Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu xogħol ta' care competence teachers? F'liema kulleġġi jinsabu u f'liema oqsma qed jaħdmu? Kemm huwa stmat li jqattgħu ħin f'kull kulleġġ dawn l-għalliema? Kemm huwa stmat li jieħdu ħsieb studenti kull wieħed minn dawn il-care competence teachers u kemm iqattgħu ħin ma' l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm 6 persuni li qed jagħmlu xogħol ta’ Core Competence Teachers li jaħdmu fl-iskejjel primarji ta’ dawn il-Kulleġġi: San Benedittu, Santa Margerita, Santa Klara, San Injazju, San Ġorġ Preca u San Tumas More.
Kemm jista’ jkun il-Core Competence Teachers iqattgħu ġurnata fil-ġimgħa f’kull Kulleġġ.
Bħalissa l-għalliema huma impenjati biex jiġbru l-informazzjoni fuq it-tfal u l-bżonnijiet individwali tagħhom skont iċ-checklists.
Il-ħin li jqattgħu ma’ l-istudenti jvarja skont il-bżonnijiet individwali tat-tfal.
borża ta' studju fl-iskema MGSS — ħlasijiet lill-universitajiet mhux mħallsa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' persuni li ngħataw borża ta' studju fl-iskema MGSS u kien hemm qbil li jsiru l-ħlasijiet lill-universitajiet fejn qed isir l-istudju? Tista' tgħid jekk bħalissa hux qed isiru l-ħlasijiet dovuti għal xi raġuni jew oħra bil-konsegwenza li l-persuni milquta ma jkunux jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskema Malta Government Scholarships Scheme (Postgraduate) hemm qbil li jsiru l-ħlasijiet lill-Universitajiet dwar 141 borża ta’ studju.
Bħalissa hemm każ wieħed fejn il-ħlasijiet qed jintalbu lura minħabba ksur tar-Regolamenti.
deċiżjoniet mill-ogħla uffiċjali fid-direttorati edukattivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja li s-sistema tal-kulleġġi nħolqot biex tiddeċentralizza s-sistema edukattiva u iżjed deċiżjonijiet jittieħdu direttament qrib l-iskejjel, hemm ħafna deċiżjonijiet li għadhom jittieħdu mill-ogħla uffiċjali fid-direttorati edukattivi jew mill-ministeru u hekk qed ixejnu l-proċess ta' devoluzzjoni li nbeda fis-sistema edukattiva mill-1995?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dak li qed jiġi allegat fil-mistoqsija parlamentari mhux minnu. Kull deċiżjoni ewlenija ilha għal dawn l-aħħar sentejn tiġi diskussa u tittieħed fl-Education Leadership Council li huwa kompost mid-Diretturi Ġenerali u mid-Diretturi u Prinċipali tal-Kulleġġi. Fejn ikun opportun, ċerti materji jiġu diskussi anke fil-kunsilli tal-kapijiet u dawn jagħtu feedback lura lill-Education Leadership Council.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jidħlu suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji? Fejn wasal ix-xogħol biex jidħlu dawn is-suġġetti? Liema suġġetti hemm il-ħsieb li jiddaħħlu? Min hemm involut fil-proċess biex jiddaħħlu dawn is-suġġetti vokazzjonali u ġie maħtur mill-Ministeru jew mid-direttorat biex jitmexxa dan il-proċess? Hemm xi barranin imdaħħlin? Min huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorati Edukattivi kontinwament jesploraw kif jistgħu itejbu l-proviżjoni edukattiva fl-iskejjel. Ir-riforma u l-iżvilupp fid-dinja tal-lum jesiġu li wieħed jikkonsidra firxa ta’ suġġetti li għandhom jiġu offruti lill-istudenti. Din hija wkoll id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa d-Direttorati qed jaħdmu internament il-possibilta’ li studenti jkollhom opportunita’ għall-firxa aktar wiesgħa ta’ suġġetti. Dan qed isir b’konsultazzjoni preliminarja fost l-uffiċċjali fid-Direttorati, ukoll ma’ kollegi internazzjonali fosthom Pearson Education li huma ibbażati fl-Ingilterra. Dan kollu hu marbut max-xogħol li għaddej fir-review tal-Kurrikulu Nazzjonali.
Peress li huwa kruċjali li biex jinkiseb suċċess edukattiv għandu jkun hemm l-aħjar relazzjonijiet mal-union li tirrapreżenta lill-għalliema f'pajjiżna, tista' l-Ministru tgħid x'beħsiebu jagħmel il-Ministeru fiż-żmien li ġej biex ifejjaq u jtejjeb ir-relazzjonijiet ħżiena li hemm mal-Malta Union of Teachers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru u d-Direttorati dejjem kellhom u dejjem ser ikollhom il-bibien miftuħa għal kwalunkwe Union li tixtieq taħdem għall-ġid tal-edukazzjoni f’pajjiżna. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jaħdem ma’ bosta Unions, apparti l-M.U.T., fosthom il-U.Ħ.M., il-G.W.U., l-U.M.A.S.A., l-M.A.M., l-M.U.M.N., u dawn kollha jafu li l-Ministeru dejjem dispost għal laqgħat ta’ diskussjoni.
skema MGSS — persuni li għadhom jitħallsu l-paga tagħhom
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ngħataw borża ta' studju fl-iskema MGSS li jaħdmu mal-Gvern u waqt iż-żmien tal-istudju tagħhom qed ikomplu jitħallsu l-paga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm 35 persuna li ngħataw borża ta’ studju fl-iskema Malta Government Scholarships Scheme (MGSS) li jaħdmu mal-Gvern u waqt iż-żmien tal-istudju tagħhom qed ikomplu jitħallsu l-paga.
skema MGSS — persuni li qed jagħmlu dottorat fuq bażi part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ngħataw borża ta' studju fl-iskema MGSS li qed jagħmlu dottorat fuq bażi part-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onor. Membru li hemm 31 persuna li ngħataw borża ta’ studju fl-iskema Malta Government Scholarships Scheme (MGSS) li qed jagħmlu dottorat fuq bażi part-time.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi pjan biex il-PGCE jitwal għal sentejn? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li tidħol din il-bidla? X'inhi r-raġuni għal din il-bidla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Le, m’hemm ebda pjan biex il-kors tal-PGCE jitwal għal sentejn.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien se jkun jikkonsisti x-xogħol tal-Precincts Officers fil-kulleġi? X'riżorsi ngħataw biex jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dmirijiet tal-Precincts Officers fil-Kulleġġi huma kif hemm imniżżel fis-sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 18,415 tat-8 ta’ Mejju 2009 (paġni 3883 u 3884, para. 6) u fil-Job Description tagħhom.
Il-
Precincts Officers
fil-Kulleġġi ingħataw dawn ir-riżorsi biex jaħdmu:
Riżorsi Umani
Ingħataw l-inkarigu tal-ħaddiema tekniċi u ġenerali li hemm fl-iskejjel. Ser ikollhom ukoll responsabbilita’ tal-ħaddiema tekniċi li għadhom jitmexxew b’mod ċentrali.
Għodda
Ingħataw l-inkarigu li jaraw li l-ħaddiema tagħhom jużaw b’mod għaqli l-għodod tal-iskejjel tal-Kulleġġi. Ma’ dawn iridu jiżdiedu l-għodod l-oħra li qed jintużaw ukoll b’mod ċentrali. Ser jinxtara ammont sostanzjali ta’ għodda oħra biex kull kulleġġ ilaħħaq mat-talbiet li jkollu għal xogħlijiet żgħar u medji.
Għodda Amministrattiva
Qed jingħataw taħriġ kontinwu ta’
leadership
u
management skills
, biex jgħarfu jmexxu l-ħaddiema li għandhom taħt ir-responsabbilita’ tagħhom. Ingħataw laptop u qed jingħataw taħriġ professjonali fl-użu tiegħu biex jgħinhom jamministraw b’mod aktar effiċjenti x-xogħol tagħhom.
skejjel primarji u sekondarji — edukazzjoni fiżika
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jagħmlu edukazzjoni fiżika kull ġimgħa l-istudenti fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond iċ-ċirkulari DCM 28/2007 hu indikat li l-istudenti kollha tal-primarja jagħmlu sagħtejn edukazzjoni fiżika fil-ġimgħa. Ħafna skejjel qed jagħmlu żewġ lezzjonijiet fil-ġimgħa b’uħud jilħqu l-miri hekk kif imniżżla fiċ-ċirkulari.
Fl-iskejjel sekondarji, fl-ewwel sentejn, l-istudenti qed ikollhom żewġ lezzjonijiet fil-ġimgħa filwaqt li fl-aħħar tliet snin qed ikollhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa.
xogħol biex fil-Parlament jitressaq l-Abbozz tal-Edukazzjoni Ogħla
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol biex fil-Parlament jitressaq l-Abbozz tal-Edukazzjoni Ogħla li kellu jitressaq sa Ġunju 2009? Meta hemm il-ħsieb li jitressaq dan l-abbozz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Preżentement qed issir ħidma biex jitfassal l-Abbozz għall-Edukazzjoni Ogħla u dan bil-għan li jitressaq fil-Parlament l-aktar kmieni possibbli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14912 u l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 14786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skond il-liġi?
Jista' l-Prim Ministru bħala Kap tas-Servizz Ċivili jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14911 u 14752 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Contracts of Service, tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-perjodu tal-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?
Riżorsi finanzjarji u umani — prinċipali ta' kulleġġi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-riżorsi finanzjarji u umani li ngħataw f'dawn l-aħħar sentejn lil kull prinċipal ta' kull kulleġġ biex ikun jista' jwettaq ħidmietu? Fiex kienu jikkonsistu dawn ir-riżorsi finanzjarji u umani u għal liema skopijiet intużaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid minn issa sas-sena 2013, liema skejjel ġodda hemm il-ħsieb li jinbnew f'Malta u f'Għawdex u f'liema lokalità hemm il-ħsieb li jinbnew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa qed jinbnew skejjel sekondarji fil-Mosta u f’Għawdex. Hemm ukoll ħsieb li sal-2013 tinbena skola oħra fil-Ħandaq, limiti ta’ Ħal Qormi, skola sekondarja għal bniet.
Skejjel primarji u sekondarji — xogħol ta' manutenzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul din is-sena liema skejjel primarji u sekondarji f'Malta u Għawdex hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni u f'kull skola fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol ta' manutenzjoni u tisbiħ li se jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol ta’ manutenzjoni li jsir matul is-sena hu dak li jinqala’ minn żmien għal żmien, skont il-bżonn ta’ kull skola li tkun.
Issa li kull kulleġġ għandu l-
College Precincts Officer
, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Kapijiet tal-Iskejjel, jiddeċiedu l-prijorità ta’ manutenzjoni u tisbiħ ta’ natura żgħira u medja meħtieġa, taħt id-direzzjoni ġenerali tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ aktar estensiv isir taħt id-direzzjoni tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi b’responsabbilità tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex hemm prinċipali ta' kulleġġi li qed jiġu ppreferuti fuq prinċipali ta' kulleġġi oħra u jingħataw iżjed riżorsi biex jaħdmu bihom, liema prattika tista' tagħti l-impressjoni lit-tfal tal-kulleġġi kollha mhumiex stmati indaqs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-riżorsi li għandhom id-Direttorati huma mqassma b’mod ċar fost il-Kulleġġi. Nitlob l-Onor. Interpellant jiċċara xi jfisser meta qed jitkellem fuq riżorsi. Qiegħed jirreferi għar-riżorsi umani, riżorsi finanzjarji jew xi xorta oħra ta’ riżorsi.
Id-Diretturi huma impenjati biex jibqgħu jittrattaw lill-istudenti kollha ndaqs.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Programm Edukattiv Individwali, jekk tfassal, għat-tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tfassalx b’konsultazzjoni mal-ġenitur, għalliem, LSA u professjonisti /NGO kif rakkmandat mill-Istatementing Moderating Panel fid-29 ta’ Ottubru 2009? Tista’ tgħid ma’ min, minn dawn, saret il-konsultazzjoni u meta saret?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif ġie spjegat f’Mistoqsija Parlamentari Numru 15098, il-Programm Edukattiv Individwali ma setgħax isir s’issa. Madankollu, ġie żviluppat “
Behaviour Modification Programme
” biex tiġi modifikata l-imġieba tat-tifel billli kien ta’ periklu għalih innifsu u għal xi studenti oħra fl-iskola. Kien hemm diversi laqgħat bejn l-għalliema, l-Learning Support Assistant u professjonisti biex tiġi ppreparata
timetable
, bażi Programm Edukattiv Individwali apposta għal dan l-istudent. L-edukaturi qed joħorġu bi proposti dwar x’għandu jsir għall-ġid ta’ dan l-istudent. Involuti hemm ukoll l-istudent stess u ommu biex niskopru l-aħjar mod kif għandna naħdmu miegħu. Laqgħat/konsultazzjonijiet differenti saru nhar it-13/11, 16/11, 20/11, 26/11, 3/12, 8/1, 15/1, 27/1, 28/1, 29/1, u 4/2. Hemm ippjanat
Case Conference
oħra fil-ġranet li ġejjin. L-iskola tittama li l-ġenitur tikkopera aktar u tieħu lit-tifel għas-sessjonijiet li jkollu bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid f’liema stadju ta’ żvilupp u twettiq wasal il-Programm Edukattiv Individwali tat-tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jekk tfassal wieħed għalih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif ġie spjegat f’Mistoqsija Parlamentari Numru 15098, il-Programm Edukattiv Individwali ma setgħax isir s’issa. Madankollu, ġie żviluppat “Behaviour Modification Programme”. Dan il-programm tfassal apposta għall-istudent imma madanakollu billi l-imġieba hija imprevedibbli, filli jkun fil-klassi u filli jkun irid imur f’kamra tiegħu speċi ta’ withdrawal room, fejn saru ħafna provisti għalih, dan il-programm jieqaf diversi drabi. L-imġieba tal-istudent ħafna drabi tkun dik ta’ rabbja u aggressivita’ jekk xi ħadd jopponih, madanakollu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena għamilhom ukoll u mar mhux ħażin. Hu għadda minn kollox barra mill-Istudji Soċjali. Dan juri li bi ftit aktar rieda tajba u sforz jasal biex jgħaddi mill-eżami tal-Junior Lyceum li jrid jersaq għalih fi żmien xahrejn oħra. Hemm diffikultà li l-ġenitur mhux dejjem qed issegwi l-pariri tal-professjonisti. It-tifel għandu bżonn is-servizz taċ-Child Guidance Clinic, imma l-ġenitur s’issa ġieli rrifjutat dan is-servizz.