San Pawl il-Baħar — bini tal-kunsilli lokali għall-għati tas-servizzi soċjali
Question
Jikkonsidra l-Ministru li juża xi parti mill-bini tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar għall-għoti tas-servizzi li kien jagħti fil-parti antika ta’ San Pawl il-Baħar l-Uffiċċju distrettwali tas-Servizzi Soċjali li ttieħed lejn il-Qawra u hu ‘l bogħod wisq u hemm anzjani li jkollhom jimxu fit-tul jew jaqbdu taxi biex jinqdew?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11325.
Kummissjoni Dakonija Parroċċa Maria Addolorata San Pawl il-Baħar — uffiċċju distrettwali tad-Diparttiment tas-Servizzi Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu wara l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni Djakonia Parroċċa Maria Addolorata San Pawl il-Baħar bid-data 18 ta’ Settembru 2009 dwar l-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali f’San Pawl il-Baħar?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11325.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm speech therapists jaħdmu ma' xi qasam li jaqa' taħt il-Ministeru? F'liema qasam jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi hemm żewġ Speech Therapists li jaħdmu mad-Dipartiment Servizzi għall-Istudenti.
L-Universita’ ta’ Malta bħalissa tħaddem
senior lecturer
u
assistant lecturer
fuq bażi
full-time
, li huma
speech therapists
. Dawn iż-żewg persuni jipprovdu servizz ta’
speech therapy
minn ġo t-
Teaching & Research Clinic
tal-Universita’ fil-ħin ta’ superviżjoni ta’ studenti tal-
Communication Therapy
.
L-Università għandha ukoll ħames membri mill-istaff akkademiku fuq bażi
part-time
li huma
speech therapists
. Dawn jipprovdu servizz ta’
speech therapy
fil-ħin tax-xogħol tagħhom mad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Università ta' Malta u St. George's University of London — proġett
Question
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslu t-taħdidiet bejn l-Università ta’ Malta u St. George's University of London (SGUL) dwar il-proġett flimkien li joffru “graduate entry medical programme” minn Jannar li ġej? Fil-fatt dan il-programm, għaliex għadu ma bediex meta fi Frar 2008 kien tħabbar li se jibda minn Jannar 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Universita’ ta’ Malta qed tistenna r-riżultat għal sejħa ta’ call of interest li kienet saret f’Ottubru 2008.
Royal College of Surgeons in Ireland — laqgħat mal-Malta Enterprise
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli jimmaterjalizza l-proġett tar-Royal College of Surgeons in Ireland (RCSI) li avviċina u kellu laqgħat mal-Malta Enterprise biex minn Settembru 2008 kellu jiftaħ ċentru f’Malta u joffri programm universitarju fil-qasam tal-mediċina għal studenti internazzjonali kif għandu f’pajjiżi oħra bħall-Malasja, Bahrain u Dubai?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Rapporti fl-istampa internazzjonali jgħidu li l-kumpanija CMA CGM sofriet ħafna telf finanzjarju fl-ewwel nofs tas-sena 2009 u tellgħet ħafna dejn tant li qed tinnegozja ftehim ġdid mal-banek u t-tarznara li jibnulha l-vapuri biex jagħtuha n-nifs u talbet ukoll għajnuna finanzjarja mingħand il-Gvern Franċiż. Peress li l-Freeport Malti qed jiġi operat mill-kumpanija CMA CGM u n-negozju tagħha jikkostitwixxi l-akbar parti tan-negozju tal-Freeport, jista’ l-Ministru jgħid kif qed jintlaqat il-Freeport mis-sitwazzjoni finanzjarja tas-CMA CGM, jekk din il-kumpanija hux qed tonora l-ftehim li hija marbuta bih biex tħallas l-obbligi li għandha u twettaq anki l-proġetti kapitali li ntrabtet li twettaq u jekk dawn il-progetti u kapitali bdewx? Meta se jitlestew u x’impjieg ġdid se joħolqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija CMA CGM fil-fatt qed tonora l-obbligi tagħha fuq il-Freeport inkluż dawk fuq proġetti kapitali. Il-proġetti kapitali diġà bdew u huma ppjanati li jitlestew sas-sena 2013 u b'saħħa t'hekk l-ammont ta' ħaddiema fil-Freeport mistenni jitla' għal 1500. Il-pagament dovut li jmiss għax-xiri tal-ishma bħala parti mill-proċess tal-privatiżżazzjoni hu f'Jannar 2010.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ ta’ xerrej ta' senter li rċieva ittra mill-għassa tar-Rabat bir-referenza li qed tingħata separatament, nhar it-Tlieta 6 ta' Ottubru 2009 biex imur personalment l-għassa tar-Rabat biex iħallas din il-liċenzja ġdida. Wara li l-għada ħa gurnata leave apposta, malli jasal l-għassa tar-Rabat qalulu li ma kienx ser jinqeda għax is-surgent bil-leave u mhux dieħel qabel l-20 ta' Ottubru 2009! Jista' l-Ministru jgħid għala ntbagħtet din l-ittra meta min bagħatha kien jaf li mhux ser ikun hemm min jaqdih? Pulizija mara mill-uffiċċju ta' l-għassa tar-Rabat qaltlu li ma tistax taqdih għax is-surgent bil-leave u li hi m'għandhiex il-password tal-kompjuter u qaltlu li biex jinqeda dan irid imur l-għassa tal-Mosta. Wara li mar il-Mosta dan jiġi nfurmat minn pulizija mara oħra li ma setghetx taqdih hi mill-Mosta u riedet tkun taf il-għala bagħtuh hemm. Meta dan reġa' mar l-għassa tar-Rabat biex jipprotesta għal dan l-aġir irresponsabbli dan ġie mkeċċi 'l barra u qalulu bl-akbar arroganza li ġo għassa qatt m'għandek tmur għas-sodisfazzjon! Taħseb li hu aċċettabbli li ċittadini jiġu stmati b’dan il-mod?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi dan l-ilment ġie investigat u qed jittieħdu proċeduri dixxiplinarji kontra l-membru tal-Korp involut.
Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar żewġt isjuf liema skejjel f’Malta u f’Għawdex ġew mikrija lil xi kumpanija privata biex fihom isir tagħlim tal-Ingliż lil studenti barranin? Kemm tħallsu fil-każ, kif isir il-ħlas u minn min isir l-arranġament għal dan il-kiri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid f’Malta u f’Għawdex kemm għandna bini ta’ skejjel vojt jew parżjalment vojt li jista’ jinkera lil xi skola privata biex ikollha fejn tgħallem lil studenti tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-bini tal-iskejjel m’hemm l-ebda spazju vojt li m’hemmx pjani edukattivi oħra għall-użu tiegħu.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — contract of service
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-contract of service tal-persuna, li dettalji tagħha qed jidhru separatament, li huwa impjegat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u fl-assenza ta' dan id-dokument, tinforma lill-Kamra x'inhi r-remunerazzjoni annwali tiegħu inkluż ukoll benefiċċji u perkaċċi oħra li jgawdi minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kottonera — Kulleġġ Santa Margerita - prinċipal ġdid
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu bla prinċipal il-Kulleġġ Santa Margerita tal-inħawi tal-Kottonera? Għaliex tħalla bla prinċipal? Kif qed jimxi u jitmexxa bla prinċipal? Meta se jinħatar prinċipal ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Waqt li l-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita laħaq Direttur hu qiegħed iżomm il-kariga ta’ Prinċipal sakemm il-pożizzjoni timtela. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet biex timtela din il-vakanza kienet ippublikata fil-gazzetta tal-gvern datata 27 ta’ Ottubru 2009. L-applikazzjonijiet intlaqgħu sa nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru 2009 u beda l-proċess tal-għażla.
Subien, bniet, ġuvintur u tfajliet statemented jew diżabbli
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha subien u bniet, ġuvintur u tfajliet statemented jew definiti bħala diżabbli:
a) F'Malta
b) F'Għawdex
fil-livelli
a) ta' kindergarten?
b) tal-primarja?
ċ) tas-sekondarja?
d) post-sekondarju?
e) MCAST?
f) l-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Lista tal-ismijiet tal-bordijiet li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista sħiħa tal-bordijiet kollha bl-ismijiet tal-persuni li jikkostitwuhom u li taħtar il-Ministru fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Royal College of Surgeons — studenti gradwati fil-mediċina
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħditiet mar-Royal College of Surgeons tal-Irlanda (RCSI) li kellhom jiftħu ċentru f’Malta u joffru korsijiet għall-gradwati fil-mediċina f’Settembru 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li r-Royal College of Surgeons in Ireland hu wieħed minn żewġ istituzzjonijiet ta’ tagħlim li wrew interess li joffru korsijiet ta’ livell universitarju fil-qasam tal-mediċina. L-istituzzjoni l-oħra hi s-St. George’s College ta’ l-Università ta’ Londra bi sħab ma’ l-Università ta’ Malta.
Informa ukoll li dawn iż- żewġ istituzzjonijiet ġew mitluba jagħtu dettalji relevanti u dawn għaddew għand kumitat maħtur apposta biex jixtarr iż-żewġ sottomissjonijiet. Il-kumitat talab ukoll numru ta’ spjegazzjonijiet liż-żewġ partijiet fuq xi punti li dwarhom xtaq iżjed informazzjoni. Ġew imsejħa wkoll biex jagħtu preżentazzjoni hawn Malta qabel mal-kumitat beda d-deliberazzjonijiet tiegħu biex joħroġ rapport li fih ġabar dawk il-fatturi kollha relevanti għad-deċiżjoni. Meta tlesta, r-rapport għadda lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u deċiżjoni fuq x’inhi l-aħjar alternattiva taħt iċ-ċirkustanzi għadha trid tittieħed.
Royal College of Surgeons in Ireland — ftuħ f'Malta
Question
Iżjed minn sentejn ilu l-Ministeru u l-Università ta’ Malta bdew taħdidiet deskritti li kienu waslu “Fi stadju avvanzat” biex ir-Royal College of Surgeons in Ireland (RCSI) jiftaħ ċentru f’Malta u joffri korsijiet universitarji fil-qasam tal-mediċina, tista' l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li jiftaħ dan iċ-ċentru peress li kien intqal li kellu jiftaħ f’Settembru 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-Royal College of Surgeons in Ireland hu wieħed minn żewġ istituzzjonijiet edukattivi li wrew interess li joffru korsijiet fil-qasam tal-mediċina hawn Malta. Kien hemm interess ukoll mis-St. George’s College tal-Universita’ ta’ Londra bi sħab mal-Universita’ ta’ Malta.
Inħatar
Working Group
biex jiffoka fuq iż-żewġ proposti, fid-dettal kollu tagħhom. Il-
Working Group
ippreżenta r-rapport tiegħu, liema rapport kien diskuss mill-Ministeru tal-Politika Soċjali u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni imma deċiżjoni finali għadha trid tittieħed.
Applikazzjonijiet għad-dħul fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknologija,
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw żgħażagħ għas-sena akkademika 2009 – 2010 għal kull kors ta’ kull istitut tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknologija, istitut b’istitut, kors b’kors? Kemm ġew aċċettati f’kull każ u kemm tħallew barra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jidħlu l-Junior College għall-kors sena akkademika 2009 – 2010? Kemm ġew aċċettati u kemm tħallew barra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ żgħażagħ li applikaw biex jidħlu l-Junior College għas-sena akkademika 2009/2010 huwa ta’ 1975. Minn dawn ġew aċċettati 1456, li jinkludu 184 li jirrepetu.
Kull min applika u kellu l-kwalifiki meħtieġa ġew aċċettati u ħadd ma tħalla barra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jidħlu għall-korsijiet tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-korsijiet li se jibdew fis-sena akkademika 2009 – 2010 u kemm tħallew barra ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għas-sena akkademika 2009/2010 applikaw 361 żgħażugħ/żgħażugħa li minnhom 216 bdew kors full-time fl-ITS fil-25 ta’ Settembru, 2009. Mija u ħamsa u erbgħin (145) applikazzjoni ma ntlaqgħux. 62 applikanti issottomettew aktar minn applikazzjoni waħda, filwaqt li kien hemm applikanti oħra li l-applikazzjoni tagħhom ma ntlaqgħetx minħabba bosta raġunijet fosthom li ma kellhomx il-kwalifiki meħtieġa.
Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskola Giovanni Curmi, Naxxar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jidħlu fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi n-Naxxar għas-sena akkademika 2009 – 2010 fl-ewwel sena u kemm tħallew barra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li din is-sena fl-iskola post sekondarja Giovanni Curmi n-Naxxar, daħlu 2,009 student, u ma tħalla ħadd barra.