Tista' l-Ministru tara li jittieħdu passi biex f’kull skola fejn studenti tal-B.Educ ikunu qed jagħmlu t-teaching practice tagħhom ikun hemm laptop għad-dispożizzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jużawhom għal-lezzjonijiet tagħhom ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-laptops li għandna fl-iskejjel għall-għalliema huma kollha leased u dawn qegħdin hemm biex jintużaw fil-klassijiet. Ħafna mill-istudenti universitarji jkollhom laptop għaliex jixtruh bl-iSmart Card u hekk jistgħu jaħdmu u jippreparaw ix-xogħol tagħhom. Dan il-laptop jista’ jintuża fl-iskejjel anke għal preżentazzjonijiet però ma jkunx jista’ jitqabbad man-network. F’każ li l-istudenti tal-B.Educ ikollhom bżonn l-internet għal-lezzjonijiet, jistgħu jistaqsu lill-għalliema u jisselfu l-laptop tagħhom għal dak il-ħin.
Intrapriżi Maltin u Għawdxin — nċentivi dwar eLearning
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5432 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema interpriżi f'Malta u Għawdex joffru inċentivi lill-ħaddiema tagħhom biex iħajruhom itejbu l-livell tal-edukazzjoni tagħhom permezz tal-eLearning? Liema huma dawn l-intrapriżi u x'inhuma l-inċentivi li qed joffru lill-ħaddiema tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma l-Onor. Interepellant li l –KXT għandha tagħrif tal-Entrapriżi li applikaw għal Training Grants, imma mhux ta’ dawk il kumpaniji li qed joffru xi forma ta’ e-learining lill-ħaddiema tagħhom.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura li tender pubbliku li għadu kemm ħareġ, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u se jigi ffinanzjat mill-European Social Fund tal-Unjoni Ewropea jiġi mibdul biex ikun skond il-Manual of Procedures for Projects Implementation - Cohesion Policy 2007 – 2013 maħruġ hawn Malta mill-Planning and Priorities Coordination Division Verżjoni 2, April 2009, fejn f’paġna 18 jgħid : « In accordance with Article 16 of the General Regulation, Beneficiaries must take into consideration Equal Opportunities at all stages of the project and necessary steps should be taken to prevent any discrimination based on sex, racial or ethnic origin, religion or belief, disability, age or sexual orientation. In particular, accessibility for disabled people to projects co-financed through Cohesion Policy should be ensured.”?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi diġà saret emenda f’dan ir-rigward għat-tender dossier indikat mill-Onorevoli Membru permezz ta’ Clarification No. 1 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Din il-clarification ġiet mgħoddija lil kull minn xtara t-tender diġà. Min se jixtri t-tender se jkollu kopja tagħha wkoll. Barra minn hekk il-clarification qed tiġi ppublikata fuq il-website tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas fis-sena l-Gvern lill-Environment Landscaping Consortium? Għal kemm-il sena ġie ffirmat dan il-kuntratt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kuntratt preżenti jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2012 u b’dan il-ftehim l-ELC jirċievu massimu ta’ €7 miljun fis-sena għax-xogħol ta’ manutenzjoni u €465,875 fis-sena għall-proġetti ġodda.
Mixtliet u postijiet oħra pubbliċi f'idejn il-consortium
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-mixtliet u postijiet oħra pubbliċi li l-Gvern għadda f’idejn dan l-Environment Landscaping Consortium?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Environment Landscaping Consortium għandu l-inkarigu li jżomm u jmantni t-toroq arterjali u ġonna li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali u jopera mill-Mixtla ta’ Wied Inċita, Ħ’Attard. Il-Ġonna pubbliċi li tagħhom l-ELC hija responsabbli biss għall-manutenzjoni tal-landscaping huma skond kif ġej:
Il Barrakka ta’ Fuq
Il Barrakka t’Isfel
Il-Ġnien Herbert Ganado
Il-Mall
L-Argotti
San Filippu
San Maison
San Anton
Orange Groves tal-Buskett
Jista' l-Ministru jgħid min huwa r-rappreżentant tal-Gvern fuq dan l-Environment Landscaping Consortium li jara li l-flus jintefqu b’mod ekonomiku biex ma jkunx hemm ħela ta’ rizorsi minn dan il-Consortium?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li fuq l-Environment Landscaping Consortium hemm Monitoring Unit biex jesegwixxi u jikkontrolla l-kuntratt. U fuq dan il-Unit hemm bord li fih rappreżentanti mill-Ministeru tal-Finanzi u Investiment, mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u mill-Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u Komunikazzjoni. Dan il-Bord hu mmexxi minn Chairperson, is-Sur Michael Mercieca.
Mellieħa — Triq il-Marfa - ċimiterju Omm il-Ħniena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm oqbra tajbin biex jintużaw fiċ-ċimiterju ta’ Omm il-Ħniena fi Triq il-Marfa, limiti tal-Mellieħa? Kemm hemm applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jiksbu qabar f’dan iċ-ċimterju? Kemm jistgħu jitħaffru oqbra ġodda fil-bqija taċ-ċimterju li għadha mhix tintuża? Meta se jibda x-xogħol tat-tħaffir għall-oqbra l-ġodda?
Tista’ l-Ministru tivverifika l-ilmenti li wasluli minn ġenituri u għalliema li l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum tal-Matematika ta’ din is-sena kien ferm itqal mis-soltu u ħalla effett demoralizzanti fuq it-tfal fi żmien meta tant semgħu li qed jittieħdu passi biex jitnaqqas l-istress esaġerat u bla sens fis-sistema edukattiva tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull sena waqt it-tfassil tal-karta tal-eżami tal-Matematika, l-bord tal-eżaminaturi jieħu ħsieb jara li l-livell tat-toqol tal-mistoqsijiet ikun komparabbli ma’ tas-snin ta’ qabel. Hekk sar ukoll din is-sena. Din l-analiżi, bħal kull sena, tkun ippubblikata f’Diċembru meta joħroġ ir-Rapport Uffiċjali fuq l-Eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum. Anke din is-sena, l-mistoqsijiet kienu graded f’dak li jissejjaħ difficulty level u l-mistoqsijiet kienu mmirati biex jassessjaw il-firxa ta’ ħiliet matematiċi li jkunu akkwistaw it-tfal fi tmiem l-edukazzjoni primarja tagħhom.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu passi biex tiġi msaħħa s-sistema tal-eżamijiet tal-Matsec biex ikollha riżorsi adegwati biex dak li ġara din is-sena fl-Ingliż fejn ġie ripetut itemli kien sar diġà fis-snin li għaddew ma jerġax jiġri suġġetti oħra għax meta jiġri hekk jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-eżami?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Diġa’ bdew jittieħdu passi biex tiġi msaħħa s-sistema tal-eżamijiet tal-MATSEC. L-ewwelnett diġà mtlew il-postijiet vakanti li kien hemm fil-MATSEC Support Unit u b’hekk għandu jitjieb il-proċess kollu tal-eżamijiet. It-tieni, qed isiru laqgħat biex jingħarfu aħjar l-azzjonijiet li jridu jittieħdu biex tissaħħaħ is-sistema u biex l-eżamijiet ikunu iktar addattati biex jintlaħqu l-għanijiet tal-edukazzjoni għall-istudenti kollha fil-livell sekondarju u post-sekondarju.
Skejjel tal-Knisja tas-subien — dħul fl-iskejjel sekondarji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fejn waslu t-taħditiet mal-iskejjel tal-Knisja tas-subien dwar dħul fl-iskejjel tagħhom sekondarji u x’tip ta’ feeder schools primarji se jkollhom? Jekk se jkollhom jiżviluppaw is-settur primarju tagħhom, kemm qed jaħsbu li tkun il-popolazzjoni tagħhom u jekk se jkollhom settur primarju hux se jkun għas-subien biss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-taħdidiet mal-awtoritajiet tal-iskejjel tal-Knisja għadhom għaddejjin.
Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar ħames snin, sena b’sena, kemm kien hemm studenti Universitarji Maltin li ħadu sehem fil-programm Erasmus u qattgħu xi żmien jistudjaw f’universitajiet Ewropej? X'suġġetti kellhom dawn l-istudenti? F’liema universitajiet marru? Liema minnhom kellhom problemi ta’ credit transfer bejn l-università li marru fiha u l-Università ta’ Malta? X’passi qed jittieħdu biex ma jibqax ikun hemm problemi ta’ credit transfer f’dan il-programm Erasmus ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna studenti skola bi skola, settur b’settur fil-kindergarten, primarja u sekondarja fil-qasam statali f’Malta u f’Għawdex ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi konkreti ħadet l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-Triq il-Pont li 18-il xahar ilu cediet f’Santa Maria Estate fil-Mellieha u nħarget Enforcement Order ECF00021/08 u r-residenti gew imwegħda li minbarra li tissewwa l-ħsara kollha mehtiega, il-wied jerġa’ jiġi għal li kien bit-tħawwil tas-siġar mitlufa, il-bini tal-ħitan li waqgħu u t-tneħħija tal-ħaxix ħazin? L-awtorità meta se tara li jittieħdu l-passi mwegħda peress li minkejja li għadda ħafna zmien s-sit għadu maqlugh u ikrah?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’rappreżentazzjonijiet saru mis-Segretarjat tat-Turizmu mal-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika biex jinbidel il-metodu ta’ kif jiġu mkejla kemm iqattgħu ljieli fostna t-turisti? Għaliex intalbet din il-bidla? X’differenza se tagħmel fl-istatistika? Minn meta se tibda sseħħ din il-bidla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat Parlamentari għat-turiżmu ma għamel l-ebda rappreżentazzjonijiet mal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex jinbidel il-metodu ta’ kif jitkejlu l-iljieli li jqattgħu fostna t-turisti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi s'issa ta' persuni li abbużaw billi ħadu fondi ta' l-Unjoni Ewropea ta' għajnuna għall-bdiewa meta applikaw fuq għelieqi li wara rriżulta li m’għandhomx titlu fuqha? Kemm kienu l-ammont ta’ fondi li ngħataw? X’passi ttieħdu dwar dawn l-abbużi? X’xogħol isir biex meta jiġu proċessati l-applikazzjonijiet jiġi verifikat ukoll jekk l-art li fuqha ssir l-applikazzjoni għandhomx titlu fuqha?
Jista' l-Ministru jgħid x’passi se tieħu l-Awtorita`dwar it-Trasport u d-Direttorat ghat-Trasport Pubbliku biex jiġbdu l-attenzjoni tal-pulizija dwar hawker li qed ikun armat il-ħin kollu l-Ghadira fil-Mellieha jbiegh varjeta’ kbira ta’ ħaxix, oġġetti u xorb u pparkjat ħdejn bus stop fit-tarf tal-Ghadira meta dan qed jikser ir-regolamenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa’ l-wiċċ sintetiku fil-football ground tal-Mellieħa u min se jħallas għalih? Minn min sar ix-xogħol u jekk dawk li għamlu x-xogħol tħallsux? Jekk ħariġx iċ-ċertifikat li x-xogħol sar kif kellu jsir skond l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-wiċċ sintetiku fil-football ground tal-Mellieħa ġie jiswa €233,106.25. Ix-xogħol li sar minn All Sports International Ltd tħallas kollu barra ir-retention li tammonta għall- €11,655.31. Il-fondi għal dan il-proġett bi qbil mad-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni u mall- Kunsill Malti għall-Isports, inħarġu mill- Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada biex b’hekk ‘il fuq minn 450 student li jattendu l-iskola primarja tal-Mellieħa ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-faċilità sportiva. Dan il-proġett ġie ċċertifikat skont l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender kif ġie mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani rikoverati fid-Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa? Minn liema lokalita` ġejjin dawn l-anzjani? Kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f’din id-dar u minn liema lokalitajiet huma?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bħalissa hemm 130 anzjan fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa - 89 nisa u 41 irġiel. In-numru ta' anzjani jistennew biex jidħlu fid-Dar tal-Mellieħa huwa 127.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-istudenti li jattendu l-iskola Żabbar Primary B fil-ħames sena ilhom mingħajr internet għal xhur sħaħ? Meta hemm il-ħsieb li s-servizz ta' l-internet jingħata lil dawn l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minħabba f’abbużi li seħħu minn numru ta’ studenti ta’ klassi partikolari fl-iskola Żabbar B, u li dawn l-istess studenti ma setgħux ikunu identifikati minkejja l-investigazzjonijiet li għamlet l-istess Skola, fis-16 ta’ Frar, 2009, il-Kap tal-iskola informa b’dan lis-superjur tiegħu, b’dan tal-aħħar jagħti struzzjonijiet li l-iskola għandha timxi skont il-proċeduri msemmija fl-Acceptable Use Policy, u li għalhekk l-aċċess għall-internet għandu jkun ristrett.
Minkejja dan, l-istudenti xorta setgħu jagħmlu użu mill-
computers
u jaċċessaw l-
internet
taħt il-gwida u fil-preżenza tal-għalliema tal-
Information Technology
. Kif bdew in-nofs ta' nhari, meta allura ma kiex hemm iżjed il-waqfa ta’ nofs in-nhar, l-istudenti tħallew mill-ġdid jaċċessaw l-internet.
Għalhekk, minkejja li l-iSkola imxiet mal-proċeduri stabbiliti, ma twaqqafx l-aċċess iggwidat u moniterjat tal-internet.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jingħata l-permanent warrant l-għalliem, li ismu qed jidher separatament, li għadu b'warrant temporanju mill-1992, ilu jgħallem full time mill-1995 u ggradwa MA f'Novembru li għadda u fl-istess xahar applika għall-permanent warrant? Jekk idum sena biex jingħata din il-permanent warrant dan l-għalliem se jitlef sena increment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din il-persuna applikat għall-warrant permanenti f’Jannar 2009. Huwa kien infurmat bin-numru tal-warrant. Kien mistieden għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-warrants u ġabar dan il-warrant waqt din iċ-ċerimonja, fil-21 ta’ Mejju 2009.
Barra minn hekk il-kunsill informa lid-Direttur konċernat li dan l-applikant inħariġlu l-
warrant
.