Jista' l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu , dawk li kienu ta' 'l fuq minn €2500 kull għotja fis-snin 2010, 2011 u 2012? Kemm ingħata lill kull benefikant? Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29642 u jgħid b'mod dettaljat wieħed, wieħed u waħda, waħda x'kuntratti u direct orders ingħataw mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum, inkluż il-valur tagħhom, għal liema skop kien ordnat ix-xogħol relattiv u kemm f'kull każ tħallsu flejjes fuq l-istess direct orders? Kemm jonqos li jitħallsu f'kull każ skont il-każ partikolari, filwaqt li għal kull ħlas jgħid ma' liema sejħa għall-offerti jew direct order hu marbut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema żmenijiet il-klandestini kienu jinżammu f'bini fid-depot tal-pulizija? Matul dawk iż-żminijiet kemm minnhom ippruvaw jaħarbu u f'liema dati? Kemm minnhom ippruvaw jaħarbu min-naħa tas-sur ta' wara d-depot u waqgħu 'l isfel għal ġol-foss? F'liema dati u x'kien l-isem ta' kull wieħed minnhom? X'investigazzjonijiet saru dwar kull każ u x'kienu r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi, l-immigranti illegali kienu jinżammu fid-depot tal-Pulizija bejn is-sena 2002 u s-sena 2006. Tagħrif dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma ta’ statistika u għaldaqstant qed jiġi riċerkat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fis-sena skolastika 2007 - 2008 kienx hemm watchman mal-iskola tal-Ospizio l-Furjana? Jekk iva fi x'ħin kienu l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu? Jekk kien hemm watchman, tista' tgħid fi x'ħin kien xogħol nhar id-9 ta' April 2008 u x'kien qed jagħmel bein is-6.00 p.m. u s-7.00 p.m.? Tista' tgħid jekk f'din l-iskola kenux għaddejjin evening classes f'dik id-data u jekk iva fi x'ħin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-sena skolastika 2007-2008 kien hemm watchman mal-iskola tal-Ospizio l-Furjana.
Il-ħin tax-xogħol tiegħu kien mill-5pm sas-7am. Nhar id-9 ta' April, 2008 il-
watchman
kien xogħol mill-5pm-7am.
Il-
watchman
xehed li bejn is-6.00pm – 7.00pm, kien għand il-professur ma’ missieru. Il-
watchman
ġie mtella’ quddiem Bord tad-Dixxiplina u kien sospiz għal tlett ijiem (3), f’dawn il-ġranet : 14, 15 u 18 ta’ Settembru 2008.
Evening Classes ma kienx hemm dak inhar.
Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, minn mindu twaqqaf l-MCAST sal-lum, kemm ingħataw kuntratti definiti għal lecturing posts, kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, u kemm minnhom ma ġewx imġedda għal bażi indefinita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm postijiet vakanti fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Liema grad? Fejn wasal il-proċess biex jimtlew? Kemm applikaw f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin (Jannar 2002 sa Ġunju 2012) kemm kien hemm persuni li "waqgħu" mis-sur għal isfel tliet sulari għoli fin-naħa ta' wara tad-depot magħrufa bħala tal-klandestini? Kemm minn dawn il-persuni kienu barranin? Kemm kienu Maltin? F'kull każ xi ġralhom wara li "waqgħu"? Kemm minnhom mietu, kemm minnhom weġġgħu iżda fiequ u baqgħu ħajjin, kemm minnhom ma fiequx u mietu u kemm minnhom ma ġralhom xejn? F'kull każ saret investigazzjoni mill-pulizija x'kien ġara?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk xi ħadd fil-Korp tal-Pulizija jew xi taqsima bħal Internal Affairs Unit għamel/għamlet inkjesta interna dwar l-inċident li fih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament waqa' tliet sulari mis-sur għal isfel fin-naħa ta' wara tad-depot tal-pulizija nhar id-9 ta' April 2008? Jekk iva jista' jpoġġi kopja tar-rapport ta' inkjesta interna fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi, wara li kienu saru allegazzjonijiet ta’ swat mill-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant, waqt li kien arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, kienet saret investigazzjoni interna dwar il-ħin li l-imsemmi persuna kien miżmum fil-lock up fil-Kwartieri
Ġenerali tal-Pulizija.
Minħabba l-kontenut sensittiv ta’ dan ir-rapport, ma jidhirlix li għandi nagħmlu pubbliku, u dan fl-interess tal-persuna innoċenti.
Tista' l-Ministru tgħid meta t-tifel lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jingħata l-għajnuna meħtieġa għax lill-ġenituri qalulhom li hemm stennija ta' sena qabel jagħtuhom risposta x'tip ta' għajnuna se jingħata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iSatementing Moderating Panel għadu ma rċeviex applikazzjoni għan-nom ta’ dan it-tifel. Skont l-iskola din se tintbagħat fil-jiem li ġejjin. Dan it-tifel m'għandu l-ebda diżabilità u diġà qed jibbenefika mis-support ta’ żewġ learning support assistants li qegħdin fil-klassi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bħalissa qed jistennew li jingħataw risposta wara li applikaw għal-Learning Support Assistant jew shared Learning Support Assistant minħabba:
a) xi diżabilità li għandhom; u
b) minħabba xi learning difficulty?
Meta hu maħsub li jingħataw l-għajnuna meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sa l-aħħar ta’ Mejju kien hemm 443 każ pendenti quddiem l-Istatementing Moderating Panel.
Minn dawn ma hemm l-ebda każ ta’ diżabilità għaliex il-panel jagħti dejjem priorita’ lil dawn it-tip ta’ każijiet u l-ġenituri qed jingħataw appuntament appena tidħol l-applikazzjoni.
Li hemm pendenti huma kollha każijiet ta’
learning difficulty
li ma jidħlux taħt ir-remit tal-Istatementing Moderating Panel. Madanakollu jingħataw appuntament skont il-lista tar-reġistrazzjoni u skont id-diffikultajiet li jkollhom. Ħafna minn dawn it-tfal diġà qed jibbenefikaw mis-support li diġà hemm fil-klassi u minn servizzi oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għax-xogħol ta' supply Learning Support Assistant? Kemm minnhom se jiġu assunti sal-aħħar tas-sena 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa, hemm 169 applikazzjoni pendenti għax-xoghol minn
supply
learning support assistants
biex jiġu impjegati.
Qabel ma jkun konkluż l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni għas-sena skolastika segwenti li jinvolvi trasferimenti rikjesti minn LSAs, ċaqliq biex jimtlew vakanzi kkawzati minn nuqqasijiet minn LSAs li huma żejda u biex ikomplu jiġu assenjati LSAs ma’ tfal li għadhom fil-proċess ta’
statementing,
ma nkunux f’pożizzjoni li nindikaw kemm minnhom se jiġu assunti sal-aħħar tas-sena 2012.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija humiex jieħdu l-passi meħtieġa biex mill-inħawi ta' Lanza, Ħaż-Żabbar, jitneħħew żewġ karozzi u caravan li ilhom pparkjati bla permess għal żmien twil?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi dawn il-vetturi u l-caravan tneħħew.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — La Vallette Multi Manager Propery Fund tal-BOV
Question
B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li l-biċċa l-kbira tal-mijiet ta’ konsumaturi li għamlu l-ilment tagħhom ta’ misselling mal-Awtorità, ħafna minnhom sa 18-il xahar ilu, jifformaw parti minn dik il-faxxa tal-populazzjoni l-aktar vulnerabbli li tikkonsisti f’ċittadini anzjani li jippruvaw ilaħħqu mal-ħajja fuq il-pensjoni soċjali minkejja l-ispejjeż riżultat tal-mard kroniku tagħhom, u li ħafna minn dawk li ilmentaw – mhux biss il-pensjonanti li ssemmew qabel – għandhom livell akkademiku bażiku u edukazzjoni finanzjarja mill-aktar fqira, u li sa frattant, lkoll ġew kategorizzati bħala “Experienced Investors” mill-Bank of Valletta bl-iskop li jbiegħulhom il-Fond, u li dawn li lmentaw lkoll taw evidenza dokumentata lill-MFSA li la huma investituri ta’ esperjenza fuq livell sostantiv u lanqas wieħed formali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari
Question
B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-La Valette Multi Manager Property Fund għadu miftuħ għal sottoskrizzjonijiet ġodda abbażi tal-Prospett Supplementari viġenti tal-10 t’Awwissu 2010? Jista’ jgħid jekk jafx li tul dawn l-aħħar xhur inġiebet diversi drabi għall-attenzjoni taċ-chairman u tad-Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li l-verżjoni viġenti tal-Prospett Supplementari tal-La Valette Multi Manager Property Fund, jiġifieri dik tal-10 t’Awwissu 2010, tikser il-liġijiet tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment kif ukoll ir-Regoli maħruġa bis-saħħa tagħha mill-istess Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u dan bi ħsara għal konsumaturi li għandhom dritt jistrieħu fuq Prospett ta’ prodott ta’ investiment u li jkunu qed jikkunsidraw jidħlu f’dan il-Fond?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari - ksur ta' Investiment Restrictions
Question
B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-konsegewenzi naturali tar-Rapport tal-istess Awtorità tas-16 ta’ Ġunju 2011 u dak tal-25 ta’ Ġunju 2011 fil-konfront ta’ Valletta Fund Management Ltd u tal-Bank of Valletta plc dwar il-La Valette Multi Manager Property Fund, fejn l-Awtorità kkonfermat ksur ta’ Investment Restrictions mil-Valletta Fund Management Ltd u ħruġ ta’ Rapporti annwali tal-Kustodju mhux veritjiera anzi li jiżvijjaw lil investituri mill-Bank of Valletta, u liema konkluzjonijet tal-Awtorità ma ġewx appellati, ifisser neċessarjament li l-Prospett Supplementari viġenti ta’ dan il-Fond hu inkorrett, falz, mhux veritjiet, jiżvijja lill-pubbliku u inkonsistenti, in kwantu il-Prospett ma ġiex aġġornat u ppubblikat biex jistqarr li Investment Restriction (vi) inkisret b’mod ripetut u fit-tul u li ħafna mill-fondi sottostanti għadhom fil-fond bi ksur tal-kondizzjoni tal-Prospett sal-ġurnata tal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari - MFSA
Question
B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jaf il-Ministru li dan kollu qed iseħħ f’wiċċ l-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji u taħt imnieħirha li allura qiegħda turi ruħha bla personalità u impotenti li tinforza r-Regolamenti tagħha stess li jeżiġu li Prospett irid ikollu “the essential elements of which to be kept up to date” sabiex “for investors to make informed judgement about the investment proposed to them”, inkluż informazzjoni dwar “the investment objectives, policies and restrictions of the scheme, together with the extent of use of leverage”?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — MFSA - Prospett Supplementari
Question
B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid lil min sewwa sew qed tipproteġi l-MFSA?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qed toħroġ ħafna intiena mill-miżbla tal-Magħtab tant li qed iddejjaq ħafna nies li jgħixu qrib u li jxommuha skont kif ikun jonfoħ ir-riħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma ġewx irrappurtati rwejjaħ mill-miżbla tal-Magħtab. Dan seta’ jigi kkonfermat ukoll fit-8 ta’ Gunju 2012 waqt żjara li għaliha kien hemm prezenti il-Prim Ministru kif ukoll diversi membri tal-istampa lokali u li f’ebda ħin ma ndikaw li kien hemm lok ta’ xi nkonvenjent ta’ din in-natura.
Il-gassijiet li joħorġu minn din il-miżbla qed jinġabru minn sistema ta’ pajpijiet mifruxa ma kull naħa tal-miżbla u jigu ttrattati ġo mpjant li jissejjah Regenerative Thermal Oxidiser (RTO) f’temperaturi għoljin ħafna.