Wara li fis-26 ta' Mejju 2003 l-applikazzjoni biex Villa Psaigon tiġi riabilitata kienet approvata, tista' l-Ministru tgħid x'sar mit-tender li kien qiegħed jiġi preparat mill-Perit appuntat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għall-pubblikazzjoni? Ma jidhrilhiex il-Ministru li sitt snin huma biżżejjed biex joħroġ dan it-tender? Min kien il-perit li kien qiegħed jaħdem fuq dan il-proġett? Kemm kienu l-fondi allokati għal dan il-proġett? Għad hemm il-ħsieb li Villa Psaigon tiġi riabilitatà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-passat kien hemm il-ħsieb li Villa Psaigon tiġi riabilitata bħala Field Study Centre. Peress li f’dawn l-aħħar snin saru riformi kbar fil-qasam edukattiv din l-idea qed terġa tkun evalwata sabiex Villa Psaigon tintuża b’mod aktar effettiv.
Tista' l-Ministru tgħid kif inhuma inxurjati l-vetturi li għandhom id-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm kien hemm claims kontrihom dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Ta' kemm kienet kull claim? Kemm minn dawn il-claims ġew issettiljati u kemm hemm minnhom li għadhom pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-vetturi tad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni m’humiex inxurjati. Il-ħsarat jitħallsu minn fondi pubbliċi skond Sezzjoni 8.2.9 tal-Public Service Management Code.
Dawn l-aħħar ħames snin kien hemm dawn it-talbiet kontra l-vetturi tad-Direttorati:
Sena
Numru ta’ Talbiet
Ammont ta’ kull Talba
2004
2
1. Lm638.96 (€1488.78)
2. Lm485.77 (€1131.84)
2005
1
Lm822.84 (€1917.22)
2006
3
1. Lm248.00 (€577.84)
2. Lm132.80 (€309.42)
3. Lm284.44 (€578.86)
2007
3
1. Lm190.90 (€444.80)
2. Lm409.16 (€953.34)
3. Lm345.74 (805.57)
2008
2
1. €58.76
2. €338.86
Dawn it-talbiet tħallsu kollha.
Direttortati tal-Edukazzjoni — post għal direttur għall-immaniġġar tar-riżorsi
Question
Jidhrilha il-Mnistru li l-Procurment Section f'ħdan id-Direttorati għall-Edukazzjoni li baqgħet taħt id-DCS għandha tgħaddi taħt id-Direttur għall-Immaniġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel billi dan kien wieħed mill-miri tal-Ministeru indikati fis-sejħa għal mili tal-post għal Diretturi għall-Immaniġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddej proċess ta’ tranżizzjoni sabiex ċertu funzjonijiet tad-Direttorat għal Servizzi Korporattivi, jgħaddu taħt ir-responsabbilta’ tad-Direttorat għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi fl-Iskejjel.
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' monitoring qed isir fuq it-technical team tal-ICT fil-kulleġġi? Kull meta qed isir dan il-monitoring? Minn min? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rapporti li ħarġu sa issa minn dan il-monitoring team?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-Technical Team tal-eLearning Centre hu koordinat fl-operat tiegħu minn Service Manager mgħejjun minn għalliem li hu intiż sewwa f’dan il-qasam. Il-moniteraġġ isir b’mod regolari. Fl-aħħar ta’ din is-sena skolastika s-Service Manager flimkien mat-Technical Team sejrin jippreżentaw rapport ta’ ħidma.
Billi ilu jiġi mwiegħed li ser issir sejħa għal precinct officers biex jikkordinaw xogħol ta' maintenance fl-iskejjel, tista' l-Ministru tagħti data ta' meta ser joħorġu dawn is-sejħiet biex jimtlew dawn il-postijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sejħa għall-applikazzjoni għal College Precinct Officer ħarġet. Qed jiġu evalwati l-applikazzjonijiet u l-intervisti ser isiru fix-xahar ta’ Lulju.
Tista' l-Ministru tgħid minn fejn ġie r-roof membrane li ġie mwassal fl-iskola primarja tas-Siġġiewi nhar l-ewwel tas-sena 2009 biex jissewwa x-xogħol ħażin li kien sar mill-kuntrattur fuq is-soqfa tal-istess skola? Min awtorizza dan ix-xogħool ta' tiswija? Billi nhar l-ewwel tas-sena hija festa pubblika, min awtorizza l-overtime tal-individwu li wassal ir-roof membrane billi dan huwa impjegat tal-Gvern? Liema entità ser tagħmel tajjeb għal dan l-overtime- Direttorati tal-Edukazzjoni jew l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ewwel parti tal-Mistoqsija diġa’ ġiet imwieġba f’Mistoqsija Parlamentari numru 5431.
Għat-tieni parti tal-Mistoqsija ma jirriżultax li kien hemm xi individwu li tqabbad mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada sabiex jidħol
overtime
fil-perjodu msemmi, sabiex jagħmel xi xogħol konness mal-
membrane
tal-iskola imsemmija.
Direttur għall-Immaniġjar tar-Riżorsi — health and safety teacehrs - health hazards
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa skola b'skola mid-Direttur għall-Immaniġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel biex jassigura li kull health hazard identifikat fir-risk assessments ta' kull skola imħejji mill-Health and Safety Teachers jiġi eliminat? Tista' wkoll tagħti lista komprensiva tal-health hazards identifikati fir-risk assessments ta' kull skola, skola b'skola għas-sena 2008? Kemm intefqu flus, skola b'skola, matul l-2008 biex jiġu indirizzati l-health hazards identifikati fl-2007 fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttur għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi tal-Iskejjel jiġbor id-dettalji ta’ kull skola u jikkomunika mal-iskejjel li jsibu ruħhom f’diffikulta’ u jgħinhom jew b’pariri jew b’għajnuna teknika skont kif ikun il-bżonn.
Id-Direttur mill-ewwel ħass illi r-
Risk Assessment
, li ilu jintuża għal dawn l-aħħar 5 snin, ma jirriflettix il-ħtiġijiet attwali ta’ riskju: jinkludi affarijiet li mhumiex ta’ riskju, ma jidentifikax min għandu r-responsabbilita’ li jirrisolvi l-problema u lanqas ma jagħti t-
time frames
sa meta għandhom jiġu solvuti.
Għalhekk inbeda proċess, li hu bbażat fuq direzzjoni uffiċjali tal-gvern, biex jinħoloq mod ta’ rapportar ġdid li jgħin kull Kap ta’ Skola biex jirrisolvi l-problema f’ordni ta’ prijorita’ u b’aktar effiċjenza. Darba li dan il-proċess jintemm, inkun nista’ nagħti l-informazzjoni mitluba b’korrettezza sħiħa.
Peress li r-rekords tal-iskejjel ma kienux jindikaw x’intefaq bi skop speċifiku, mhuwiex possibbli li tgħid kemm nefqet kull skola għall-eliminazzjoni tal-
health hazards
, l-aktar għax ħafna
items
jidhru bħala
maintenance
. Fis-sena 2008, l-iskejjel primarji u sekondarji ta’ Malta ingħataw direzzjoni li jonfqu madwar €53,576 biex jindirizzaw
Health and Safety issues
ta’ natura kapitali.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-miri tad-Directorate for Quality and Standards għas-sena 2009 li għalihom id-Direttur għall-Immaniġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel irid jagħti s-support sħiħ tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-miri tad-Directorate for Quality and Standards għas-sena 2009 li għalihom id-Direttur għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi tal-Iskejjel irid jagħti support sħiħ tiegħu huma l-eLearning u l-Edukazzjoni ta’ Kwalita’.
Id-Direttorati għal Serivizzi Edukattivi, permezz tad-Dipartiment għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi tal-Iskejjel, qed jgħin fl-istudju li hemm bżonn rigward il-
connectivity
fl-iskejjel biex tintlaħaq il-mira ta’
eLearning
. Qed jagħti sehem ukoll fid-distribuzzjoni tal-
computers
, kif ukoll fix-xogħol tekniku li għandu x’jaqsam mal-
eLearning Platform
.
Rigward l-Edukazzjoni ta’ Kwalita’, dan id-Direttorat huwa responsabbli mir-
refurbishing
li qed isir fl-iskejjel u mir-riżorsi edukattivi li hemm bżonn.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' technicians li hemm fl-iskejjel tal-Istat u tgħid fejn qegħdin dawn? Kemm ilu kull technician impjegat mal-Gvern? X'inhuma l-kundizzjonijiet uffiċjali ta' dawn it-technicians?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Preżentement fid-Dipartiment għal Servizzi Edukattivi hemm tlett (3) persuni fil-grad ta’ Technician (1 f’Malta u 2 f’Għawdex). Filwaqt li wieħed minnhom bħalissa qiegħed fuq unpaid study leave, it-tnejn l-oħra qegħdin f’dawn l-iskejjel:
· Kulleġġ ta’ Għawdex, Liċeo tas-Subien Ninu Cremona, Victoria
· Kulleġġ ta’ Għawdex, Liċeo tal-Bniet Agius De Soldanis, Victoria
It-
Technician
f’Malta ilu fl-impjieg mal-Gvern mill-10 ta’ Jannar 2003, filwaqt li wieħed mit-tnejn f’Għawdex ilu mit-3 ta’ Marzu 2003 u l-ieħor mis-16 ta’ April 2004.
Fejn jirrigwardja l-kundizzjonijiet uffiċjali japplikaw ukoll għal dawn it-
Technicians
il-kundizzjonijiet ġenerali għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku imsemmija fil-
Public Service Management Code (PSMC).
Barra minn hekk,
skont kif jipprovdi paragrafu 2.2 tal-Ftehim ‘
Classification, Regrading and Assimilation of the Technical Class
’, persuna fil-Grad ta’
Technician
titpoġġa fi Skala ta’ salarju 15 u tilħaq
Senior Technician
fi skala 14 wara seba’ (7) snin servizz sodisfaċenti f’dan il-grad. F’każi fejn il-persuni maħtura jkollhom il-
Higher Technician Diploma
jew kwalifiki ekwivalenti jew kwalifika ogħla, il-perjodu msemmi ta’ seba’ (7) snin jitqassar għal ħames snin.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4311, tista' l-Ministru tgħid jekk l-ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tal-Edukazzjoni mill-ġenituri tal-istudenti in kwestjoni ġietx ivverifikata u jekk instabx li l-ġenituri kellhom raġun?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-talba tal-ġenituri ingħatat l-attenzjoni kollha meħtieġa. Kull meta jkun irrappurtat xi nuqqas, tittieħed azzjoni skont kif hemm provdut fil-ftehim.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4310, tista' l-Ministru tgħid kemm ser tiġi tiswa l-għażla tal-ambjent tipikament Għawdxi biex tinżamm l-esibizzjoni tal-Health and Safety għal din is-sena? Għaliex id-dati li tat mhumiex dawk koretti? Għaliex ħafna mir-risposti rigward il-Health and Safety Unit u l-funzjonijiet tagħhom ma humiex qed ikunu kompletament koretti, bħal per eżempju in-numru ta' Peripatetic Health and Safety Teachers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-post fejn inzammet l-esibizzjoni tal-Health and Safety f’Għawdex bejn id-9 u t-13 ta’ Marzu 2009 ġie mogħti b’xejn lill-organizzaturi ta’ l-esibizzjoni. Spejjeż oħra jammontaw għal €114.00. Minn mindu ngħatat l-ewwel risposta (tal-Mistoqsija Parlamentari 4310), id-dati li kienu ppjanati fis-sajf, kellhom jinbidlu għax f’dawn id-dati, il-Health and Safety Teachers ġew imsejħa biex jattendu kors f’Malta.
Dwar il-
Peripatetic Teachers
tal-
Health and Safety
wieħed irid jagħmilha ċara li n-numru li tajna huwa wieħed korrett. In-numru ta’
Health and Safety Teachers
fil-Kulleġġi f’Malta u Għawdex hu ta’ 12. Nirreferu lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari 5443 għal informazzjoni aktar dettaljata.
Librerija Nazzjonali — kopja tax-xogħlijiet li saru
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4306 u b'żieda mal-istess mistoqsija tista' l-Ministru tgħid meta kienet is-sena li ħareġ fuq is-suq kull xogħol li hemm fil-lista li poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, u meta kienet id-data meta kull stampatur jew awtur poġġa l-kopji rikjesti bil-liġi fil-Librerija Nazzjonali? Ingħataw irċevuta dawk li poġġew il-kopji tax-xogħlijiet tagħhom fil-Librerija Nazzjonali? X'inhi d-data ta' kull riċevuta li ħarġet ma' kull depożitu f'dan ir-rigward u f'isem min ħarġet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Skejjel primarji — Mellieħa u San Pawl il-Baħar - Kindergarten Assistants
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bżonn ta' Kindergarten Assistants fuq l-iskejjel primarji tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar? X'qed iżomm milli jimtlew dawn il-postijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Issa li ġew impjegati l-Kindergarten Assistants II, il-postijiet li kien hemm vakanti fil-Kindergarten tal-iskejjel primarji tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar ġew mimlija.
Dipartiment għall-Imaniġġar tar-Riżorsi — xogħol fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex diversi skejjel qed jiltaqgħu ma' reżistenza inspjeggabbli mid-Dipartiment għall-Imaniġġar tar-Riżorsi fl-iskejjel, meta qed jitolbu li jsir ċertu xogħol fl-iskejjel tagħhom, li bħala riżultat ħtiġijiet ta' manutenzjoni qed jibqgħu ma jsirux b'detriment għas-saħħa u sigurtà tat-tfal u l-għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi tal-Iskejjel jirrikonoxxi t-talbiet kollha li jsiru mill-iskejjel u jgħaddihom lit-Technical Services Branch jew lill Foundation for Tomorrow’s Schools skont it-talba li tkun.
Xogħol minuri bi spejjeż li jifilħu għalihom l-iskejjel jgħaddu għand it-
Technical Services Branch
u huwa l-
Operations Manager
li jiddeċiedi l-prijorita’ ta’ meta jiġu segwiti skont l-urġenza ta’ kull każ.
Xogħol maġġuri bi spejjeż li ma jifilħux għalihom l-iskejjel jiġu diskussi bejn id-Direttorat u l-FTS fi programm ta’ prijoritajiet nazzjonali, u jiġu riżolti fl-iqsar żmien possibli.
Tista' l-Ministru tgħid mill-bidu tas-sena skolastika s'issa (nofs Frar) kemm-il darba kien hemm uffiċjali edukattivi li żaru lill-għalliema tal-primarja biex jevalwaw l-ħidma tagħhom? Kull għalliem/a kemm-il żjara kellu/ha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Uffiċċjali Edukattivi li żaru lill-għalliema tal-primarja kien ta’ 14. Dawn għamlu bejniethom 353 żjara minn Ottubru sa nofs Frar.
Kull għalliem kellu ta’ l-inqas żjara waħda. Kien hemm 21 li kollhom żewġ żjarat u 4 kellhom tlett żjarat. Kien hemm għalliem wieħed li kellu erba’ żjarat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm il-hand over għaddiet il-Foundation for Tomorrow Schools ta' proġetti li wettqet mindu ġiet mwaqqfa sena b'sena? X'kienu l-proġetti li tagħhom ingħata l-hand over, wieħed b'wieħed? Lil liema skejjel jew entitatjiet kienu mogħtija dawn il-hand overs? F'liema dati ingħataw dawn il-hand overs wieħed b'wieħed? Kemm ġie jiswa kull proġett? Xi proġetti oħra hemm li tagħhom irid jingħata l-hand overs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġetti li tagħhom ingħata handover mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada huma dawn:
Sena ta’ meta ngħata l-
handover
Lista ta’ x’kien il-proġett
Total
€
Sir Adrian Dingli Bniet, Pembroke
2004
Refurbishment
tal-Kullegg Santa Clara Skola Sekondarja Bniet Sir Adrian Dingli
6,220,062.00
San Benedittu, Kirkop
2006
Binja ta’ skola ġdida subien
6,973,942.00
Higher Secondary, Naxxar
2006
Binja ta’ blokka ġdida subien
2,114,858.00
San Injazju, Handaq l/o Qormi
2008
Binja ta’ skola ġdida subien
6,078,092.00
Dawn t’hawn taħt huma l-iskejjel li tagħhom għad irid jingħata l-
handover
.
Lista ta’ x’inhu l-Proġett
Santa Margerita, Verdala
Binja ta’ skola ġdida subien
Santa Tereża Bniet, Mriehel
Estensjoni ta’ sular ġdid
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' kriterji qed jiġu ġġudikati fuqhom l-għalliema mill-uffiċjali edukattivi? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Observation Form użata mill-uffiċjali edukattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kriterji li qed jiġu ġġudikati fuqhom l-għalliema mill-Uffiċjali Edukattivi huma bbażati fuq ħames oqsma ewlenin li huma:
1. Knowledge and Understanding
2. Planning and Preparation
3. Classroom Organisation and Management
4. The Teaching and Learning Process
5. Assessment and Recording
Kopja ta’ l-
Observation Form
qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Permezz tal-iżviluppi proposti fuq sena ilu mill-
Quality Assurance Department
il-PMP tal-għalliema għandu joffri opportunitajiet oħra biex din l-
Observation Form
tagħmel parti mill-
Professional Portfolio
li jkollu kull għalliem.
Tista' l-Ministru tgħid kull uffiċjal edukattiv kemm iqatta' ħin josserva lill-għalliema individwali qabel jimla' l-formola ta' osservazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux mandatorju li l-Uffiċjali Edukattivi jimlew il-formola t’osservazzjoni. Din il-formola qegħda biex tgħin lill-Uffiċjali Edukattivi meta jkunu mitluba jagħmlu rapport fuq xi għalliem/a. Waqt li mhux determinanti kemm l-Uffiċjali Edukattivi jgħaddu ħin josservaw lill-għalliem/a individwali qabel ma jimlew il-formola t’osservazzjoni, dan ivarja qabel ma wieħed jikteb rapport meħtieġ.
Direttorat tal-Edukazzjoni — Management of risk training - top management
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'livell ta' management of risk training qed jingħataw it-top management fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Jekk qiegħed jingħata, tista' tgħid minn min u xi kwalifiki għandu jew għandhom f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-Top Management tad-Direttorati, la issa u l-anqas qabel, qatt ma talbu li jsir risk training management.
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex it-
top management
isirilhom sessjonijiet fuq
risk
training management
.
Skejjel tal-Istat — Community Centres - Imprest Funds
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li din is-sena il-kapijiet tal-iskejjel tal-istat ser jintalbu jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' imprest funds bil-flus li irnexxilhom jakkumulaw ġewwa l-ischool funds? Ma jidhirlhiex li sitwazzjoni bħal din ser toħnoq kull inizjattiva li qed jieħdu l-iskejjel biex l-iskejjel isiru community centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux minnu li din is-sena l-kapijiet ta’ l-iskejjel ta’ l-istat se jintalbu jagħmlu tajjeb għall-imprest funds bil-flus li irnexxilhom jakkumulaw ġewwa l-ischool funds.