Skola Guardian Angel — Investigazzjoni dwar trattament ta' żagħżugħ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttorat tal-Edukazzjoni hux qed jinvestiga rapporti li saru dwar trattament ta’ żagħżugħ, li ismu qed jintbagħat separatament, fl-Iskola Guardian Angel dwar episodji li allegatament seħħew f’Ottubru u Novembru 2008? Meta bdew dawn l-investigazzjonijiet u min qed jagħmilhom ? Huwa aċċettabli li parti minn dawn l-investigazzjonijiet saru bit-telefon ? Veru li matul dawn l-investigazzjonijiet dawk li qed jiġu nvestigati ġew irrekordjati ? Fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi talbet biex issir investigazzjoni preliminarja meta wasal rapport miċ-Child Safety Services fis-27 ta’ Mejju, 2009, kif stipulat fiċ-Child Protection Procedures (1999). L-investigazzjoni preliminarja saret fid-29 ta’ Mejju mid-Direttur għas-Servizzi tal-Istudenti u s-Service Manager għall-Iskejjel Speċjali.
Huwa aċċettabbli li parti żgħira mill-investigazzjoni ssir bit-telefon meta l-persuna ma tkunx qegħda fuq il-post tax-xogħol, meta ċertu mistoqsijiet jkun hemm bżonn li jsirulha dak il-ħin b’mod immedjat u aktar u aktar meta l-persuna tkun irtirat jew ma tkunx fil-post fejn qed issir l-investigazzjoni. Qabel l-intervista, l-persuni kollha ġew infurmati li se jiġu irrekordjati għal fini tal-istess investigazzjoni preliminarja.
Fit-2 ta’ Gunju, ir-rapport tal-investigazzjoni preliminarja ġie mibgħut lid-Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali infurmat lit-taqsima taċ-
Child Safety Services
bil-konkluzjoni tal-investigazzjoni preliminarja. Is-surmast tal-iskola wkoll ġie infurmat b’dawn il-konklużjonijiet u kien mitlub jinforma lil-persuni intervistati bil-konklużjoni tal-investigazzjoni preliminarja.
Skola Guardian Angel — Żagħżugħ jingħata edukazzjoni addattata għalih
Question
Tista' l-Ministru tara biex jittieħdu passi serji biex iż-żagħżugħ, li ismu qed jintbagħat separatament, tal-iskola Guardian Angel jingħata l-għajnuna meħtieġa u edukazzjoni addattata għalih bla ma jkun ta' periklu għall-istudenti l-oħra u l-għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena skolastika it-tifel li fuqu qed issir il-mistoqsija, bħalma hija l-prattika tal-iskola ghall-istudenti kollha, mexa klassi u għalhekk għandu għalliema u Learning Support Assistants differenti.
Id-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudent ġie infurmat li dan it-tifel sejjer tajjeb u l-imġieba diffiċli nbidlet. L-għalliema tiegħu qed isegwu programm ta’
support
imfassal għat-tifel. Dan ġie ivverifikat mill-
Education Officers
tal-
Inclusion and Special Education.
Id-Dipartiment qed ikompli joffri s-
support
tiegħu permezz tal-
Education Officers
u speċjalisti oħra tad-Dipartiment.
tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu r-riżultati tal-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum? Meta se jsiru r-resits?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-riżultati tal-eżamijiet tal-Junior Lyceum ħarġu fit-22 ta’ Gunju 2009 u r-resit sar fil-31 ta’ Lulju 2009. Ir-riżultati tar-resit intbagħtu fit-13 ta’ Awwissu 2009.
Sliema/Gżira — Rue D'Argens - Ftuħ mill-ġdid tal-pompa tal-petrol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens, Sliema/Gzira wara li r-residenti/ġirien resqu l-ilmenti tagħhom dwar il-ħsara u l-periklu li tikkaġunalhom għal saħħithom u dwar dan kitbu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tal-21 ta’ Mejju 2009 ?
Tista' l-Ministru tgħid x’sar matul l-aħħar sena skolastika f’taħriġ u okkażjonijiet ta’ għarfien għall-għalliema fil-primarja u fis-sekondarja dwar id-dyslexia fost it-tfal fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ħafna mill-iskejjel stiednu l-istaff tal-Specific Learning Difficulties Service biex jagħtu l-għalliema aktar informazzjoni fuq id-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom student dyslexic u kif jistgħu jgħinuh. Dan it-taħriġ ġeneralment isir fil-ħin allokat għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għas-sena skolastika li ġejja biex it-tfal bid-dyslexia fil-primarja u fis-sekondarja jiġu mogħtija l-għajnuna meħtieġa biex ma jaqgħux lura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa maħsub li jkun hemm aktar okkażjonijiet fejn l-għalliema tal-klassi jkunu mistiedna biex jifhmu aktar kif għandhom jgħinu t-tfal li huma dyslexic u t-tip ta’ riżorsi li huma meħtieġa.
Hemm ukoll is-servizz tal-
Complementary Teachers
u ser ikun hemm strutturi ġodda tal-
Core Competences Support Teachers
u
Whole School Approach Teachers
li ser jgħinu biex tittaffa l-problema.
Tista’ l-Ministru tivverifika rapporti li wasluli mingħand ġenituri dwar kotba fil-Junior Lycem tas-subien tal-Hamrun? Veru li fil-Form 5 l-istudenti suppost jingħataw kotba tal-Grammatika tal-Ingliż li jisimhom Headaway Advance Student Book u Work Book? Veru li dawn jingħataw lill-fifth formers biex jistudjaw fuqhom għall-eżamijiet tas-SEC? Veru li sal-lum ingħataw lill-klassijiet kollha minbarra lill-klassi 508? Jekk hu hekk, għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-prattika kurrenti ta’ ħafna għalliema li jgħallmu l-Form 5 hija li jibdew bil-Headway fl-ewwel term, u jkomplu bil-past papers fit-tieni term sal-eżamijiet annwali. Madankollu, l-għalliema li għallmet lil klassi 5.08, għażlet li taħdem bil-past papers biss peress li ħasset li dan ikun aktar vantaġġjuż għall-istudenti tagħha.
Jista’ l-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi meħtieġa dwar storbju mhux aċċettabbli li qed idejjaq lir-residenti tal-blokk ta’ appartamenti li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn f'dawn l-aħħar tliet snin fetaħ it-tieni restaurant eżatt fil-blokka u qed jagħlaq fl-4.00 ta' filgħodu? Jista’ jigi nvestigat dan l-ilment u jittieħdu passi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa debitament liċenzjat kemm mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, kif ukoll mid-Diviżjoni tal-Kummerċ. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'dawn l-istabbilimenti u fejn ikun il-każ jittieħdu passi skont il-liġi.
Tista' l-Ministru tgħid fl-iskejjel tal-Istat kemm hemm persuni jaħdmu fil-kategorija tradizzjonalment magħrufa bħala dik ta’ Kindergarten Assistants ( Special Needs)? F’liema skala huma dawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm 30 persuna jaħdmu fil-kategorija li qabel kienet magħrufa bħala Kindergarten Assistants Special Needs (jew Special Education).
Apparti dawn, hemm 4 persuni li kienu jidhru taħt il-grad ta’
Part-Time Kindergarten Assistants Special Needs
(jew
Special Education
).
Dawn il-ħaddiema jibdew fuq skala 15 u jibqgħu telgħin sa skala 13.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5681 hemm xi indikazzjonijiet ġenerali x'kienu r-raġunijiet ewlenin li għalihom irriżenjaw l-istudenti mill-korsijiet li bdew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Numru ta’ studenti jieqfu jattendu mingħajr ma jagħtu raġuni, oħrajn jagħrrfuna bir-raġunijiet tagħhom dawn huma fil-maġġor parti minħabba sejbien ta’ xogħol jew raġunijet personali.
L-MCAST, bil-kollaborazzjoni tal-ETC, beda jagħmel sensiela ta’ tracer studies ta’ studenti li jieqfu mill-istudji tagħhom. L-għan ta’ dan l-istudju huwa biex b’hekk il-kulleġġ ikun f’pożizzjoni aħjar ħalli jgħin sew lill-istudenti kif ukoll biex ikun jista’ jaħdem lejn tnaqqis fir-rata ta’ studenti li jwaqqfu l-istudji tagħhom.
Guardian Angel School — student b'imġieba diffiċli
Question
Tista' l-Ministru tivverifika sew l-informazzjoni li fuqha tat ir-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 5679 peress li sal-lum stess meta ċċekkjajt is-sitwazzjoni ta' dan iż-żagħżugħ qaluli mill-Iskola Guardian Angel li l-imġieba diffiċli tiegħu għadha ma nbidlitx minn kif kienet f'Jannar meta għamilt il-mistoqsija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni li fuqha ingħatat ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 5679 hija korretta. Wieħed għandu jifhem li programmi għal tfal b’diffikultajiet bħal ta’ dan it-tifel imsemmi jieħdu ż-żmien biex ikunu effettivi.
L-imġieba diffiċli din is-sena marret għall-aħjar ħafna għax l-
istaff
qed jaħdem fuq programm ta’
support
li għandu bżonn dan l-istudent.
Qed nirċievu diversi ilmenti fuq l-iskarlatina u hemm kapijiet ta’ skejjel li milli jidher mhux qed jinfurmaw lill-għalliema b'każijiet ġodda. Jidher li fl-aħħar jiem kien hemm każ ieħor fl-iskola Primarja A tar-Rabat u ieħor f'Ħ'Attard. Jidher li din qed timxi sew fl-iskejjel. Tista' l-Ministru tgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hawn każi ta' skarlatina u f'liema skejjel u għaliex l-għalliema mhux qed ikunu nfurmati ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istatistika tal-każi ta’ mard infettiv hija prerogattiva tad-Dipartiment tas-Sorveljanza tal-Mard Infettiv u Promozzjoni tas-Saħħa li għandu l-istrumenti legali biex ikun infurmat mit-tobba dwar il-każi ta’ dan it-tip ta’ mard kif wkoll biex jinvestiga u jivverifika dan.
Il-proċeduri meħuda huma dawk rakkomandati mill-imsemmi Dipartiment tas-Sorveljanza tal-Mard Infettiv li jinforma lill-Kap tal-iSkola fejn ikun hemm suspett jew każi konfermati u dawn jingħataw ċirkolari bir-rakkomandazzjonijiet u pariri biex il-kundizzjoni ma tinfirixx, kompilata minn l-istess Dipartiment appositament biex tiġi imqassma lill-ġenituri u studenti direttament interessati.
Meta kien hemm il-bżonn tobba mill-istess Dipartiment kif wkoll mid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi organizzaw laqgħat informattivi lill-ġenituri u lill-istaff biex jinfurmawhom dwar din il-kundizzjoni. U jekk għal raguni ta’ saħħa pubblika skont rakkomandazzjonijiet xjentifiċi id-Dipartiment tas-Sorveljanza tal-Mard Infettiv dehrlu li kien indikat, jingħalqu xi klassijiet u jiġu meħuda kampjuni u testijiet fuq l-istudenti kkonċernati.
L-iskejjel konċernati ġew wkoll mogħtija numri tat-telefon biex jekk ikunu jridu jistgħu jitolbu informazzjoni u pariri dwar is-suġġett.
Tista' l-Ministru tgħid x’riżorsi finanzjarji, materjali u umani ġew dedikati matul din is-sena skolastika biex jiġu mgħejjuna tfal li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia fl-iskejjel primarji u sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena kien hemm għaxar għalliema li kienu jaħdmu ma tfal dyslexic. Qegħdin jintużaw ħafna riżorsi multisensorjali u kotba li huma ta’ benefiċċju kbir għat-tfal dyslexic kemm fl-iskejjel primarji u sekondarji. Sar ukoll ħafna xogħol permezz tal-korsijiet tal-Core Competences, biex l-għalliema tal-klassi jkollhom aktar għarfien tad-diffikultajiet f’eta’ bikrija u t-taħriġ meħtieġ.
Tagħrif dwar kemm hemm tfal bid-dyslexia fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’tagħrif jeżisti dwar kemm hemm tfal bid-dyslexia fl-iskejjel primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għandna total ta’ 1,523 studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji Statali u tal-Knisja/Indipendenti f’Malta u Għawdex li jbatu bid-dyslexia.
Malta - Sekondarja - 904
Primarja - 445 Total: 1,349
Għawdex - Sekondarja - 130
Primarja - 44 Total: 174
Tista’ l-Ministru tgħid matul din is-sena akkademika s’issa kemm-il darba l-MCAST spezzjonat is-servizz li qed jagħti l-PTP (Private Training Providers) tagħha - il-kumpanija STC - u jekk dan is-servizz hux sodisfaċenti u skond l-obbligi tal-kuntratt? Tista’ tgħid jekk f’dawn l-ispezzjonijiet instabx li t-tagħlim qed ikun ta’ 18-il siegħa minflok ta’ 27 siegħa fil-ġimgha? X’se jiġri mis-sigħat li ntilfu? Tista’ tgħid jekk instabx li kienu qed jiġu ppakkjati flimkien tliet klassijiet ta’ 70 student f’sala waħda? Tista’ tgħid jekk kenux qed jintużaw lecturers mhux kwalifikati biex jgħallmu? Tista’ tgħid jekk irriżultax li kellhom kompjuters ma jaħdmux u li fuqhom suppost kienu qed jgħallmu lill-istudenti? Tista’ tgħid jekk l-istess nuqqasijiet ġewx misjuba fl-istess kumpannija STC sentejn ilu u din l-kumpanija tħalliet terga’ tirrepeti l-istess nuqqasijiet u tħalliet tapplika u tingħata kuntratt biex tkompli tkun PTP tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta College of Arts, Science and Technology għamel tal-anqas audit visit kull ġimgħa biex jispezzjona s-servizz offrut mill-STC. Waqt dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw xi diskrepanzi fis-servizz skont l-obbligi tal-kuntratt. Wara diversi laqgħat bejn l-STC u l-Istitut tal-Information Technology, l-amministrazzjoni ġiet mgħarrfa bin-nuqqasijiet u dawn ġew ratifikati.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li l-ħin tat-tgħalim kien qiegħed jiġi mnaqqas billi jiżdied in-numru ta’ studenti f’kull klassi b’madwar 33%. L-STC inġibditlu l-attenzjoni dwar dan u s-sitwazzjoni ġiet ratifikata. L-istudenti kienu ġew mogħtija n-numru ta’ siegħat fil-ġimgħa kif kien stipulat fil-kuntratt. Iżda, għal 33% tas-siegħat fil-ġimgħa, l-STC ġabar aktar minn grupp wieħed fi klassi waħda. Għalhekk ma kienx hemm telf ta’ siegħat ta’ studju għall-istudenti.
Kien hemm xi suġġetti fejn l-għalliema ma kienux ilaħqu l-livell stipulat fil-kuntratt. Wara laqgħat bejn l-Amministrazzjoni tal-MCAST u dik tal-STC, il-maġġoranza tal-
lecturers
li ma kienux ikkwalifikati ġew mibdula. Fil-każ ta’ żewġ
lecturers
ġie deċiż li jitħallew jispiċċaw il-programmi ta’ tagħlim; dan wara li l-MCAST assigura ruħu li l-livell ta’ tagħlim jista jintlaħaq u sabiex l-istudenti ma jaqgħux lura.
Dwar il-kompjuters, l-STC qalet li dawn kienu wkoll jintużaw fil-korsijiet ta’ fil-għaxija u ma kienux isiru lmenti. Intalab rapport minn kuntrattur indipendenti u fil-waqt li ma kien hemm l-ebda problema ta’
hardware
, xi problemi oħra żgħar ġew solvuti.
L-ebda minn dawn in-nuqqasijiet tal-STC ma ġew rraportati sentejn ilu.
Persuna bid-dyslexia — Karti ta' l-eżami addattati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi laqax it-talba tal-istudenta, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jitfasslulha karti tal-eżamijiet addattati għad-diffikultajiet tagħha tad-dyslexia?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull student li jattendi l-Istitut tal-iStudji Turistiċi li jippreżenta ċertifikat maħruġ minn professjonist b’rakkmandazzjoni ta’ x’tip ta’ għajnuna għandu jingħata l-istudent waqt l-eżamijiet minħabba xi kundizzjoni partikolari, jingħata dik l-għajnuna kif rakkomandata fiċ-ċertifikat bl-approvazzjoni tal-Board of Studies. L-istudenta li d-dettalji tagħha ingħataw separatament hija waħda minn dawn l-istudenti.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġie deċiż li jiddgħajjef l-istudju tal-istorja fl-edukazzjoni sekondarja tagħna meta hemm il-ħsieb li jitħallat ma’ studji oħra f’suġġett integrat li l-esperjenza ta’ pajjizi oħra wriet li dgħajjef l-istudju ta’ l-istorja tant importanti biex nifhmu fejn ninsabu, mnejn ġejjin u fejn sejrin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma hemm l-ebda ħsieb li l-istudju tal-istorja se jidgħajjef. Għad qiegħed jiġi diskuss x’għandu jkun l-aħjar forma kif wieħed jgħallem u jitgħallem dan is-suġġett.
Tista’ l-Ministru tgħid matul din is-sena akkademika s’issa kemm-il darba l-MCAST spezzjonat is-servizz li qed tagħti l-Private Training Providers tagħha – il-kumpanija Future Focus – u jekk dan is-servizz kienx sodisfacenti u skond l-obbligi u l-proċeduri tal-kuntratt? Instab li studenti kienu qed jintalbu ċeritifkati mediċi għall-assenza itwal milli jippermettu l-proceduri tal-MCAST? X’passi tttieħdu dwar dan? Veru li l-istudenti tħallew jissottomettu l-assignments tagħhom tard bla ma ngħataw twissija u bla ma ngħataw il-grad ‘N’ kif suppost u studenti kienu qed jitħallew joqogħdu izjed minn tliet darbiet għall-assignments kontra l-proceduri stabbiliti? X’passi ttieħdu dwar dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta College of Arts, Science & Technology għamel tal-anqas audit visit kull ġimgħa fil-Future Focus. Numru ta’ diskrepanzi li ma kienux jissodisfaw l-obbligu tal-kuntratt ġew identifikati u rettifikati.
Ma nstabet l-ebda xhieda li tikkorrabora ma’ lmenti li setgħa kien hemm abbużi dwar ċertifikati mediċi.
Ma nstabet l-ebda xhieda li tikkorrabora mal-allegazzjonijiet ta’ abbużi fid-
deadlines
tal-
assignments
jew dwar abbuż fin-numru ta’
re-sits
li jsiru għal kull
assignment
.