European Institute of Education — bini mhux klassifikat kif suppost
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ liċenzja ta’ tuition centre f’Ta’ Xbiex lill-European Institute of Education f’bini li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma kklassifikatx bħala Class 8 kif jitolbu tali ħruġ ta’ liċenzji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10959.
European Institute of Education — Użu tal-bini mingħajr permess
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'passi se jittieħdu mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jekk jinstab li l-bini tal-European Institute of Education f’Ta’ Xbiex qed jintuża' mingħajr il-permessi meħtieġa bħala tuition centre kif reklamat fil-ġurnali u fuq il-website tal-istitut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10959.
Qala — l-Istitut tal-Istudji Turistiċi - kwalifiki
Question
Tista' l-Ministru tgħid min qiegħed imexxi bħalissa l-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala? Xi kwalifiki għandha din il-persuna u kif ġiet magħżula għall-ħatra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
European Insitute of Education — żjarat mill-uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar tliet snin il-Ministeru tal-Edukazzjoni qattx bagħat uffiċjali jżuru l-bini tal-European Insitute of Education f’Ta’ Xbiex biex jara kienx qed jintuża b’mod abbużiv bħala tuition centre mingħajr il-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta tali użu kien qed jiġi reklamat fil-ġurnali u fil-website tal-imsemmi istitut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-emendi fil-Liġi tal-Edukazzjoni tal-2006 saħħew ħafna l-funzjoni ta’ monitoraġġ u spezzjonar fl-edukazzjoni obbligatorja, speċjalment bit-twaqqif tad-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-2008 fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni. Il-Ministeru huwa konxju li issa hemm bżonn tissaħħaħ din il-funzjoni anke fis-settur post-sekondarju u terzjarju. Għaddejja ħidma fuq emendi fil-Liġi tal-Edukazzjoni f’dan is-sens. Huwa maħsub li dawn jitressqu dalwaqt. Permezz ta’ din il-ħidma l-awtoritajiet edukattivi jkunu jistgħu jindirizzaw aspetti ta’ monitoraġġ.
Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet qed isiru bħalissa u għas-sena skolastika kurrenti fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi fil-Qala? Min qiegħed jagħti dawn il-korsijiet u xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - korsijiet li saru s-sena li għaddiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet kien hemm fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi tal-Qala s-sena li għaddiet? Kemm attendew persuni għal dawn il-korsijiet? X'kienu l-kwalifiki tal-persuni li għallmu dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-istabbiliment li dettalji tiegħu ingħataw separatament għandux il-permessi kollha meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jopera bħala ristorant, wine bar u
disco
sal-4.00am peress li qed jikkaġuna inkonvenjenzi kbar għall-ġirien għax jinsab taħt blokk residenzjali u jitmexxa b’mod li ma jemminx f’
good neighbourly policies
, kif jagħmlu stabbilimenti kummerċjali oħra tal-
catering
fl-inħawi bla ma joħolqu problemi għall-ġirien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess ta’ żvilupp, li kien maħruġ fit-22 ta’ Marzu 2007, jawtorizza l-użu tal-post bħala Class 6, liema Klassi tinkludi l-użu bħala wine bar u ristorant. Il-permess ma jipprovdix limitu ta’ ħin t’operazzjoni u lanqas jekk għandhiex tindaq mużika sa tard bil-lejl. Għaldaqstant l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tinvolvix ruħha f’din il-kwistjoni. Għalhekk l-ilment qed ngħaddih għall-investigazzjoni ulterjuri mill-Pulizija.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6419 u jgħid kemm kien jiswa’ l-isponsorship ta’ sena lit-team tax-Sheffield United li sar mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kuntratt attwali jikkontempla ħlas ta’ £350,000 (tlett mija u ħamsin elf Lira Sterlina) fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6418 u cioè: Peress li t-team tax-Sheffield United qed jitlob li jerġa’ jiġi sponsorjat mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għal sena oħra, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan l-isponsorjar hux se jerġa’ jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu ser tisponsorja lit-tim ta’ Sheffield United għall-istaġun 2009 – 2010. L-Awtorità tat-Turiżmu għandha l-għażla testendi dan l-isponsorship b’sena oħra.
European Institute of Education — Permess biex jopera bħala tuition centre
Question
Tista’l-Ministru tgħid meta l-European Institute of Education (eie) f’Ta’ Xbiex ngħatalu l-permess mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jew xi struttura li taqa’ taħtu biex ikun jista’ jopera bħala tuition centre?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni tat permess lill-European Institute of Education biex jopera bħala tuition centre fl-20 ta’ April 2005.
European Institute of Education — permessi mill-Ministeru
Question
Tista’ l-Ministru tgħid l-European Institute of Educationli inħariġlu l-permess biex jopera bħala tuition centre bi klassijiet fejn isiru lezzjonijiet tal-korsijiet offruti minnu, kellux il-permessi kollha mitluba mill-Ministeru tal-Edukazzjoni meta inħareġ il-permess biex il-bini jopera bħala tuition centre?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta l-European Institute of Education ingħata liċenzja biex jopera bħala tuition centre fl-20 ta’ April 2005 kien konformi mal-kundizzjonijiet minimi relevanti kollha li kienu japplikaw dak iż-żmien.
European Institute of Education — permessi maħruġa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ permess lill-European Institute of Education biex jopera bħala tuition centre f’Ta’ Xbiex meta m’għandux il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jintuża bħala ċentru għat-tagħlim, liema permessi ilhom miċħuda mill-bord tad-Development Contorl Commission tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-25 ta’ Ottubru 2006 u fit-8 ta’ Mejju 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta l-European Institute of Education ingħata l-liċenzja biex jopera bħala tuition centre fl-20 ta’ April 2005 kien konformi mal-kundizzjonijiet minimi relevanti kollha li kienu japplikaw dak iż-żmien, inkluż tal-PAPB, numru tal-permess PB 930/91.
Fid-19 ta’ Settembru tal-2006 il-permess iġġedded fuq l-indirizz tal-Gżira, billi kien għad m’hemmx il-permessi tal-MEPA fuq is-sit il-ġdid ta’ Ta’ Xbiex. Billi dan il-permess baqa’ m'ngħatax, fil-25 ta’ Mejju tal-2007 il-permess iġġedded bl-użu ta’
Chamber College
f’Edgar Bernard Str, Gżira bħala sit għall-lezzjonijiet.
Chamber
College
huwa liċenzjat mill-
English as a foreign Language
(EFL)
Monitoring Board
fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, u kien ta permess lill-EIE biex dan jopera mis-sit taċ-
Chamber College
.
Fis-7 ta’ Mejju 2008 u fl-4 ta’ Mejju 2009 il-liċenzja reġgħet iġġeddet bl-użu ta’
Chamber College
bħala sit għall-lezzjonijiet.
Għalhekk id-Diviżjoni, u warajha d-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, qatt ma ħareġ liċenzja b’mod skorrett fil-konfront tal-EIE.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skond il-liġi ?
Ambulanza ta' l-annimali — Eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tar-reġistrazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jikkonsidra bis-serjetà u jeżenta mill-ħlas tat-taxxa tar-reġistrazzjoni dovuti fuq karozzi mogħtija bħala donazzjoni lis-St Francis Foundation for Animals fis-snin 2004 u 2007 biex iservu ta' ambulanzi għall-annimali, meta jaf li din l-għaqda volontarja mhix hemm għall-qligħ tal-flus u tagħmel ħafna ġid b'xogħol kbir volontarju?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9823.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm matul is-sena 2008 u matul is-sena 2009 sal-lum x’passi ttieħdu mill-pulizija dwar l-ilmenti ġustifikati tal-ġirien tal-istabbiliment tax-xorb u l-ikel tal-post li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jibqa’ miftuh sal-4.00am b’mużika u storbju insapportabbli, ġarr storbjuz ta’ siggijiet, imwejjed u krietel tal-birra fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa debitament liċenzjat kemm mill-Awtorita' ta’ Malta tat-Turiżmu kif ukoll mid-Diviżjoni tal-Kummerċ. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f’dawn l-istabbilimenti u fejn ikun il-każ jittieħdu passi skont il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija tieħux il-passi meħtieġa biex tara jekk l-istabbiliment tal-ikel u x-xorb li dettalji tiegħu qed jinbagħatu separatament għandux il-permessi kollha meħtieġa biex jopera bħala wine bar u ristorant kif fil-fatt qed jagħmel? Jista’ jgħid jekk għandux il-permessi biex jibqa’ jkollu mużika tgħajjat sar-4.00am fi blokk residenzjali ta’ nies li minħabba l-ħsejjes u l-inkonvjenti li qed joħloq qed iħarbatilhom il-ħajja tagħhom ta’ kuljum bi ħsejjes u rwejjaħ insapportabbli anki fis-siegħat li wieħed jistenna li jieħu l-mistrieħ diċenti tiegħu biex l-għada jqum għax-xogħol?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa debitament liċenzjat kemm mill-Awtorita' ta' Malta tat-Turiżmu, kif ukoll mid-Diviżjoni tal-Kummerċ. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'dawn l-istabbilimenti u fejn ikun il-każ jittieħdu passi skont il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema permessi għandu l-istabbiliment li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li bħalissa qed jopera bħala ristorant, wine bar u b’mużika għaddejja sal-4.00am li tħarbat il-ħajja tal-ġirien fil-blokk residenzjali fejn jinsab miftuħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-istabbiliment li d-dettalji tiegħu ġew provduti separatament mal-mistoqsija għandu permess biex jiftaħ sa l-erbgħa. Dan il-permess ingħata fit-13 t’April 2009 wara li l-applikant kien issottometta l-applikazzjoni f’dan is-sens fis-26 ta’ Jannar 2009.
Dan il-permess ġie approvat wara li d-Diviżjoni għall-Kummerċ kitbet lil-Awtorita Maltija tat-Turiżmu u lill-Kummissarju tal-Pulizija biex skond Regolament 38 paragrafu 2 jindikaw fi żmien 60 ġurnata il-pożizzjoni tagħhom rigward din l-applikazzjoni.
Fi żmien stipulat id-Diviżjoni rċeviet tweġiba mingħand l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu li ma kellha ebda oġezzjoni għall-applikazzjoni in kwistjoni. Min-naħa l-oħra ma rċeviet l-ebda tweġiba mingħand il-Pulizija fl-istess żmien. Dan skond l-istess Regolament tal-Liġi għandu jittiehed li l-Pulizija approvaw l-applikazzjoni.
Hawnhekk tajjeb ta’ min isemmi li skond Regolament 38 – 2d
“L-operat ta’ post kummerċjali liċenzjat biex jiftaħ għall-kummerċ
mis-1.00 a.m. sa l-4.00 a.m. ma għandux matul dawk is-sigħat
joħloq fastidju jew inkonvenjenza lill-viċini b’xi xorta ta’
ħoss li jinstema’ minn barra l-post jew b’xi mezz magħmul minn
ġewwa jew min barra tal-post”
Barra min hekk Regolament 38 – 2e jagħti l-poter lill-Pulizija biex jieħdu azzjoni jekk ikun hemm ksur ta’ provediment.
Fl-aħħarnett Regolament 38 – 3 jipprovdi li l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jikteb lid-Diviżjoni li f’każijiet ta’ ksur ta’ provedimenti tista’ tirrevoka l-permess.
Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tas-Saħħa tieħu l-passi meħtieġa biex tara x’perikli għall-ġirien qed jikkostitwixxi l-istabbilment li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jaħżen ċilindri tal-gass għall-kċina għar-ristorant tiegħu u d-dwejjaq tal-irwejjaħ insapportabbli li jikkaġuna ħsara lill-ġirien?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni fil-fond indikat fid- 9 ta’ Lulju, 2009. Minn din l-ispezzjoni rriżulta li dan l-istabiliment kellu żewġ ċilindri tal-gass installati, żewġ ċilindri tal-gass vojta u żewġ ċilindri tal-gass kbar u ieħor żgħir bħala riżerva. Waqt il-ħin tal-ispezzjoni ma’ kien hemm l-ebda riħa ta’ gass.
Dwar l-allegat periklu nissuġerixxu li tali mistoqsija tiġi referuta lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet għaliex l-kors Universitarju li kienu għamlu dawn il-Kindergarten Assistants Special Needs fil-livell ta’ ċertifikat ‘Facilitating in Inclusive Settings” li sar fiż-żmien ta’ l-amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998 fejn il-parteċipanti attendew 8 siegħat fil-ġimgħa għal sena u xahrejn mhux qed jingħata l-għarfien li jistħoqqlu? X’għandu inqas minn korsijiet oħra simili f’livell ta’ ċertifikat? Jekk hemm xi parti nieqsa bħas-‘Psychology of Learning’ ghax ma jsirx top up tiegħu bi credit apposta biex imbagħad jiġi rikonoxxut? Taf li n-nuqqas ta’ għarfien ta’ dan il-kors minbarra li qed joħloq tbatija u ħsara għall-karriera għal dawk f’din il-kategorija qed jitqies bħala diskriminazzjoni u pika tal-mistħija għax sar fi zmien amministrazzjoni Laburista u persuna influwenti llum, li isimha qed jintbagħat separatament, biex dan il-kors ma jigix rikonoxxut dak iż-żmien ma kenitx tmexxi għalkemm kienet tat parti mill-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kors li jwassal għal ċertifikat li sar għat-Temporary Kindergarten Assistants (Special Education) kellu l-għan li wara dan it-taħriġ dawk it-Temporary Kindergarten Assistants (Special Education) ma jibqgħux aktar Temporary imma jsiru tal-post kif fil-fatt sar. Dan il-Kors kien jissejjaħ Certificate in Supportive Learning in Inclusive Settings.
Wara dan il-kors, kien hemm diversi korsijiet oħra fuq livell ta’ ċertifikat li kien jissejjaħ
Certificate in Education for Learning Support Facilitators
. L-ewwel żewġ korsijiet ta’ dan ic-certifikat saru għal dawk li kienu għamlu l-kors imsemmi hawn fuq. Kull min ried javvanza għal grad ta’
Facilitator
kellu jagħmel dan il-kors wara li lesta il-kors
Certificate in
Supportive Learning in Inclusive Settings
.
L-Universita` ma rċevit l-ebda talba biex lil dawn il-Kindergarten Assistants isirilhom kors ieħor.
Skola Guardian Angel — Rapporti minn għalliema dwar imġieba diffiċli ta' żgħażugħ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttorat tal-Edukazzjoni f’Mejju 2009 irċeviex kopji ta’ rapporti li saru minn għalliema u kindergarten assistants fl-iskola Guardian Angel bid-dati tas-16 ta’ Ottubru 2008, 7 Novembru 2008, 10 ta' Novembru 2008, 13 ta' Novembru 2008 dwar l-imġieba diffiċli ta’ żgħażugħ, li ismu qed jintbagħat separatament, f’dik l-iskola? X’passi ttieħdu dwar dawk ir-rapporti? Tista’ tgħid jekk sarux ukoll rapporti simili bid-dati tas-6 ta’ Mejju 2009 u 1 ta’ Gunju 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-16 ta’ Ottubru, 2008, id-Direttorat Servizzi għall-Istudent irċieva e-mail mingħand il-kap tal-iskola fejn talab għajnuna għal studenti fl-iskola Guardian Angel, fosthom it-tifel hawn imsemmi.
It-tifel li fuqu qed issir il-mistoqsija ġie irreferut għat-Tim tal-Awtiżmu fis-16 ta’ Ottubru, 2008. Minn dak inhar ‘l quddiem persuna mit-Tim kienet tkun l-iskola kull ġimgħa.
Is-
Social Worker
tad-Dipartiment għamlet diversi interventi bejn id-29 ta’ Settembru u d-19 ta’ Novembru 2008.
Fil-21 ta’ April 2009, l-
Education Officer Special Education
għamlet intervent flimkien mal-
Occupational Therapist
biex assessjaw it-tifel fil-
Multi Sensory Room
. L-istaff tal-klassi ingħataw rakkommandazzjonijiet kif jistgħu jaħdmu mat-tifel.
Ir-rapporti msemmija li waslu d-dipartiment, fosthom l-aħħar wieħed li kien datat 6 ta’ Mejju, 2009, ingħataw lill-Uffiċċjali tad-Direttorat meta kienu f’din l-iskola fid-29 ta’ Mejju, 2009. Il-persuna mit-Tim tal-Awtiżmu baqgħat tmur l-iskola kull ġimgħa.
Id-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudent se jkompli jsegwi il-każ u joffri s-
support
kollu tiegħu.