Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11417 u jgħid kemm hemm speech therapists jaħdmu ma' xi qasam li jaqa' taħt il-Ministeru? F'liema qasam jaħdmu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11791 li ilha li saret tliet xhur u jgħid x'policy għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex twieġeb lil dawk li jikkuntattjawha permezz tal-website tagħha, peress li ilni ġimgħa li bagħat email u lanqas biss kelma li rċevewha ma ħadt mill-korporazzjoni? X'jiswa li għandha website li tistieden lill-persuni jikkuntattjawha meta mbagħad ma jwieġbux?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-policy tal-WSC hija li l-e-mails tirrispondihom b’email oħra fl-iqsar żmien possibli. Ovvjament dan ma jeskludix il-possibiltà ta’dewmien minħabba raġunijiet tekniċi. Sadattant jien infurmat li l-każ imqajjem mill-Onor Interpellant fl-email tiegħu għandu jkun riżolt fil-ġimgħat li ġejjin.
European Institute of Education — żjarat mill-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10967 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Peress li fis-snin li għaddew (1997) kien hemm każ fejn tuition centre kien qed jagħti lezzjonijiet tal-privat mingħajr ma l-bini kien għad kellu permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u kienu żaruh il-pulizija għax kien qed jikser il-liġi, tista’ l-Ministru tgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il darba l-pulizija żaret il-bini tal-European Institute of Education f’Ta’ Xbiex (Sir Ugo Mifsud Street, Ta’ Xbiex Terrace) fejn jingħataw lezzjonijiet/korsijiet u l-bini m'għandux permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jopera bħala tuition centre? Jekk saru dawn iż-żjarat meta saru u x’passi ttieħdu? Jekk ma sarux dawn iż-żjarat għax ma sarux meta l-użu abbużiv tal-bini f’Ta’ Xbiex kien reklamat fuq il-ġurnali u l-website tal-imsemmi istitut?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi l-pulizija kellha xi rapporti dwar il-bini msemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi fl-istess bini ma ġew osservati l-ebda kmamar li kienu qed jintużaw bħala klassijiet. Irriżulta wkoll illi l-operat tat-tuition centre ta’ l-istituzzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed isir minn post debitament kopert b’permess tad-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni.
Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - studenti li segwew xi korsijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 10968 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm studenti li qed isegwu xi kors fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 47 student/a li bħalissa qed isegwu xi korsijiet fl-ITS fil-Qala.
European Institute of Education — bini li m'għandux permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Peress li l-bini f’Ta’ Xbiex (Sir Ugo Mifsud Street, Ta’ Xbiex Terrace) qed jintuża mill-European Institute of Education bħala tuition centre u jinżammu fih lezzjonijiet u korsijiet meta l-bini m'għandux il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan l-użu, tista’ l-Ministru tgħid x’passi se tieħu l-pulizija kontra dan il-ksur tal-ligi?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10970 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u tgħid min kien imexxi l-Istitut tal-Istudji Turstiċi tal-Qala s-sena li għaddiet? B'liema kwalifiki? Għaliex ma baqax imexxi dan l-istitut?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sena li għaddiet kien qiegħed imexxi l-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala full time lecturer, impjegat tal-ITS Malta.
Ma baqax imexxi dan l-Istitut fuq deċiżjoni tiegħu.
Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - postijiet ta' kap u ta' għalliema
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10971 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'sejħiet saru biex jimtlew il-postijiet ta' kap u ta' għalliem fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi fil-Qala? Xi kwalifiki ntalbu? Kemm applikaw? Min applika u b'liema kwalifiki? Min intgħażel u b'liema kwalifiki?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda sejħa għall-post ta' kap fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala.
programmi biex nies bla xogħol jitħajru jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11265 u jgħid xi programmi saru s’issa ma' nies bla xogħol biex jitħajru jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol u li għalihom kien hemm finanzjament parzjali jew totali mill-Fond Soċjali Ewropew fl-aħħar sena u nofs? Jista’ jgħid kemm ħarġu flus fuq dawn il-programmi? Kemm ħadu sehem persuni u kumpaniji fihom u kemm ħadu flus?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mellieħa — Triq il-Marfa - ċimiterju Omm il-Ħniena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8320 u jgħid kemm hemm oqbra tajbin biex jintużaw fiċ-ċimiterju ta’ Omm il-Ħniena fi Triq il-Marfa, limiti tal-Mellieħa? Kemm hemm applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jiksbu qabar f’dan iċ-ċimterju? Kemm jistgħu jitħaffru oqbra ġodda fil-bqija taċ-ċimterju li għadha mhix tintuża? Meta se jibda x-xogħol tat-tħaffir għall-oqbra l-ġodda?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fiċ-ċimiterju ta’ Omm il-Ħniena fi Triq il-Marfa, limiti tal-Mellieħa n- numru t’oqbra li jintużaw huwa 84.
Numru pendenti ta' applikazzjoniliet għal xiri ta' oqbra huwa ta’ 110 . Hemm post għal tħaffir ta' 74 qabar ġdid fil-parti mhux żviluppata f'dan iċ-ċimiterju.
Id –Dipartiment għal Saħħa Ambjentali mhux f’pożizzjoni li jagħti data dwar l-aħħar parti ta’din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8756 u jgħid x’miżuri qed jittieħdu mill-Environment Landscaping Consortium biex jiġi assigurat li n-numru ta’ pjanti u siġar importati ma jdaħħlux magħhom mard, insetti u annimali oħra li jistgħu jkunu ta’ dannu kemm għall-ambjent naturali, kif ukoll għall-agrikoltura, bħalma ġara fil-każ tal-Bumunqar Aħmar tal-Palm u oħrajn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-monitoraġġ f’dan il-kamp jaqa’ taħt id-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti u mhux taħt l-ELC. Bħal kull operatur lokali ieħor, l-ELC irridu joqgħodu għal kull direttiva maħruġa minn dan id-Dipartiment.
Nirreferi wkoll l-Onor. Membru għar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija nru 5322.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9705 li saret sitt xhur ilu u jgħid jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skond il-liġi?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10965 li oriġinarjament saret lill-MInistru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'korsijiet qed isiru bħalissa u għas-sena skolastika kurrenti fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi fil-Qala? Min qiegħed jagħti dawn il-korsijiet u xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li rigward korsijiet u Lecturers fl-ITS il-Qala bħalissa huma hekk:
Korsijiet Numru ta' Lecturers
ESTS l-ewwel sena 3 Lecturers
ESTS it-tieni sena 2 Lecturers
Pastry & Baking Level 1 2 Lecturers
Pastry & Backing Intermediate Level 2 1 Lecturer
Food Preparation & Culinary Arts Part Time 1 Lecturer
Il-Lecturers kollha għandhom id-Diploma, l-kwalifika rikjesta fis-suġġett konċernat.
Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - korsijiet li saru s-sena li għaddiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamnetari 10966 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kulutra, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'korsijiet kien hemm fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi tal-Qala s-sena li għaddiet? Kemm attendew persuni għal dawn il-korsijiet? X'kienu l-kwalifiki tal-persuni li għallmu dawn il-korsijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-korsijiet fl-2008 u n-numru ta' studenti li attendew kienu hekk:
Kors Numru ta' Studenti
ESTS l-ewwel sena 16 -il student
ESTS it-tieni sena 14 -il student
Pastry & Baking Level 1 13 -il student
WSET Part Time 11 -il student
Il-Lecturers kollha għandhom id-Diploma, l-kwalifika rikjesta fis-suġġett konċernat.
Qala — l-Istitut tal-Istudji Turistiċi - kwalifiki
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10963 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilha u tgħid min qiegħed imexxi bħalissa l-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala? Xi kwalifiki għandha din il-persuna u kif ġiet magħżula għall-ħatra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-persuna li bħalissa qiegħda tmexxi l-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala hija full time lecturer, impjegata tal-ITS Malta. Din hi l-unika full-time lecturer fl-ITS fil-Qala u qiegħda tmexxi hi wara li l-full-time lecturer tal-ITS Malta li kien qed imexxi ITS fil-Qala qabilha iddeċieda, ftit jiem biss qabel bdiet is-sena skolastika 2009/2010, li ma jibqax jagħmel dan ix-xogħol.
Ministeru ta’ l-Edukazzjoni — ftehim dwar il-gradi differenti tal-Kindergarten Assistant
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7843 u jgħid kemm ilu l-Management and Personnel Office jipproċessa l-ftehim iffirmat bejn il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u l-Malta Union of Teachers li jinkorpora wkoll il-ftehim dwar il-gradi differenti tal-Kindergarten Assistants? Meta hemm il-ħsieb li jintemm dan l-ipproċessar biex il-ftehim ikun jista’ jidħol fis-seħħ? Hemm xi aspetti problematiċi f’dan il-ftehim? Jekk iva liema huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ftehim imsemmi bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Malta Union of Teachers u sussegwentement il-Memorandum of Understanding iffirmat f’Mejju 2009 fuq il-kategorija tal-Kindergarten Assistants qed jiġi mplementat skond il-provediment tal-istess ftehim.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7863 u jgħid xi ħlasijiet hemm pendenti għall-bdiewa Maltin u Għawdxin f’għoti ta’ sussidji għat-tadam? Kemm ilhom pendenti dawn il-ħlasijiet? X’inhu l-ammont pendenti? Kemm hemm bdiewa jistennew dawn il-ħlasijiet u meta se jsir il-ħlas dovut?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’Ottubru tħallas ammont ta’ 80,000 ewro li kien ikopri l-2008, lill-Għaqdiet tal-Produtturi tad-tadam għall-ipproċessar. Għal 2009, għad iridu jinħadmu s-sussidji li mistennija jkunu lesti u mħallsa sa l-ewwel tliet xhur tas-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7864 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jingħata xi kumpens għall-ħsara li sofrew il-bdiewa li tħassrulhom l-uċuħ tar-raba' minħabba kontaminazzjoni tal-ilma bid-drenaġġ fl-għelieqi ħdejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-Għadira tal-Mellieħa? Jekk iva, kemm se jingħataw kumpens? X’xogħlijiet qed isiru biex titneħħa l-kontaminazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpens li jammonta għal €86,383 tħallas lil dawk il-bdiewa li sofrew kontaminazzjoni tal-ilma bid-drenaġġ fl-għelieqi ħdejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-Għadira tal-Mellieħa.
Il-Korporazzjoni wetqet tindif estensiv fuq sensiela ta’ spieri li kienu aċċessibli permezz ta’ pompi u l-ħaddiema tagħha.
Dan l-ammont tnaqqas mill-ħlasijiet dovuti lill-kuntrattur li kien responsabbli għal bini ta' l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ u l-infrastruttura ta' magħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8317 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferut lilu u jgħid x’passi se tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport u d-Direttorat għat-Trasport Pubbliku biex jiġbdu l-attenzjoni tal-pulizija dwar hawker li qed ikun armat il-ħin kollu l-Għadira fil-Mellieħa jbiegħ varjetà kbira ta’ ħaxix, oġġetti u xorb u pparkjat ħdejn bus stop fit-tarf tal-Għadira meta dan qed jikser ir-regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f'sitwazzjoni meta wieħed ikun jaf li hemm ksur ta' liġi dan jista' jagħmel rapport dirett lil-pulizija biex tieħu l-azzjoni neċessarja.
Rigward il-każ inkwistjoni l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mressaq lill-pulizija li nfurmawna li meta għamlu l-ispezzjoni tagħhom fil-passat sabu li l-vettura kienet 12 il-metru ‘l bogħod mill-
bus stop
u l-ipparkjar tagħha ma kienx qed jikser ir-regolamenti tat-traffiku. Barra minn hekk il-vettura qed tkun ipparkjata aktar minn 50 metru bogħod minn stabbilimenti kummerċjali oħra.
Fl-aħħar spezzjoni li saret mill-Pulizija fit-23 ta' Novembru ma nstabet l-ebda irregolarità.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8313 u jgħid x’passi konkreti ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-Triq il-Pont li 18-il xahar ilu ċediet f’Santa Maria Estate fil-Mellieħa u nħarget Enforcement Order ECF00021/08 u r-residenti gew imwegħda li minbarra li tissewwa l-ħsara kollha meħtieġa, il-wied jerġa’ jiġi għal li kien bit-tħawwil tas-siġar mitlufa, il-bini tal-ħitan li waqgħu u t-tneħħija tal-ħaxix ħazin? L-awtorità meta se tara li jittieħdu l-passi mwegħda peress li minkejja li għadda ħafna żmien s-sit għadu maqlugħ u ikrah?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tablet ill-Perit inkarigata mix-xogħol sabiex tħejji rapport dwar kif din il-parti tal-wied se titranġa lura għall-istat oriġinali. Skond id-diskussjonijiet li saru, l-ħsara kellha tissewwa u s-sit kellu jiġi rranġat biex l-ekoloġija tal-post tkun tista’ tibda tirriġenera waħidha b’mod naturali.
Dan ir-rapport kien tħejja u kien ġie approvat mill-MEPA. Minn spezzjoni riċenti, jirriżultà li x-xogħlijiet ta’ restawr ambjentali li kellhom isiru, inkluża t-tiswija tal-ħitan, diġà seħħew b’mod sodisfaċenti u għalhekk l-każ ta’ infurzar (ECF 021/08) jista’ jingħalaq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8316 u jgħid kemm kien hemm każi s'issa ta' persuni li abbużaw billi ħadu fondi ta' l-Unjoni Ewropea ta' għajnuna għall-bdiewa meta applikaw fuq għelieqi li wara rriżulta li m’għandhomx titlu fuqha? Kemm kienu l-ammont ta’ fondi li ngħataw? X’passi ttieħdu dwar dawn l-abbużi? X’xogħol isir biex meta jiġu proċessati l-applikazzjonijiet jiġi verifikat ukoll jekk l-art li fuqha ssir l-applikazzjoni għandhomx titlu fuqha?