'pajjiżna għal persuni diżabbli fl-età bejn 17 u 19, bejn 20 u 25 u bejn 26 u 30 sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tipporovdi numru ta’ korsijiet ta’taħrig li huma miftuħa għal kulħadd inklużi persuni b’diżabbilita’ intelletwali jew fiżika, jew persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Dawn il-persuni jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol u qegħdin fir-reġistru ta’ persuni b’ diżabilita'. Bis-saħħa tal-proġett ‘Supported Employment Scheme’ proġett ko-finanzjat mill-Fond Socjali Ewropew irċevew taħrig 42 persuna b’ diżabilita’.
Informat ukll li barra minn hekk l-ETC, tħaddem dik li tissejjaħ il-Bridging the Gap Scheme. Permezz ta’ din l-iskema, persuni żvantaġġati jingħataw opportunitajiet ta’ Work Exposure fuq il-lant tax-xogħol propju. Matul il-perjodu ta’ din l-opportunita, apparti li klijent ikun akkwista esperjenza ta’ xogħol, huwa jirċievi allowance li tammonta għall-80% tal-paga minima nazzjonali. Fil-każi fejn jinħass li jkun meħtieg, l-ETC tipprovdi mingħajr ħlas (għal perjodu speċifiku) is-servizzi ta’ Job Coach, kemm waqt perjodi ta’ taħrig, work-exposures u anke xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid fis-snin skolastiċi 2004-2008 sena b'sena, kemm inġabru flus, istitut b'istitut mill-istudenti tal-MCAST biex ingħataw l-Edexel għall-korsijiet u eżamijiet tal-BTEC?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onr. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara li tintlaqa' l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna indikata separatament li nġieb bħala tifel orfni f'Malta fl-1993 u issa kiber hawn u qed jiffaċċja problemi kbar f'ħajtu?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6083, ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates ma rċieva ebda applikazzjoni għall-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija mingħand il-persuna li l-isem tagħha ġie indikat separatament.
Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-ħarsien tal-annimali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-fondi tal-Unjoni Ewropea li matul l-aħħar ħames snin intużaw għall-ħarsien tal-annimali fi proġetti lokali u f’liema proġetti intnefqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi li ntefqu fuq l-Animal Welfare fir-rigward ta’ annimali domestiċi ma' oriġinawx minn fondi Ewropej.
Madanakollu, ħafna mit-titjib li sar fl-irziezet sabiex l-annimali f’dawn l-irziezet jittejbulhom il-kundizzjonijiet, sar b’fondi Ewropej.
Mill-fondi allokati lil pajjizna mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007 – 2013, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ammont li se jintuża għall-ħarsien tal-annimali? Kemm se jkun dan l-ammont u fuq liema proġetti u inizjattivi se jintnefqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali għal Malta 2007-2013, skema numru 121 “Modernizzar ta’ Intrapriżi Agrikoli”, tkopri investiment fuq bini ta’ rziezet ġodda, modernizzar ta’ rziezet eżistenti, introduzzjoni ta’ teknoloġiji moderni, xiri ta’ apparat u makkinarju modern u twaqqif ta’ strutturi għall-maniġġ ta’ demel.
Bħala riżultat ta’ dan l-investiment il-kundizzjonijiet għaż-żamma, l-manteniment u l-iġjene ta’ l-annimali tkun rispettata, mtejjba u f’każi tmur oltre mill-istandards rispettivi mitluba. L-Fondi allokati fuq din l-iskema jammontaw għal Ewro 13,460,000 fejn l-applikant jingħata 50% ta’ l-ispiża eliġibbli sa massimu ta’ 150,000 Ewro.
Chairman u membri tal-kunsill malti għall-kwalifiki
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huwa iċ-Chairman u min huma l-Membri tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-Chairman u l-Membri tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki huma dawn:
Chairman
- Is-Sur Joseph Abela Fitzpatrick
Membri - Is-Snra. Roslyn Vella
Is-Snra. Joan Micallef
Is-Snra. Veronica Grech
Is-Sur Joseph Cutajar
Is-Sur Joseph Farrugia
Is-Sur Vincent Farrugia
Is-Snra. Charmaine Portelli
Is-Sur Lino Zahra
Tista' l-Minstru tgħid kemm saru laqgħat ta' ħidma flimkien bejn l-MCAST u l-Kunsill Malti għall-Kwalifika biex jiġu mfassla korsijiet adattati fl-MCAST fuq il-linji mniżżlin fil-pubblikazzjoni Descriptions of Key Competences in the National Qualifications Framework levels 1 to 3?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST u l-Kunsill Malti għall-Kwalifika iltaqgħu diversi drabi dwar il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki biex jiġu mfassla korsijiet addattati fl-MCAST fuq il-linji mniżżlin fil-pubblikazzjoni Descriptions of Key Competences in the National Qualifications Framework levels 1 to 3.