Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa — ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm joħroġ ikel kuljum mill-kċina tad-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa għal djar oħra tal-anzjani fil-pajjiż? Fis-sena 2008 u 2009 kemm intnefqu flus fuq dan l-ikel, kemm anzjani kielu minnu u f’liema djar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-kcina immexxija mill-CareMalta fid-Dar Madonna tal-Mellieħa toħroġ ikel biss għall-130 resident tal-istess dar. M'inijx f’pożizzjoni li nipprovdi informazzjoni speċifika dwar in-nefqa konnessa mal-ikel. Dan għaliex skond ftehim tal-PPP ma’ CareMalta, id-Dipartiment iħallas somma fissa fix-xahar lil CareMalta għas-servizzi kollha li tipprovdi fid-Dar Madonna tal-Mellieħa ħlief għas-servizz ta’ kura lill-anzjani, liema servizz jingħata mill-impjegati tad-Dipartiment. Inżid ngħid li CareMalta għandha ukoll servizz ta’ kċina ċentraliżżat li jingħata permezz tas- Central Processing Unit li tinsab f’ annex separata mid-dar tal-Mellieħa. F’dan l- annex jiġu proċessati madwar 800 ikla kuljum għad-Djar kollha mmexxija minn CareMalta (li jinkludu wkoll id-Djar tal-Gvern għall-Anzjani taż-Żejtun u ta’ Bormla).

Kuntrattur li jipprovdi l-ikel għad-djar tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li ffirma l-gvern mal-kuntrattur/kumpanija li tipprovdi ikel għad-djar tal-anzjani f’Malta ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-kuntratt huwa ta’ natura kummercjali u għalhekk mhuwiex possibbli li dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Stallazzjoni ta' Smart Meters

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat mal-IBM International biex jiġu stallati smart meters f'Malta u Għawdex filwaqt li jsiru stallazzjonijiet oħra meħtieġa biex tali infrastruttura tkun tista' tkun operattiva?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Titjib fiċ-Child Development Assessment Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti ttieħdu bejn Jannar u Marzu 2010 biex jitjieb is-servizz taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) billi jitrangaw l-ispazji ta’ parkeġġjar għall-użu minn familji li jużaw is-servizz tas-CDAU; jinxtara iżjed apparat għall-użu tat-tfal; ikun hemm privatezza meta jsiru sessjonijiet fil-fiżjoterapija; isiru rapporti iżjed regolari dwar il-progress tat-tfal; isiru sessjonijiet ta’ fiżjoterapija fl-iskejjel biex it-tfal ma jitilfux l-iskola; u li jerġgħu jsiru sessjonijiet nhar ta’ Sibt?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu 2010, ittieħdu dawn il-passi biex jitjieb is-servizz tas-CDAU: 1. Diġà inbeda proċess biex jinbidlu l-ispazji ta’ parkeġġ għall-użu minn familji li jużaw is-servizz tas-CDAU minħabba li bħalissa huwa diffiċli għall-persuni li jagħmlu użu mill-vetturi tagħhom biex jidħlu u joħorġu mill-vettura. Diġà ħarġet sejħa għall-offerti biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir. 2. Saret rikjesta għax-xiri ta’ 2 pacers ( gait trainers ) u Hoist għall-użu tat-tfal u qed nistennew il-konsenja tagħhom. 3. Hemm tlett ikmamar li b’sodda waħda li ilhom jintużaw għal aktar minn sentejn biex ikun hemm privatezza meta jsiru sessjonijiet tal-fiżjoterapija. 4. It-tfal li jattendu id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija tas-CDAU jiġu assessjati regolarment kemm waqt l-istess sessions u anke waqt żjajjar li jsiru fid-djar jew fl-iskejjel. Il-kura proposta dejjem tiġi diskussa mal-ġenituri li jattendu mat-tfal. Jinżammu noti ta’ kull assessment jew kura proposta u jsiru rapporti skond il-bżonn. 5. Sessjonijiet ta’ fiżjoterapija jeħtieġu faċilitajiet specjaliżżati li normalment ma ssibhomx fl-iskejjel. 6. Diġà hemm sessjonijiet mediċi u tal-fiżjoterapija nhar ta’ Sibt, għall-konvenjenza tal-ġenituri u biex it-tfal ma jitilfux l-iskola biex jiġu s-CDAU.
Leg 11 PQ #16288 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sussidju lis-sidien tal-Caravans

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-gvern jissussidja sidien ta’ caravans biex jużaw il-faċilitajiet tal-campsite fl-Aħrax il-Mellieħa minflok is-sit ħdejn Popeye Village li kien imwiegħed lilhom mis-Sindku tal-Mellieħa u fejn issa hemm applikazzjoni għal kamra tan-nar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għaddejja diskussjoni mal-kumpanija li tmexxi l-caravan site fl-Aħrax biex jiġi faċilitat servizz lil numru ta’sidien ta’ caravans.

Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa — persuni rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rikoverati bħalissa fid-Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa? Minn liema lokalitajiet ġejjin? Kemm hemm jistennew biex jidħlu f’din id-dar u minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni rikoverati bħalissa fid-Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa huwa ta’ 130. Dawn ġejjin min dawn il-lokalitajiet: Lokalità Residenti B’Buġia 1 B'Kara 7 Burmarrad 1 Dingli 1 Fgura 2 Għargħur 5 Għaxaq 1 Gudja 2 Gżira 3 Ħamrun 6 Kappara 2 Manikata 1 Marsa 3 Mellieħa 49 Mġarr 3 Mosta 10 Naxxar 1 Paola 3 Qawra 2 Qormi 2 Sliema 1 St. Julians 2 St. Paul's Bay 9 Sta. Luċija 1 Sta. Venera 5 Valletta 3 Żabbar 2 Żebbuġ 2 Total 130 In-numru ta’ anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu f’din id-dar huwa 152. Huma ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Lokalità Numru Lokalità Numru Attard 3 Mosta 10 Balzan 3 Msida 6 B’Buġia 1 Naxxar 9 B’Kara 9 Paola 5 Buġibba 4 Pieta’ 2 Burmarrad 1 Qormi 3 Fgura 2 Rabat 8 Floriana 1 San Ġwann 2 Għargħur 3 Sliema 6 Gżira 4 St. Luċija 3 Ħamrun 2 St. Paul’s Bay 11 Ħaż-Żebbuġ 2 St. Venera 3 Ibraġġ 1 St Julians 1 Iklin 1 Swieqi 2 Luqa 2 Ta’ Xbiex 2 Marfa 1 Valletta 2 Marsa 5 Żabbar 2 Mellieħa 24 Żurrieq 1 Mġarr 5 TOTAL 152

Dar tal-Anjzani tal-Mellieħa — sodod u kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod u kmamar vojta bħalissa fid-dar tal-Anzjani tal-Mellieħa u jekk hemm, għaliex qed jinżammu battala?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

kriterji biex persuna tiddaħħal fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex persuna tiddaħħal fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa? Min huma l-persuni li qed jipproċessaw l-applikazzjonijiet u qed jiddeċiedu dwarhom għad-dħul f’din id-dar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-kriterji biex persuna tiddaħħal fid-Dar tal-Madonna tal-Mellieħa huma il-bżonnijiet mediċi, il-bżonnijiet ta’ kura infermeristika u fatturi soċjali. L-applikazzjonijiet jiġu processati mill-Membri tal-Admissions Board Nazzjonali li huwa kostitwit kif ġej: Chairman: Sur Salvu Sciberras Membri: Dr Frank Bartolo Dr Anthony Fiorini Dr Ronald Fiorentino Ms Bernardette Psaila Ms Marika Spagnol Ms Antonia Micallef Segretarja: Ms Jessica Calleja Il-Bord jassessja u jagħti l-livell ta’ prijoritajiet għall-bżonn tad-dħul fir-residenzi tal-anzjani.

Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa — tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba privati li qed jagħtu servizz lill-anzjani fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa? Kif jintgħażlu dawn it-tobba?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 7 tobba privati ( General Practitioners ) li jagħtu s-servizzi tagħhom lid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa. Dawn it-tobba jintagħżlu mir-residenti stess.

Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa — struttura amministrattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi l-istruttura amministrattiva tad-dar tal-Anzjani fil-Mellieħa? Min qed imexxi u x’jiġri meta l-persuna li qed tmexxi jkollha tassenta ruħha mix-xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Mellieħa — art pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li hemm persuni li ngħataw art pubblika f'Tal-Ibraġġ, fil-Mellieħa (bejn il-Mellieħa u Selmun) biex jibnu f'inħawi li sas-sena 2006 kien Outside Development Zone? Min huma l-persuni li se jibbenefikaw minn din id-deċiżjoni u kemm se jingħataw art?

Response (FENECH, TONIO)

Kif ninsab infurmat, art privata fil-kontrada magħrufa Tas-Sellum, fil-Mellieħa, kienet ġewwa ż-Żona tal-Iżvilupp, u kienet ilha hekk għal għexieren ta’ snin, tant li f’Mejju tal-1973 kien hemm diġà permess tal-PAPB għal bini. Din l-art kienet ukoll ġiet diviża, matul is-snin, f’porzjonijiet varji. Ġara li din l-art f’Tas-Sellum ġiet imneħħija mill-MEPA miż-Żona tal-Iżvilupp sew minħabba s-sensitività ambjentali tal-kontrada/area u sew minħabba raġunijiet ekoloġiċi u anke peress li biċċiet kbar ħafna ta’ ġebel naturali kienu bdew jaqgħu b’mod naturali. Fil-fatt din l-art kienet ġiet skedata mill-MEPA fl-2000. Fid-dawl ta’ din it-tneħħija ta’ art fabbrikabbli minn tali Żona għall-Iżvilupp mill-MEPA, l-MEPA kellha tikkommetti ruħha li s-sidien effetwati jingħataw art oħra f’Tal-Braġ, Mellieħa bħala alternattiva, u minflok l-art f’Tas-Sellum. F’Mejju 2007 is-sidien effetwati (li laħqu telgħu għal 31 sid) talbu lit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern li jingħataw alternattiva u cioè l-istess daqs u l-istess numru tal-plots li kellhom oriġinarjament f’Tas-Sellum. Kwantu għad-daqs tal-artijiet effetwati, sia dik f’Tas-Sellum u sia dik f’Tal-Braġ huma circa 6,000 metru kwadrat kull waħda. Is-sidien ġew mitluba mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern biex iġibu l-permessi neċessarji mill-MEPA għall-Iżvilupp tal-art f’Tal-Braġ u huwa biss jekk u meta jingħata l-permess mill-MEPA li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tkompli tikkunsidra, skond il-liġi, it-talba ta’ dawn is-sidien. F’dak il-każ, allura, il-proposta permuta tkun tista’ ssir permezz ta’ Riżoluzzjoni Parlamentari liema Riżoluzzjoni jkollha annessa kopja ta’ kull kuntratt ma’ kull sid effetwat flimkien ma’ pjanti li jindikaw id-delineazzjoni ta’ kull plot.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Kuntratti lill-kumpanija Content House

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranini jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ??

Response (BORG, TONIO)

Mill-2003 lil hawn il-Ministeru uża s-servizz ta' Content House għal monitoraġġ ta' media internazzjonali matul xi xhur fl-2008, u matul is-sena 2009. L-offerta ta' Content House kienet irħas minn dik ta' min kien jipprovdi s-servizz qabel l-2008. Is-servizz ta' din il-kumpanija mhux qed jintuża għas-sena 2010 minħabba li ntalbu stimi ġodda u ġie magħżul l-irħas servizz provdut minn kumpanija oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Kuntratti lill-kumpanija Content House

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jew xi entità li taqa' taħtha lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ??

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti lill-kumpanija Content House

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratti li kienu ffirmati sa nofs April 2010 mal-kumpanija in kwistjoni.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratti lill-kumpanija Content House

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u risposta tingħata f' seduta oħra.
Leg 11 PQ #16157 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti lill-kumpanija Content House

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ??

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kama tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Child Development Assessment Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bħalissa li qed jingħataw xi servizz mis-Child Development Assessment Unit u fiex jikkonsisti l-personnel kollu tas-Child Development Assessment Unit biex jagħtu dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li bħalissa fis-CDAU qed jingħataw servizzi lil: Mill-aspett mediku 1344 tfal Mill-aspett ta’ Speech-Language Pathologist 64 tfal Mill-aspett ta’ O ccupational Therapy 908 tfal Mill-aspett ta’ Fiżjoterapija 400 tfal Mill-aspett ta Psikoloġija 646 tfal Il- personnel tas-CDAU kollu jikonsisti kif jidher hawn taħt: Personnel Mediku Konsulenta tal-Pedjatrija speċjaliżżata fl-iżvilupp tat-tfal u Resident Specialist. Infermiera Infermiera: 4 full time, 2 Nursing Aides , waħda minnhom fuq reduced hours (20 siegħa). Speech-Language Pathologist Hemm Speech-Language Pathologist waħda fis-CDAU. Madankollu dan is-servizz huwa sapportjat mill-i Speech-Language Pathologists fil-komunita’. Fiżjoterapisti 10 ħaddiema (jinkludu is- Senior Principal Physiotherapist ) · Ħamsa minnhom huma fuq reduced hours . · L-istess ħaddiema jipprovdu servizzi darbtejn fil-ġimgħa fl-iskola San Miguel u darbtejn oħra fl-iskola Helen Keller. · Barra minn hekk, joffru wkoll servizzi ta’ żjajjar fid-djar u fl-iskejjel mainstream , fejn jipprovdu rapporti u jattendu għall- IEP u l- MAP sessions . O ccupational Therapists: Numru ta’ terapisti li bħalissa qegħdin jaħdmu fis-CDAU: 6 Full time , 4 Reduced Hours (20 siegħa) 1 Paramedic Aide full time. Psikologi Is–servizz huwa provdut minn erba’ psikologi li bejniethom joffru 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa lil dan il–Unit. Dawn il-psikologi kollha jaħdmu f’ areas oħrajn ta’ servizz psikoloġiku fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa.

għaqdiet ta' persuni b'diżabilità — eżenzjoni mit-taxxa

Question

Peress li għaddew sentejn mindu għaqdiet ta' persuni b'diżabilità qed jitolbu biex jibqgħu ma jħallsux taxxi fuq karozzi għall-persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jilqa' t-talba ta' dawn l-għaqdiet meta jaf li d-dħul ta' dawn it-taxxi joħloq iżjed tbatija għall-familji ta' dawn il-persuni b'diżabilità? Għaliex qed idum daqshekk ma jagħti risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interepellant illi persuni b’diżabilità ilhom igawdu minn eżenzjonijiet fuq taxxa ta’ reġistrazzjoni li titħallas fuq vetturi li jiġu reġistrati l-ewwel darba għal numru ta’ snin. Matul l-aħħar sena saru laqgħat mal-Kummissjoni Persuni b’Diżabilità u persuni b’diżabilità sabiex tissaħħaħ din l-iskema. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra kopja ta’ ‘Exemption Order’ li nħarġet fl-10 ta’ Marzu 2010 li tirregola, skont termini tat-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi, l-eżenzjonijiet li jingħataw lill-persuni b’diżabilità meta jirreġistraw vettura. Sadanittant nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diskussjonijiet sabiex tibqa’ tiġi msaħħa din l-iskema, f’forma ta’ ‘Ministerial Order’, huma dejjem għaddejjin. Il-għan jibqa’ li din l-iskema tkompli tissaħħaħ sabiex igawdu iżjed persuni li verament ikollhom bżonn.

tfal jistennew biex jibdew jingħataw servizz mis-CDAU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jistennew biex jibdew jingħataw servizz miċ-Child Development Assessment Unit? Kemm ilhom jistennew u meta se jibdew jingħataw dan is-servizz ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li d-dettalji dwar is-servizzi li jingħataw mis-CDAU huma kif jidher hawn taħt: Servizz Mediku Mill-aspett mediku hemm 1344 tfal li kollha qegħdin jingħataw servizz. Speech-Language Pathologist Bħalissa ma hemmx tfal li qegħdin jistennew għal dan is-servizz. It-tfal kollha li ġew riferuti lill-i Speech-Language Pathologist kollha għandhom appuntament. It-tfal kollha li ġew riferuti sal-lum għandhom appuntament sa qabel l-aħħar ta’ Mejju 2010. Psikoloġija Hemm numru sostanzjali ta’ każijiet li qed jistennew bieix jingħataw servizz psikoloġiku ta’ assessment mis-sezzjoni tal-Psikoloġija fi ħdan is-CDAU. Dan għaliex it-talba għal dan is-servizz tisboq sew l- input psikoloġiku f’dan il-Unit. Tlabt lid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jimpjega numru ta’ psikologi klinici sabiex ikunu jistgħu jghinu f’dan is-servizz. Ninsab infurmat li hemm talba għall-ingaġġ ta’ 12-il psikologu fil-Capacity Building Exercise li bħalissa qed jiġi evalwat bejn il-Ministeru tiegħi, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ufficcju tal-Prim Minisitru. Fiżjoterapija Numru ta’ pazjenti li jircievu t-terapija: 400 Numru ta’ pazjenti fuq waiting list : 16 Data tal-iktar referral antika fuq il- waiting list : 5 ta’ April 2010 Occupational Therapists Numru ta’ tfal li bħalissa qegħdin jistennew biex jircievu s-servizz u meta huwa ppjanat li jinghataw is-servizz: Numru ta’ tfal Meta ġew referuti għas-servizz Eta’ Meta huwa ppjanat li jingħata s-servizz 32 2007 11-15 Dawn it-tfal diġa’ ntbagħtilhom l-ewwel appuntament u għal xi raguni m’attendewx. Issa qed jistennew li jircievu t-tieni appuntament. Huwa ppjanat li jingħataw is-servizz bejn Lulju-Settembru 2010 121 2008 – April 2009 3-10 Dawn huma tfal li jattendu 1-skejjel primarji tal-Gvern. Huwa ppjanat li jingħataw is-servizz sa Lulju 2010. 13 Jannar 2009 3-11 Dawn it-tfal jattendu skejjel tal-knisja jew Indipendenti. Diġa’ ntbgħatilhom l-ewwel appuntament u għal xi raguni ma attendewx. Issa qed jistennew li jircievu t-tieni appuntament. Huwa ippjanat li jingħataw is-servizz sa 1-aħħar ta’ din is-sena 2010. 101 Lulju 2009 – April 2010 5-11 Dawn it-tfal jattendu skejjel tal-knisja jew indipendenti. Huwa ppjanat li jingħataw is-servizz sa Ġunju 2011. 837 April 2009- 14 ta’ April 2010 0-16 Minn 0-3 snin diga' ingħatalhom appuntament. Minn 4-16 snin - is-servizz jingħata skond l-iskejjel ji jattendu, id-djanjozi u l-eta'. Huwa ppjanat li jingħataw is-servizz sa bejn sena u sena u nofs oħra. Is-servizz jingħata skond il-prijorita' tal-każijiet specifici. Dawn jinkludu id­dijanjozi u l-eta' tat-tfal, fost affarijiet oħra. Dawn il-pjanijiet jistgħu jinbidlu u jiddependi ħafna fuq caqlieq ta’ membri tal-istaff.