Tista’l-Ministru tgħid jekk matul din is-sena akkademika sarux spezzjonijiet għall-għarrieda fl-istabbiliment tal-Future Focus, PTP tal-MCAST, biex jigi stabbilit jekk hux veru li kien hemm nuqqasijiet serji dwar għoti tard ta’ timetables, iffullar fi kmamar żgħar, assenteiżmu qawwi mill-istudenti, kompjuters mimlijin viruses, kompjuters fl-istudy area ma jintużawx mill-istudenti lokali iżda mill-barranin biss, data projector wieħed biss għall-użu tal-għalliema għax l-ieħor bil-ħsara u dewmien biex l-istudenti jingħataw il-marki għall-assignments tagħhom? Jekk irrizulta hekk, x’passi ttiehdu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta College of Arts, Science and Technology għamel spezzjonijiet lill-Future Focus fuq bażi regolari u wħud minn dawn saru mingħajr notifikazzjoni.
Nuqqasijiet minn-naħa ta’
Future Focus
ġew notifikati u ratifikati.
Waqt waħda mill-ispezzjonijiet instab li fit-tieni semestru t-
timetables
ma ngħatawx lill-istudenti individwalment iżda tpoġġew fuq in-
noticeboard
li hemm fil-
Future Focus
.
Future Focus
kienu nfurmati li d-daqs tal-klassijiet kien żgħir u għalhekk ittieħdu passi biex tiżdied klassi oħra.
Dwar il-
viruses
fil-kompjuters
Future Focus
għandhom sistema ta’
antivirus
professjonali u l-problemi nqalgħu permezz ta’
pendrives
infettati li kienu jġibu magħhom l-istudenti.
Id-
data projector
kien adekwat biżżejjed għall-użu tal-
lectureres
tal-
Future Focus
.
Ma kienx hemm dewmien notevoli fl-għoti tal-marki tal-
assignments
.
MCAST — Studenti li bdew kors fil-bidu tas-sena skolastika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5681, tista' l-Ministru tgħid f'kull istitut x'kienu l-ammonti ta' studenti li bdew kull kors fil-bidu tas-sena skolastika 2008-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MCAST — ICT - Lecturer li jagħti tweġibiet tal-eżami
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jirriżultax li studenti tal-MCAST tal-ICT ikkonfermaw li l-lecturer li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tahom it-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-eżami qabel l-eżami?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti ma ċaħdux dan l-episodju iżda l-każ ġara dak il-ħin stess tal-eżami. Hekk kif il-lecturer intebaħ b’dak li kien ġara, jiġifieri li mal-karti tal-eżami kien hemm mehmuża l-parti tat-tweġibiet, dan mil-ewwel ġabar dawn il-karti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-direttur li dettalji dwaru qed jinagħtaw separatament, ħax passi kontra dan in-nuqqas gravi ta' lecturer li jagħti lill-istudenti t-tweġibiet tal-mistoqsijiet tal-eżami tal-ICT qabel l-eżami? X'passi ħa? Tista' tgħid jekk l-amministrazzjoni tal-MCAST hijiex se tieħu passi kontra dan il-lecturer u x'passi se tieħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hekk kif id-Direttur ġie mgħarraf bil-każ, dan bagħat għall-lecturer konċernat u wara għadda d-dettalji tal-każ lill-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ. Hawnhekk twaqqaf Bord ta’ Inkjesta u dan, wara li sema’ l-każ għadda r-rapport tiegħu lill-Amministrazzjoni. Wara konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord, l-Amministrazzjoni ħadet il-passi neċessarji kif irrakkomandat mill-Bord.
Bħala passi dixxiplinarji twaqqaflu l-increment tal-paga għal sena.
L-amministrazzjoni dehrilha li jkun ta’ benefiċċju li għal perjodu mhux definit il-lecturer jgħallem l-istess suġġett f’istitut ieħor iżda f’livell aktar baxx. Tul dan iż-żmien dan il-lecturer qed jiġi segwit.
Tista' l-Ministru tinvestiga jekk hux veru li dan il-lecturer fil-25 ta' Mejju 2009 daħal l-MCAST jiftaħar li persuna li tiġi minnu li taħdem mal-Heritage Malta kellmet lil min kellha tkellem u se jieqfu l-passi dixxiplinarji li kienu se jittieħdu kontra n-nuqqas gravi tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Amministrazzjoni la tista’ tiċħad u lanqas tikkonferma li ntqal xi diskors bħal dan. L-Amministrazzjoni iżda tiċħad kategorikament li ġiet avviċinata minn xi persuna jew persuni dwar dan il-każ. L-amministrazzjoni minnufih waqqfet bord ta’ dixxiplina biex jinstema l-każ, infatti passi dixxiplinarji ttieħdu mill-aktar fis.
Bħala riżultat ta’ dan il-bord ittieħdu passi dixxiplinarji fejn il-
lecturer
twaqqaflu l-
increment
tal-paga għal sena u għal perjodu mhux definit se jgħallem l-istess suġġett f’istitut ieħor iżda f’livell aktar baxx.
Taf il-Ministru li jekk mhux se jittieħdu passi dwar dan il-każ tal-għoti tat-tweġibiet tal-eżami lill-istudenti qabel l-eżami se jħalli impatt ikrah fuq il-lecturers sħabu u l-istudenti li saru jafu bil-każ u li wara li nuqqas gravi bħal dan jitħalla għaddej qisu qatt ma sar, se jikkonkludu li hemm nuqqas ta' serjetà fl-MCAST u li kollox jgħaddi ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant deher quddiem Bord ta’ Inkjesta u wara li dan sema’ l-każ, għadda r-rapport tiegħu lill-Amministrazzjoni tal-Kullegg. Wara konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Inkjesta, l-Amministrazzjoni ħadet il-passi neċessarji u dawn ġew ikkomunikati lill-lecturer. Dan għandu jgħaddi messaġġ li l-MCAST ma tittollerax sitwazzjonijiet bħal dawn.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jittieħdu passi kontra l-istudenti li kkupjaw it-tweġibiet li tahom il-lecturer tal-ICT fl-MCAST għall-eżami importanti u x'passi se jittieħdu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fiċ-ċirkostanzi ma kienx hemm lok li l-istudenti jiġu ppenalizzati. L-assignment ġie annullat u nħareġ wieħed ġdid.
Il-preparazzjoni u l-korrezzjoni ta’ dan l-
assignment
ġew mgħotija lil
lecturer
ieħor.
Tista' l-Ministru tara li t-tfal li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex ma jkomplux jaqgħu lura fl-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal indikati t-tnejn qed jingħataw l-għajnuna neċessrja għal servizzi ta’ Speech Therapist, servizzi ta’ Child Development Assessment Unit (CDAU), attenzjoni individwali, complementary teaching u group reading, sabiex ma jaqgħux lura.
Obbligi internazzjonali fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru li taħtu taqa’ r-responsabbiltà tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li hija l-Awtorità kompetenti dwar l-obbligi internazzjonali fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, jinforma lill-Kamra x’sehem għandha din l-istess Awtorita' biex tara li ma jsir xejn li jista’ jkun ta’ ħsara għall-ambjent naturali u li ma jmurx kontra l-obbligi internazzjonali li l-pajjiz għandu? Min hu r-rappreżentant tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq dan l-Environment Landscaping Consortium?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Parti sostanzjali mix-xogħol li tagħmel il-MEPA huwa propriju sabiex jitħares l-ambjent naturali u sabiex jiġi żgurat li Malta tonora l-obbligi internazzjonali li pajjiżna għandu fit-tħaris ta’ l-ambjent. Huwa diffiċli li f’risposta parlamentari jiġi elenkat ix-xogħol kollu li jsir f’dan ir-rigward, xogħol li jinkludi l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp, enforcement, abbużżar ta’ policy papers għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern u rappreżentanza f’isem Malta f’fora internazzjonali fil-qasam ta’ l-ambjent.
Mhix ċar kif it-tieni parti tal-mistoqsija torbot mal-ewwel parti. Il-monitoraġġ tax-xogħol ta’ l-
Environment Lanscaping Consortium
isir minn
Monitoring Board
li jopera fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m’għandha ebda rappreżentat fuq dan il-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex investigat min huwa/huma l-importatur jew importaturi li importaw is-siġar tal-palm infettat, u jekk ħax xi passi jew hux beħsiebu jieħu xi passi kontra tagħhom? Jekk iva, x’passi huma dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 8755.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jikkumpensa lil dawk l-individwi li tilfu s-siġar tal-palm stabbiliti fil-ġonna privati tagħhom, aktar u aktar jekk irrizulta li l-Ministeru tiegħu approva l-importazzjoni ta’ siġar tal-palm minn pajjiżi fl-Ewropa fejn il-bumunqar tal-palm kien diġà magħruf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 8588.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex il-bdiewa Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jibqgħu ikabbru dawk il-prodotti li għadhom ikabbru bħalissa għax jingħataw is-sussidju fuqhom? Xi pjanijiet hemm biex ikampaw bla sussidju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Gvern ilu mill-2004 jieħu miżuri konkreti biex il-bdiewa Maltin u Għawdxin jibqgħu vijabbli u sostenibbli. Dan għamlu permezz tal-ewwel Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2004-2006 u t-tieni Pjan 2007-2013.
Fit-tieni Pjan li hu fis-seħħ bħalissa, hemm 18-il miżura li se jiswew madwar mitt (100) miljun Ewro f’għajnuna. Fost dawn hemm il-Miżura 121 li se tipprovdi għajnuna ta’ madwar 14-il miljun Ewro mmirati lejn is-settur primarju agrikolu. Din l-għajnuna se tagħti l-opportunità lill-bdiewa u r-raħħala li jkunu iżjed kreattivi u kompetittivi bir-riżultat li finalment tonqos id-dipendenza tagħhom minn fuq is-sussidji.
Tajjeb jingħad ukoll li fl-ewwel sejħa ta’ din il-miżura, t-talba tal-bdiewa u r-raħħala kienet madwar tliet darbiet iżjed mill-għajnuna disponibbli. Dan juri biċ-ċar kemm il-bdiewa u r-raħħala għandhom fiduċja u ħerqa biex jirristrutturaw l-azjendi tagħhom. Hu ppjanat li t-tieni sejħa ta’ din il-miżura ssir is-sena d-dieħla.
Miżura oħra konkreta għall-bdiewa u r-raħħala hi dik taħt forma ta’ intitolament fuq l-art, li tippermetti li l-bidwi jista’ jkompli jkabbar dawk il-prodotti li jixtieq u skont id-domanda tas-suq, mingħajr ma jitlef l-għajnuna.
Mill-bidu ta’ dawn il-pjanijiet ta’ żvilupp rurali l-Gvern, fassal ukoll pjan li diġà qed fis-seħħ, fejn inkoraġġixxa lill-bdiewa jingħaqdu f’Għaqdiet ta’ Produtturi. Dawn l-Għaqdiet huma ntiżi biex is-settur agrikolu jissaħħaħ u jkun aktar effiċjenti b’riżultat li titjieb il-qagħda finanzjarja tal-bidwi. Dan kollu jseħħ billi dawn l-Għaqdiet ibiegħu direttament il-prodott tagħhom li jfisser żieda fid-dħul u l-qliegħ għall-bdiewa.
Kif tħabbar fl-aħħar baġit għaddejjin ukoll taħdidiet biex jiġi riformat l-operat tal-pitkalija bil-għan ewlieni li d-dħul tal-bidwi jkun verament jirrifletti x-xogħol u d-dedikazzjoni tiegħu. Dan naturalment irid isir mingħajr ma jiġu njorati l-operaturi l-oħra.
Minbarra dawn il-pjanijiet u miżuri, l-Gvern, permezz tat-Trattat ta’ Sħubija, kien innegozja pakkett ta’ għajnuna, msejjaħ SMPPMA li jkopri s-snin 2004-2014, li hu intiż biex jgħin lill-bdiewa waqt il-perjodu transitorju sakemm issir it-trasformazzjoni meħtieġa fis-settur primarju.
Tista' l-Ministru tinvestiga rapporti li waslu lili li lecturer tal-ICT fl-MCAST, li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, inqabad jagħti lill-istudenti t-twegibiet għall-mistoqsijiet ta' eżami importanti biex ikunu jistgħu jikkupjawhom u jgħaddu mill-eżami?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qatt ma kien allegat li t-tweġibiet ingħataw qabel l-eżami. Infatti minn stħarriġ li sar instab li flimkien mal-karti tal-eżami kien hemm mehmuża l-parti fejn kien hemm it-tweġibiet li kienu intenzjonati għall-użu tal-amministrazzjoni tal-istitut. Hekk kif il-lecturer induna b’dan, kien pront ġabar il-karti tat-tweġibiet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm daqshekk ħela ta’ riżorsi mill-Environment Landscaping Consortium meta pjanti li għadhom bil-fjuri tajbin qegħdin jinqalgħu wara ftit granet biex jitħawlu oħrajn ġodda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-pjanti, li l-Onor qed jirreferi għalihom u li huma magħrufa bħala annwali, huma ntegrati fil-kuntratt għall-manutenzjoni u huma nklużi fir-rata li jitħallas biha l-Konsorzju. Il pjanti, jitneħħew u jinbidlu skond il-bżonn u taħt id-direzzjoni esperta fil-qasam tal-ortikultura mingħajr ebda spejjeż żejda għall-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2007, 2008 u 2009 s’issa, kemm mietu siġar tal-palm f’Malta u f’Għawdex minħabba l-Bumunqar Aħmar tal-Palm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2007 saru 160 spezzjoni u nstabu 90 palma infettata. Fl-2008 saru 478 spezzjoni u rriżulta li ġew maqlugħa 193 palma. Matul din is-sena (2009) sas-16 ta’ Novembru saru 343 spezzjoni u ġew maqlugħa 629 palma.
Environment Landscaping Consortium — Responsabilta' tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huwa r-rappreżentant tal-Gvern fuq dan l-Environment Landscaping Consortium li għandu r-responsabbiltà jara li x-xogħol li qed isir huwa xjentifikament korrett u li ma jmurx kontra l-obbligi li l-pajjiż għandu fil-qasam ta’ Konvenzjonijiet Internazzjonali, inklużi dawk tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li skont il-kuntratt, il-Gvern m’għandu l-ebda rappreżentant fuq il-Bord tal-ELC. Il-Consortium huwa entità privata. Pero l-Gvern għandu Monitoring Unit li jara li l-Environment Landscapes Consortium jimxi skond l-istess kuntratt u b’mod teknikament korrett u professjonali. Dan il-Unit jinkludi fih nies tekniċi u professjonisti mid-Dipartment ta’ l-Agrikoltura.
Environment Landscaping Consortium — Importazzjoni ta' siġar, xtieli u żrieragħ
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intefqu flus minn dan l-Environment Landscaping Consortium minn kemm ilu jopera sena b’sena fl-importazzjoni ta’ siġar, xtieli, u żrieragħ biex dawn jintużaw u jitħawlu fl-ambjent naturali Malti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif għidt diversi drabi, l-Environment Landscaping Consortium hija kumpanija privata u għalhekk il-Gvern ma jkollux l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid mnejn huwa maħsub li ġie l-palm li fih kien hemm mill-Bumunqar Aħmar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li mhux faċli li ssib minn fejn ġie l-palm infettat li permezz tiegħu daħal l-insett ġewwa Malta. Dan minħabba li fil-bidu tal-infezzjoni l-palm ikun mingħajr sintomi. Dawn jibdew jidhru wara numru ta’ xhur u ġieli snin wara li l-palma tkun ġiet attakkata mill-bumunqar. Barra minn hekk, id-Dipartiment għas-saħħa tal-pjanti permezz ta’ spezzjonijiet li jsiru, jivverifika li kull palma li daħlet hawn Malta f’dawn l-aħħar snin kienet akkompanjata biċ-ċertifikati neċessarji, kemm mill-Unjoni Ewropea u anke minn pajjiżi terzi.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu mill-Environment Landscaping Consortium biex jiġi assigurat li n-numru ta’ pjanti u sigar importati ma jdaħħlux magħhom mard, insetti u annimali oħra li jistgħu ikunu ta’ dannu kemm għall-ambjent naturali, kif ukoll għall-agrikoltura, bħalma ġara fil-każ tal-Bumunqar Aħmar tal-Palm u oħrajn?