Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16116 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turżimu — ramliet aċċessibli għall-perusni b'diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet tat-turiżmu sabiex ramliet kbar bħall-Għadira, Golden Bay, Marsalforn, Birżebbuġa u r-Ramla l-Ħamra jsiru totalment aċċessibbli billi jsiru passaġġi tal-injam li fuqu jista' jgħaddi siġġu tar-rotti mid-dħul tal-bajja sal-baħar u li jkunu jistgħu jintużaw mhux biss minn persuni b'diżabilità iżda ukoll ġenituri bit-trabi u anki anzjani? X'passi hemm maħsuba li jittieħdu matul din is-sena biex dawn ir-ramliet isiru aċċessibbli skont l-Access Design Guidelines (Diċembru 2006)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16122 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

awtoritajiet tal-kunsilli lokali — evalwazzjoni regolari fuq proġetti ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-awtoritajiet tal-kunsilli lokali jaċċettaw li fl-evalwazzjoni regolari li ssir tal-ħaddiema tal-kunsilli lokali jidħlu ukoll key performance indicators dwar kemm faċilitajiet fil-lokalitajiet qed isiri aċċessibbli meta jinbnew proġetti ġodda, il-latrini eżistenti, it-trasport użat mill-kunsilli, marki fit-toroq quddiem ir-rampi tal-bankini, kull zebra crossing anki eżistenti tkun bir-rampi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hi l-policy tal-gvern li kull post pubbliku ikun aċċessibbli għal kulħadd u għal dan il-għan inħarġu skemi kemm is-sena l-oħra kif ukoll din is-sena. Qed tingħata prijorità lill-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsilli Lokali sabiex dawn ikunu fully accessible. Ir-responsabbilità li jsir ix-xogħol taqa’ fuq is-Segretarju Eżekuttivi rispettivi li issa saru uffiċjali pubbliċi. Għaldaqstant billi dawn għandhom il-grad ta’ Senior Manager , hemm il-ħsieb li l-evalwazzjoni ( performance management programme ) isir l-ewwel mill- immediate supervisor tagħhom (is-Sindku) u diskussa mill-Kunsill, u wara tiġi evalwata għall-marka finali mid-Direttur għall-Gvern Lokali.
Leg 11 PQ #16124 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Memo lill-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk intbagħtitx memo lill-kunsilli lokali kollha dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom persuni b'diżabilità fil-lokalitajiet kollha? Jista' jpoġġi kopja ta' din il-memo fuq il-Mejda tal-Kamra? X'passi ttieħdu bejn Jannar u Marzu 2010 biex jaraw x'sar mill-kunsilli lokali biex jibdew jindirizzaw il-punti mqajma fil-memo?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal dawn l-aħħar sentejn ġew mnedija skemi għall-Kunsilli Lokali dwar Aċċessibilità aħjar fil-lokalitajiet. Fil-fatt ħarġu żewġ Memos, waħda fis-6 ta’ April 2009 (Memo 24/2009) u l-oħra fis-7 ta’ Jannar 2010 (Memo 7/2010) li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn l-iskemi kienu intiżi biex titjieb l-aċċessibiltà kemm fl-uffiċini amministrattivi tal-Kunsilli jew f’xi bini ieħor amministrat mill-Kunsill, kif ukoll fi spazji pubbliċi. Għas-sena 2009, kienu ibbenefikaw 26 Kunsill kif inhu indikat hawn taħt: Kunsill Lokali Ammont € Il-Birgu 10,000.00 L-Isla 3,937.50 Bormla 10,000.00 Ħal Qormi 9,934.13 Ħaż-Żabbar 4,800.00 Iż-Żejtun 10,000.00 Il-Furjana 7,951.00 Għajnsielem 10,000.00 L-Għarb 9,322.00 Ħal Għarghur 9,750.00 Ħal Għaxaq 8,780.32 Ħal Kirkop 9,793.00 Ħal-Luqa 10,000.00 Il-Marsa 10,000.00 L-Imġarr 10,000.00 L-Imqabba 6,950.15 Paola 5,253.25 Pieta 10,000.00 Ir-Rabat (M) 10,000.00 San Ġiljan 10,000.00 San Pawl il-Baħar 4,973.95 Ta' Sannat 8,838.80 Santa Venera 10,000.00 Ix-Xagħra 10,000.00 Iż-Żurrieq 8,500.00 Ix-Xewkija 10,000.00 TOTAL 228,784.10 Għall-iskema tal-2010 daħlu 37 applikazzjoni (34 Kunsill). Bħalissa qed issir l-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jara illi l-Kunsilli li jkunu ħadu l-fondi fuq dawn l-iskemi, iwettqu x-xogħol li ngħataw il-flus għalihom fl-iqsar żmien possibbli.

Żgħażagħ b'diżabilità — kors tal-Pathway fiċ-Ċentru MCAST

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilità li qed jattendu l-kors tal-Pathway fiċ-Ċentru MCAST fin-Naxxar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minn din is-sena akkademika il-kors tal-Pathway beda jiġi offrut mill-kampus prinċipali f’Raħal Ġdid kif ukoll għall-ewwel darba fiċ-Ċentru tax-Xewkija f’Għawdex. F’Malta jattendu dsatax-il student b’diżabilità li jitqassmu f’erbatax tal-ewwel sena u f’ħamsa tat-tieni sena, filwaqt li f’Għawdex jattendu sitt studenti tal-ewwel sena.

Kunsill Malti tal-Kwalifiki — programmi edukattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-esperjenza edukattiva li tingħata lill-persuni b'diżabilità fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Kemm hemm għalliema involuti f'din il-ħidma edukattiva? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programmi edukattivi imfasslin għal dawn iċ-ċentri? Kemm qed jingħataw taħriġ formali u informali li jwasslu għal xi forma ta' ċertifikazzjoni mill-Kunsill Malti tal-Kwalifiki?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għalkemm iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum Għal Persuni b’Diżabilità mhumiex skejjel, taħriġ jingħata fuq diversi livelli. Għal xi żmien id-Dipartiment tal-Edukazzjoni kien joffri s-servizz ta’ tliet għalliema sabiex il-klijenti taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ikollhom follow up fuq it-taħriġ akkademiku li jkunu akkwistaw ġo l-iskejjel li kienu jattendu fihom qabel. Dan is-servizz waqaf minħabba li l-għalliema li kienu allokati maċ-Ċentri għażlu li jieqfu minn dan ix-xogħol. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mad-Direttorati tal-Edukazzjoni biex possibiliment jiġu allokati għalliema oħra għal dan il-għan. Madankollu dan it-tip ta’ taħriġ għadu jingħata mis- support workers fuq livell ta’ programmi kif maqbula mal-istess għalliema. Programmi oħra li jingħataw fiċ-ċentri jinkludu – computer skills , kif ukoll taħriġ għall-iżvilupp għall-ħiliet għal ħajja indipendenti. Dan it-taħriġ bl-ebda mod ma jwassal għal xi forma ta’ ċertifikazzjoni mill-Kunsill Malti tal-Kwalifiki però huwa mmirat li jgħin lil klijenti sabiex ikollom il-possibiltà ta’ ħajja iktar indipendenti kif ukoll ħajja ta’ kwalità aħjar. Il-programmi kollha huma mfassla skont il-potenzjal u x-xewqa ta’ kull persuna li tattendi ċ-ċentri. Kopja tal-programm ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li l-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki jinkorpora wkoll livelli li anke persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal xi livell li jgħinhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Għaldaqstant, il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki se jibda’ taħditiet mal-Kummissjoni għal persuni b’diżabilità biex dawn il-livelli jkunu ikkontestwalizzati għal ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn il-persuni.

Kunsill Malti tal-Kwalifiki — persuni b'diżabilità kwalifikati għad-dinja tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu mill-Kunsill Malti tal-Kwalifiki biex il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki jieħu ħsieb ifassal il-livelli b'mod li anki persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal xi livell li jgħinhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki jinkorpora wkoll livelli li anke persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal xi livell li jgħinhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Għaldaqstant, il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki se jibda’ taħditiet mal-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilità biex dawn il-livelli jkunu ikkontestwalizzati għal ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn il-persuni.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — Bajja tal-Għadira aċċessibli

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħadet s'issa u x'riżultati kellha l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità biex il-Bajja tal-Għadira ssir aċċessibbli u biex ikun hemm spazji riservati għall-persuni b'diżabilità għall-parkeġġ tal-karozzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) qiegħda f'kuntatti mal-Malta Tourism Authority (MTA) sabiex jintlaħaq livell raġonevoli ta' aċċessibilità fil-bajjiet tar-ramel. Il-proposta tal-MTA li ġiet aċċettata mill-KNPD, hija li jsir proġett pilota billi jinxtraw żewġ siġġijiet tar-roti li jimmanuvraw permezz ta' balloon tyres u li jistgħu jittrasportaw persuni b'nuqqas ta' mobilità fil-baħar. Dan il-proġett pilota jista' jsir f'waħda mill-bajjiet. Jekk dawn jirriżultaw tajbin, imbagħad jista' jiġi kkunsidrat li jinxtraw tnejn minn dawn it-tip ta' siġġijiet tar-roti għal kull bajja. Il-KNPD tħoss li dan huwa pass pożittiv 'il quddiem u li jkompli jinkoraġġixxi biex aktar persuni b'diżabilità jgħixu ħajja aktar indipendenti. Rigward parkeġġi riservati għall-persuni b'diżabilità fil-bajja tal-Għadira, il-KNPD tirrakkomanda li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tagħmel talba formali għal dawn il-parkeġġi lill-Malta Transport. Il-KNPD, min-naħa tagħha, tappoġġja din it-talba li ssir min-naħa tal-awtorità.

Titjib fiċ-Child Development Assessment Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti ttieħdu bejn Jannar u Marzu 2010 biex jitjieb is-servizz taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) billi jitrangaw l-ispazji ta’ parkeġġjar għall-użu minn familji li jużaw is-servizz tas-CDAU; jinxtara iżjed apparat għall-użu tat-tfal; ikun hemm privatezza meta jsiru sessjonijiet fil-fiżjoterapija; isiru rapporti iżjed regolari dwar il-progress tat-tfal; isiru sessjonijiet ta’ fiżjoterapija fl-iskejjel biex it-tfal ma jitilfux l-iskola; u li jerġgħu jsiru sessjonijiet nhar ta’ Sibt?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lil-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — Birkirkara - prodotti għall-persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħadet s'issa u x'riżultati kellha l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità f'Birkirkara fejn ibiegħu prodotti għall-persuni b'diżabilità, isir aċċessibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Wara li l-Qorti ddeċidiet kontra l-persuni b’diżabilità dwar il-Europharma Medical Centre ta’ Psaila Street f’Birkirkara, f’Marzu 2009, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irċeviet ilment li l-Kumpannija ċaqalqet in-negozju tagħha għal bini faċċata li ukoll ma kienx aċċessibbli għal kulħadd. Il-KNPD kitbet lis-sid, saret laqgħa u ntlaħaq ftehim li ssir applikazzjoni lill-MEPA biex jiġi stallat lift fuq ġewwa. Il-permess tad-Development Notification Order mill-MEPA ngħata f’Awwissu tal-2009. Skont ir-rapport tal-perit tal-KNPD, it-toilet li hemm f’dan il-ħanut m’huwiex aċċessibbli għal kulħadd. Waħda mill-kundizzjonijiet li tat il-KNPD lill-applikant (permezz ta' ittra mibgħuta lilu fis-6 ta' Novembru 2009 relatata mal-applikazzjoni tad-DNO) kienet li filwaqt li jistalla l- platform lift kif jidher fil-pjanti mibgħuta lill-KNPD, fl-istess ħin għandu jrendi t- toilets f'dan il-ħanut aċċessibbli għal kulħadd.

Żgħażagħ b'diżabilità fil-Junior College

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilità jattendu xi kors fil-Junior College?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti b’diżabilità li qed isegwu xi kors fil-Junior College huwa ta’ 22.

Żgħażagħ b'diżabilità fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilità jattendu xi kors fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi m'hemmx studenti li huma reġistrati bħala persuni b’diżabbilità li qed jattendu xi kors full-time. Hemm numru ta’ studenti li għandhom diżabilità, imma dawn m’għandhomx reġistrazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.

Żgħażagħ b'diżabilità fl-Università ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilità jattendu xi kors fl-Università ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa fl-Università ta’ Malta hemm 116-il student b’diżabbilità.

Żgħażagħ b'diżabilità — kors ta' taħriġ mill-Korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna persuni b'diżabilità li ħadu xi kors ta' taħriġ mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-sena 2008 u fis-sena 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ persuni b’diżabilità li ħadu xi kors ta’ taħriġ mall-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul is-sena 2008 kien ta’ 139, filwaqt li matul is-sena 2009 kien ta’ 134.

Persuni b'diżabilità — Ċentri ta' Matul il-Jum

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna persuni b'diżabilità qed jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum, x'inhi l-età tal-iżgħar persuna u l-età tal-ixjeħ persuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-Numru ta’ persuni b'diżabilità li qed jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum huwa kif jidher hawn taħt: Ċentru Numru ta’ Klienti fiċ-Ċentru Neqsin mid-Dawl 19 Kottonera 18 Fleur De Lys 66 Ħal Far 83 Wied il-Għajn 60 Mtarfa 94 Mtarfa Resource 21 Paola 23 Swatar 17 Total 401 L-età tal-iżgħar persuna hija ta’ 20 sena filwaqt li l-età tal-ixjeħ persuna hija ta’ 80 sena.
Leg 11 PQ #15977 Sitting 207 2010-04-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema/Gzira — Rue D'Argens, Pompa tal-Petrol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15559, 15207 u 14912 u l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 14786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skont il-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema ilha topera minn qabel l-1992. Il-permess tal-liċenzja kien maħruġ mill-Enemalta Corporation, u għalhekk ma kellhiex bżonn permess għal żvilupp mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. F’applikazzjoni għal xogħolijiet ta’ titjib skont ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea, liema applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata, kemm l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, kif ukoll l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, kif ukoll l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma sabu l-ebda oġġezzjoni.

Kindergarten — tfal b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal b'diżabilità fiċ-ċentri tal-kindergarten statali f'Malta u Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru totali ta’ tfal b’diżabilità fiċ-ċentri tal-kindergarten statali huwa 159. Dawn huma maqsumin 148 f’Malta u 11 f’Għawdex.

Tfal b'diżabilità fl-iskejjel primarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal b'diżabilità fl-iskejjel primarji: a) statali; b) tal-Knisja; ċ) indipendenti f'Malta u f'Għawdex, skola b'skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal b'diżabilità fl-iskejjel sekondarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal b'diżabilità fl-iskejjel sekondarji: a) statali; b) tal-Knisja; ċ) indipendenti f'Malta u f'Għawdex, skola b'skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

edukazzjoni obbligatorja fi skejjel mainstream

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna studenti li bdew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom fi skejjel mainstream b'mod inklussiv iżda issa jinsabu f'xi skola speċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Studenti li bdew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom fi skejjel mainstream b’mod inklussiv iżda issa jinsabu fl-iskejjel speċjali huma hekk: Dun Manwel Attard, Wardija - 5 Guardian Angel, Hamrun - 1 Helen Keller, Qrendi - 1 Mater Dei, Msida - 1 St. Patrick’s, St. Andrews - 3 __________ Total 11