Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti li komplew l-istudji tagħhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti komplew is-sixth form u f'liema istituzzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u skola bi skola? Kemm minn dawn l-istudenti kienu bniet u kemm kienu subien? Xi kwalifiki ottjenew fl-aħħar tal-kors tagħhom u f'liema grad, sena b'sena, student student u skola skola? Kemm minn dawn l-istudenti daħlu l-Università ta' Malta u għal liema korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Diviżjoni tas-saħħa — sezzjoni sanità - Spezzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 4547, tista' l-Ministru tgħid kif in-nuqqasijiet f'kull skola li għalihom inġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet mill-ispetturi tas-sanità jvarjaw minn dawk indikati fir-risk assessment ta' kull skola għall-istess perijodu ppreparati mill-Health and Safety Teachers tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema tal-Health and Safety jagħmlu risk assessment tal-iskola u jistabilixxu dawk l-affarijiet li għandhom potenzjal ta’ periklu. L-ispetturi sanitarji jfittxu affarijiet li ma jkunux konformi mal-Liġi tas-Sanita’, għalhekk mhux kull nuqqas li jsibu jkollu potenzjal ta’ periklu.

Għawdex — Skejjel statali fil-livell sekondarju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema tax-xjenza, physics, chemistry u biology fiż-żewġ skejjel statali fil-livell sekondarju ta’ Għawdex u kemm hi t-teaching load ta' kull wieħed u waħda minnhom? Kemm hemm studenti li qed jieħdu chemistry u biology skola bi skola u klassi bi klassi? Minbarra li tagħti t-tagħrif mitlub għas-sena skolastika kurrenti, tista’ tagħti wkoll l-istess tagħrif għas-sena skolastika 2006 – 2007 u 2007 – 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — skejjel statali - Tqassim ta' personnel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min jieħu d-deċiżjoni finali dwar tqassim ta’ personnel, kemm minor kif ukoll edukattiv, fl-iskejjel statali t’Għawdex, jekk hux il-Ministeru tal-Edukazzjoni jew il-Ministeru għal Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-personnel edukattiv fl-iskejjel statali t’Għawdex huwa mqassam mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, filwaqt li d-deċiżjonijiet finali dwar tqassim ta’ minor staff jittieħdu mill-Ministeru għal Għawdex.

Għawdex — Responsabbiltà tas-sistema edukattiva

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema aspetti tas-sistema edukattiva ta’ Għawdex huma responsabbiltà tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u liema aspetti huma tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fejn jidħol Għawdex il-Ministeru tal-Edukazzjoni hu responsabbli għall-Iżvilupp u Implimentazzjoni tal-Kurrikulu, l-Elearning fl-iskejjel kemm tal-Istat u mhux tal-Istat, fl-eta’ obbligatorja u inkluż ukoll is-Sir Mikelang Refalo – sixth form f’Għawdex. Il-Ministeru tal-Eukazzjoni hu wkoll responsabbli għal reklutaġġ tal-gradi edukattivi u deployment tagħhom fl-iskejjel tal-Istat Għawdxin. L-istess Ministeru huwa responsabbli għal proviżjoni ta’ servizzi għall-istudenti fl-iskejjel Għawdxin.

Għawdex — Studeneti li temmew l-edukazzjoni sekondarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fl-iskejjel statali, privati u tal-Knisja f’Għawdex fis-sena skolastika 2007 – 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fl-iskejjel statali, privati u tal-Knisja f’Għawdex fis-sena skolastika 2007/2008 kien hekk: Numru ta’ Studenti Ninu Cremona Lyceum Complex 157 Agius de Soldanis Girls’ Junior Lyceum & Secondary 171 Skejjel tal-Knisja 74 F’Għawdex m’hemmx skejjel indipendenti

Għawdex — Studenti li qagħdu għall-eżami tas-SEC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm fis-sena 2008 kemm kien hemm studenti minn Għawdex li qagħdu għas-sessjonijiet tal-eżamijiet tas-SEC f’kull suġġett u kemm minnhom ġabu l-gradi 1 sa 5 u kemm minnhom kienu mis-settur tal-iskejjel statali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6420 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — sheffield United - sponsorship

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’evalwazzjoni serja saret mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dwar il-benefiċċji li gawdiet l-industrija turistika f’pajjiżna mill-isponsorship li ngħata lit-team ta’ Sheffield United? X’kienu dawn il-benefiċċji, jekk kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6421 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Sheffield United - Sponsorship - turisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li ġew turisti mis-suq Ingliż iżjed mis-soltu grazzi għas-sena sponsorship li ħallset l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta lit-team ta’ Sheffield United?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6422 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Sheffield United

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kienu r-ragunijiet li minn daqstant timijiet fil-gżejjer Brittaniċi gie magħżul dak tax-Sheffield United biex jigi sponsorjat mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Ġie kkunsidrat li kien jagħmel iżjed sens li jekk kellu jiġi sponsorjat xi tim, kellu jiġi sponsorjat tim ieħor minflok dak tax-Sheffield United b’ benefiċċju aħjar għall-industrija turistika lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6423 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Industrija turistika lokali — kriżi ekonomika u finanzjarja

Question

Fid-dawl tad-diffikultajiet u sfidi serji li qed tiffaċċja l-industrija turistika lokali anki minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja kbira li hemm fiz-żewġ swieq ewlenin tagħna – dak Brittaniku u dak Ġermaniż, jista' l-Prim Ministru jgħid xi strategiji ġodda ta’ marketing se jintuzaw suq b’suq biex kemm jista’ jkun inħajru turisti jiġu f’pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Skejjel statali - klassijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm klassijiet fl-iskejjel primarji statali ta’ Għawdex fis-sena skolastika 2006 – 2007, 2007 – 2008 u 2008 – 2009, skola bi skola bin-numru ta’ studenti u bin-numru tal-għalliema u learning support assistants klassi bi klassi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — skejjel statali - Minor staff

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu n-numru ta’ minor staff f’kull skola primarja statali ta’ Għawdex fis-sena skolastika preżenti, x’inhu l-grad tagħhom u kemm kienu f’kull skola fis-sena skolastika 2006 – 2007 u 2007 – 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorati tal-Edukazzjoni — xogħol imwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3376 tista' l-Ministru tgħid kif ġie kkalkulat il-valur tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL attached mad-Direttorati tal-Edukazzjoni bejn Jannar 2004 u Settembru 2008, sezzjoni b'sezzjoni u sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-valur tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL attached mad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni bejn Jannar 2004 u Settembru 2008 ġie kkalkulat fuq l-ammont ta’ pagi li tħallsu.

Evalwazzjoni fuq l-għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk saret xi evalwazzjoni kemm qed tkun effettiva din it-tip ta’ osservazzjoni fuq l-għalliema u jekk hix qed timmina l-integrità professjonali tagħhom? Ġie kkonsidrat li l-evalwazzjoni professjonali tal-għalliema jsir mod ieħor li jgħin lill-għalliema minflok ipoġġihom taħt tensjoni li żgur ma tagħmilx ġid fl-iskejjel meta għar-riformi maħsuba qed isir ħafna diskors li trid tinqata’ t-tensjoni u l-istress mill-edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Evalwazzjoni dwar kemm qed tkun effettiva din it-tip t’osservazzjoni fuq l-għalliema ma saritx għaliex mhux l-osservazzjoni li hi differenti, iżda l-għodda li tirrekordja x’qed jiġi osservat. L-għan tal- Observation Form hu biex l-uffiċċjal edukattiv ikun jista’ jagħmel analiżi ta’ x’ikun qed jiġri fil-klassi u b’hekk ikun aktar infurmat meta jagħti feedback lill-għalliem. Xogħol li sar mill- Quality Assurance Department fi ħdan id-DQSE is-sena l-oħra wara diskussjonijiet intensivi mill-i stakeholders ikkonċernati nħoloq dokument li ġie ppreżentat biex jibdel il- Performance Management Programme . Dan id-dokument jindirizza l-iżvilupp professjonali u personali tal-għalliem.

Qbil bejn l-union tal-Għalliema u l-Għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-għalliema u l-Union tal-Għalliema biex jiġi maqbul fuq x'evalwazzjoni għandha ssir tal-għalliema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq nippreċiża li mhux għaddej proċess ta’ evalwazzjoni tal-għalliema. Qed isiru żjarat mill-uffiċjali edukattivi lill-għalliema u biex dawn iż-żjarat iħallu aktar riżultati pożittivi għall-għalliema nfushom u għall-istudenti fil-klassijiet qed tintuża Observation Form biex il- feedback li jingħata jkun aktar kostruttiv u strutturat.

Evalwazjoni tal-modi ta' tagħlim mingħand l-għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk minbarra li qed issir din l-evalwazzjoni dwar kif qed jgħallmu l-għalliema, hux qed isir stħarriġ dwar x’riżorsi u mezzi għandhom bżonn biex it-tagħlim tagħhom ikun iżjed effettiv? Waqt dan il-proċess ta’ evalwazzjoni x’appoġġ qed jingħata lill-għalliema biex jedukaw aħjar lit-tfal fdati lilhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ix-xogħol ta’ l-uffiċjal edukattiv fl-iskejjel baqa’ l-istess kif kien isir fil-passat. L-uffiċjali edukattivi qed jaqdu d-dover tagħhom li jinkludi fost l-oħrajn żjarat fil-klassijiet biex jagħtu appoġġ lill-għalliema u fejn ikun hemm il-ħtieġa jinkitbu rapporti dwar it-tagħlim li jkun qed jingħata. L-uffiċjali edukattivi kemm meta jżuru l-iskejjel kif wkoll fil-laqgħat li jkollhom speċjalment mal-kapijiet tad-dipartiment ( Subject Heads of Department ) jaraw x’riżorsi jkun hemm bżonn biex it-tagħlim jsir aktar effettiv. Hija n-norma li l-uffiċjali edukattivi jitkellmu dwar l-aħjar metodoloġiji u pedagoġiji meta jżuru lill-għalliema.
Leg 11 PQ #6418 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sheffield United — sponsorship

Question

Peress li t-team tax-Sheffield United qed jitlob li jerġa’ jiġi sponsorjat mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għal sena oħra, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan l-isponsorjar hux se jerġa’ jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6419 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sheffield United — Sponsorship

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien jiswa’ l-isponsorship ta’ sena lit-team tax-Sheffield United li sar mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.