Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal b'diżabilità fl-iskejjel post-sekondarji:
a) statali;
b) tal-Knisja;
ċ) indipendenti
f'Malta u f'Għawdex, skola b'skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ tfal b’diżabilità li hemm fl-iskejjel post-sekondarji huwa hekk:
Numru ta’ Studenti
Skola Sekondarja Ogħla fin-Naxxar
20
Skejjel Indipendenti
Xejn
Skejjel tal-Knisja
3
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-snin 2008 u 2009 l-Awtorità tax-Xandir kemm sabet każijiet fejn stazzjonijiet lokali kisru l-kodiċi għall-protezzjoni tal-minuri? Liema każijiet kienu dawn u x'kienet id-deċiżjoni tal-awtorità f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2008 u 2009 l-Awtorità tax-Xandir iddeċidiet żewġ akkużi b’konnessjoni ma’ ksur tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri:-
2008
Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ir-reklam ta’ Sprite fil-bulettin ta’ l-Aħbarijiet tat-8 ta’ Lulju, 2008
Il-Kap Eżekuttiv akkuża lill-istazzjoni bi ksur tal-paragrafi 6(d), 8 u 20(a) tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri u l-Artikolu 21(1) ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li dehru xeni li jinvolvu akrobazija ta’ natura perikoluża fil-ħin li jkunu qed jaraw it-tfal. L-Awtorità kienet innutat illi dan ir-reklam kien fih element inerenti ta’ periklu għat-tfal u għalhekk mhux addattat biex tarah udjenza ta’ tfal, l-Awtorità wara li rat Artikolu 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir widdbet lill-TVM biex ma jxandarx dan ir-reklam qabel id-9.00 p.m. ħalli l-interessi tat-tfal jiġu salvagwardjati.
2009
Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ir-reklam Have a Look li xxandar fl-1 ta’ Frar, 2009
Il-Kap Eżekuttiv akkuża lill-istazzjon bi ksur tal-paragrafu 6(b) tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri peress li dan ir-reklam kien jinkoraġġixxi lill-minuri jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jixtru kostumi tal-Karnival. L-Awtorità sabet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata madanakollu fiċ-ċirkostanzi tal-każ u ċioé li l-produttur ammetta l-akkuża u li din kienet l-ewwel darba li f’karriera estensiva ta’ xandir il-produttur kien kiser il-liġi tax-Xandir, iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon.
Tista' l-Ministru tgħid kemm irċieva sejħiet fuq il-hotline għall-abbużi tat-tfal l-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal matul is-snin 2008 u 2009? X'tip ta' abbużi kienu qed jirrapurtaw dawn is-sejħiet? X'passi ttieħdu dwarhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-hotline għall-abbużi tat-tfal ma jagħmilx parti mill-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.
Talba mill-kapijiet tal-iskejjel biex tfal jiġu statemented
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bħalissa li qed jistennew li jiġu statemented wara li saret talba mill-kapijiet tal-iskejjel biex jingħataw għajnuna? Kemm ilhom jistennew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru totali ta’ tfal li bħalissa qed jistennew li jiġu statemented huwa ta’ 908, li huma mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti. Minn dawn hemm min ilu jistenna kważi tliet snin imma dan ma jfissirx li mhux qed jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn. Dawn diġà qed jibbenefikaw mir-riżorsi li diġà hemm fil-klassi u fl-iskola. Fost dawn it-tfal m'hemmx tfal b’diżabilità.
Numru sostanzjali minn dawn il-każijiet għadhom fuq il-lista ta’ stennija għaliex ma ppreżentawx id-dokumenti kollha meħtieġa sabiex isir
assessment
.
sejħa għall-offerti għall-bini ta' pixxina f'Għawdex
Question
B'referenza għal dak li ġie rappurtat fil-media dwar it-tieni sena ta' ħidma tal-Ministeru tagħha u partikolarment dak mistqarr minnha li hemm il-ħsieb li tinbena pixxina biswit il-kumpless sportiv, tista' l-Ministru tgħid permezz ta' liema sejħa għall-offerti se jsir dan il-proġett u permezz ta' liema sejħa għall-offerti sar it-tqattiegħ tal-blat u l-iskavar relattiv għall-istess għan? Tista' tgħid ukoll kemm hu maħsub li se jiġi jqum dan il-proġett interament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa issa ħarġet sejħa għall-offerti għal 'Technical Consultancy and Assistance for the Design of the Mechanical, Electrical and Environmental systems for the Gozo Natatorium'.
Ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti għat-tqattiegħ ta' blat u skavar. Kuntrarju għal kif kien irrapurtat fuq il-mezzi tax-xandir, ix-xogħol ta' skavar qiegħed isir maġenb il-Kumpless Sportiv f'sit ta' terzi persuni.
Il-proġett kollu huwa stmat li se jiswa €4.2 miljuni.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta' kif intnefqu l-allokazzjonijiet finanzjarji għal-Line Items fl-Estimi tal-Ministeru tagħha 5006 Premju Letterarju u Sussidji u 5436 Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti għas-snin 2008 u 2009 rispettivament, filwaqt li tagħti breakdown dettaljat ta' kif inhu previst li jintnefqu l-allokazzjonijiet rispettivi għall-istess Line Items għas-sena 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru bħala Kap tas-Servizz Ċivili jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15560, 15209, 14911 u 14752 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Contracts of Service, tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-perjodu tal-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata għandu kuntratt li jiskadi fit-23 ta’ Marzu 2014 għalkemm dan il-kuntratt jista’ jiġi terminat fil-każ li jkun hemm bidliet fil-persuni li jokkupaw l-pożizzjonijiet ta’ Prim Ministru jew ta’ Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin. Meta jiskadi jew jiġi terminat il-kuntratt l-individwu huwa intitolat għal Terminal Benefit u Transitional Facility li jinħaddmu fuq il-prinċipji stabbiliti għal Ministri.
Il-kundizzjonijiet finanzjarji huma bbażati fuq salarju li huwa ekwivalenti għal Skala 1 + 10%; l-individwu mhux intitolat għal
Performance Bonus
.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-aħħar contract of service li kellha l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fil-vesti tagħha ta' Kap Eżekuttiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-contract of service tal-persuna li dettalji tagħha qed jinbtagħtu separatament, mal-Malta Enterprise?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Entitajiet governattivi permessi li jissellfu minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat, lista tal-entitajiet kollha governattivi li minn Ġunju 1987 sal-lum, ingħataw il-permess mill-istess Ministeru biex jissellfu minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji kemm lokali kif ukoll barranin, filwaqt li jgħid x'inhu l-massimu li kull entità hi permessa tissellef?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Remunerazzjoni ta' kapijiet eżekuttivi u diretturi eżekuttivi
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista tal-kapijiet eżekuttivi u diretturi eżekuttivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha filwaqt li tgħid għall kull persuna x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom inkluż benefiċċji u perkaċċi oħra b'mod individwali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm dehru addoloxxenti quddiem il-Juvenile Court matul is-snin 2008 u 2009? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom u biex kienu akkużati? X'kienu s-sentenzi li ngħataw? Kemm hemm każijiet pendenti quddiem din il-qorti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2008 u 2009 tressqu 157 u 33 adoloxxent quddiem il-Qorti tal-Minorenni (Malta) u Ghawdex rispettivament, li l-età tagħhom tvarja bejn it-13 u s-17-il sena. Infurmat ukoll li bħalissa b'kollox hemm 15-il każ pendenti.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament tal-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:15885 - Juvinile Court - Sentenzi u kazijiet Pendenti.doc
Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu care orders matul is-snin 2008 u 2009? X'kienu r-raġunijiet? Liema aġenziji ġew imqabbda jieħdu ħsiebhom? Kemm hemm każijiet pendenti li qed jiġu kkunsidrati biex jinħarġu care orders?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15280 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li hemm persuni li ngħataw art pubblika f'Tal-Ibraġġ, fil-Mellieħa (bejn il-Mellieħa u Selmun) biex jibnu f'inħawi li sas-sena 2006 kien Outside Development Zone? Min huma l-persuni li se jibbenefikaw minn din id-deċiżjoni u kemm se jingħataw art?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15282 u jgħid xi kriterji użat l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tapprova l-proġett ta' park tal-famlija f'Selmun fit-12 ta' Jannar, 2010 skont il-pjan lokali meta l-inħawi huma barra miż-żona ta' żvilupp, meta tqis li l-Awtorità kienet riġida ħafna fis-snin ta' qabel meta kkunsidrat proposti ta' proġett fl-istess inħawi, imressqa mill-kunsill lokali tal-Mellieħa ta' qabel dak preżenti?
Tista' l-Ministru tgħid fid-dawl ta’ dawn l-istess ċirkustanzi u ta’ dak li ġiet ikkowtata li kienet qalet il-Ministru tal-Edukazzjoni fit-28 ta’ Ottubru, 2009 (DOI Press Release 1858), bit-titlu “Għajnuna Ewropea għall-Promozzjoni ta’ Lingwi anqas użati”, fejn l-istess Ministru saħqet li “…rridu nisfruttaw it-toroq kollha disponibbli għalina u nieħdu kull opportunità li tippreżenta ruħha fuq livell Ewropew biex insaħħu l-lingwa Maltija …”, taħsibx li d-deċiżjoni tas-Senat tal-Università ta’ Malta li jċaħħad l-użu tal-Ilsien Malti fejn mixtieq u fejn dan hu possibbli, fl-ogħla istituzzjoni edukattiva ta’ pajjiżna, mhux qed jgħin biex jiġu sfruttati t-toroq kollha disponibbli għalina u nieħdu din l-opportunità fuq livell lokali qabel dak Ewropew biex ngħinu fit-tisħiħ tal-lingwa Maltija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 15435 u għal 15428, 15431, 15432, 15433 u 15434.
Kif ġie spjegat fir-risposti ta’ qabel, l-Università tixtieq iżżomm il-bilanċ bejn l-użu tal-lingwa Ingliża li saret il-lingwa internazzjonali fid-dinja akkademika, iżda mingħajr ma tnaqqas xejn mill-importanza tal-lingwa Maltija.
kwestjoni fuq għalliem fl-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar
Question
Tista' l-Ministru tispjega kif għalliem tal-complementary fl-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, fejn hemm numru kbir ta' tfal li għandhom bżonn din it-tip ta' għajnuna, ġie eżonerat mid-dmirijiet tiegħu ta' għalliem biex jagħmel xogħol fuq proġett tal-Microsoft bl-isem ta' 'Innovative Schools', mingħajr ma ntbagħat ħadd minfloku? Tista' tispjega l-proċedura li ntużat biex dan l-għalliem tal-complementary ntgħażel biex jagħmel ix-xogħol f'dan il-proġett tal-Microsoft? Tista' tgħid x'inhuma l-kwalifiki ta' dan l-għalliem partikolari fil-qasam ta' l-ICT, ladarba qed jieħu sehem fi proġett fil-qasam ta' l-ICT?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’huwiex minnu li nbidel l-għalliem tal-Complementary Teaching mill-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, biex jagħmel xogħol fuq il-proġett tal-Microsoft mingħajr ma ġie ħadd floku. Fil-fatt, ma kien hemm l-ebda mument meta x-xogħol tiegħu ma kienx qed isir minn ħaddieħor. Il-Complementary Teaching baqa’ għaddej normali minn persuna oħra, u t-tfal kollha li għandhom bżonn għajnuna permezz tal-Complementary Teaching baqgħu jieħdu l-għajnuna meħtieġa bħal dejjem.
Dan l-għalliem partikulari huwa bniedem gradwat u intiż ħafna fil-qasam ta’ l-I.T, u aktar minn hekk, għandu kapaċita’ ta’ kif jintegra l-I.T. fil-kurrikulu tal-iskola. Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa l-iskop ewlieni għal tagħlim aħjar għall-istudenti. Peress li matul din is-sena nħolqot din l-opportunita’ lil din l-iskola għal ħidma mill-qrib mal-Microsoft, kien opportun li dan l-għalliem jintgħażel biex jaħdem fuq dan il-proġett li se jgawdu minnu mhux biss l-iskejjel kollha tal-kulleġġ iżda anki l-kulleġġi l-oħra meta din l-esperjenza tinqasam ma’ kulħadd.
Tista’ l-Ministru tara li l-amministrazzjoni tal-MCAST tinvestiga l-ilmenti mqajma minn dan il-Facebook group, (A group on Facebook entitled “We want a proper and working examination system in MCAST!” has already attracted 490 members in just a week and is still growing.
http://www.dive.com/Default.aspx?ID=72&Action=1&NewsId=70135&newscategory=36 )
Tista' l-istess amministrazzjoni tara liema huma validi minnhom u tieħu l-passi meħtieġa biex tindirizzahom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-istituti kollha tal-Malta College for Arts, Science and Technology (MCAST) hemm policy u proċeduri ċari ħafna dwar is-sistema tal-assessjar u tal-eżamijiet kollha f’kull livell. Minbarra dan, is-sistema u l-proċeduri huma standardizzati u jiġu mgħarrfa lill-istudenti kollha fl-istitut magħżul minnhom sa minn meta jingħaqdu ma’ sħabhom fil-bidu tal-istudji tagħhom f’kull sena waqt l’ hekk imsejjaħ Induction Week. Kull student li jkollu bżonn xi kjarifika dwar din il-materja jista’ dejjem ifittex l-għajnuna tal-istitut tiegħu inkella jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-counselling unit tal-istess MCAST.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15207 u 14912 u l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 14786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skond il-liġi?