Legislature:
Category:
Reset
Active:

spezzjonijiet mis-sanita` għand dawk li jimmanifatturaw il-ġbejniet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn l-Awtoritajiet tal-Affarijiet Rurali ġewx infurmati kemm saru spezzjonijiet mis-sanità għand dawk li jimmanifatturaw il-ġbejniet? Għand min saru dawn l-ispezzjonijiet u x'irriżulta minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Id-Dipartiment ta’ Servizzi Veterinarji għamel 126 f’Malta u 16 f’Ghawdex spezjonijiet fuq ir-rziezet ta’ nagħaġ u mogħoż li l-ħalib tagħhom jintuża biex jiġu prodotti ġbejniet. Fil-preżent dawn lir-rziezet li għandhom aktar min 10 animali qed jiġu ispezzjonati biex nifformolaw liema minnhom huma f’sitwazjoni li jistgħu japplikaw għal awtorizazzjoni taħt ir-regolament 853 ta’ 2004 li jippermetilhom jikommerċjalizzaw il-ġbejniet taghhom fis-suq Ewropew jew għal esportazzjoni. Oħrajn li m'humiex interessati fl-esportazzjoni u jilħqu l-livelli neċessarji jridu jiġu kkonsidrati għall-approvazzjoni taħt ir-regolament 852 ta’ 2004 fejn jiproduċu gbejniet għas-suq lokali. Dawk il-produtturi li għandhom inqas minn 10 nagħġiet li jinħelbu, huma kkunsidrati bħala stabbilimenti ta' produzzjoni minima u tradizzjonali. Dawn l-istabbilimenti jkunu jistgħu jbiegħu biss l-ġbejniet tagħhom direttament lill-konsumatur. Għar-rigward ta’spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-saħħa, nitlob l-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Trasmissjonijiet — Digital Terrestre

Question

Minn xi gimghatejn ilu ‘l hawn, kulmin seta’ jirċievi f’daru it-trasmissjonijiet tal-Mediaset (Canale 5, Retequattro, Italia Uno) permezz tat-trasmissjoni Digital Terrestre minn Sqallija, dawn twaqqfu għax skont kif qed jingħad, qegħdin jiġu mblukkati mill-Malta Communications Authority (MCA), dawn it-trasmissjonijiet tal-ogħla kwalità setgħu jinqabdu b’biċċa aerial żgħir fuq il-bejt minn kulmin għandu sett tat-televizjoni bi tuner diġitali? Bosta ħwienet dan l-aħħar anke kienu bdew ibiegħu digital tunersli wieħed seta jwaħħlu mat-television jekk is-sett tiegħu ma jkollux tuner digitali. Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-MCA qegħda timblokka dawn it-trasmissjonijiet u jekk iva għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru . 16807.

Proċess ta' aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti

Question

Fejn wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti ppubblika mill-MITA M482/09 - 'Call for expression of interest for a strategic partnership for the provision of an E-Learning solution' liema sejħa għalqet fil-11 ta' Novembru 2009 filwaqt li jgħid kemm minn dan il-proġett sejjer ikun finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja u kemm se jkun il-ko-finanzjament lokali filwaqt li jgħid meta hi l-mira li jingħata bidu għal dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħlas ta' kummissjoni fuq xiri ta' żejt u gass

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fiż-żmien li għamlet bħala chairman tal-Enemalta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ħaditx xi ħlasijiet ta’ kummissjoni fuq xiri ta’ gass u żejt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qatt ma kien hemm xi ħlasijiet ta’ kummissjoni fuq xiri ta’ gass u żejt.

servizz tal-emerġenza fil-biċċerija darba fil-ġimgħa

Question

Jekk is-servizz tal-emerġenza fil-biċċerija se jibda jingħata biss darba fil-ġimgħa, jista' l-Ministru jgħid x’se jagħmlu dawk ir-raħħala li jkollhom xi annimal li, per eżempju, jikser siequ iżda ma jkunx marid u s’issa setgħu joqtluh u xorta joħorġuh għall-bejgħ fil-pront?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onoervoli Interpellant għat-tewġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16321.

Proġett tal-cable bejn Malta u Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-involviment tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fil-progett tal-cable link bejn Sqallija u Malta? Kemm siefret fuq dan il-progett u ma’ min iltaqgħet meta siefret fuq dan il-progett tal-Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ- Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta siefer seba’ darbiet bħala kap ta’ delegazzjoni flimkien ma uffiċċjali għolja oħra ta’ l-Enemalta għal diskussjonijiet mat-Terna. Tliet darbiet fis-sena 2008 u erba’ darbiet fis-sena 2009. Dettalji huma kif ġej: 18/06/2008 – (jitlaq filgħodu u jasal filgħaxija) 16/11/2008 – 17/11/2008 04/12/2008 – (jitlaq filgħodu u jasal filgħaxija) 02/04/2009 – (jitlaq filgħodu u jasal filgħaxija) 14/05/2009 – 15/05/2009 22/06/2009 – 23/06/2009 01/10/2009 – 02/10/2009

produtturi tal-għasel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn produtturi tal-għasel reġistrati f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fis-6 ta' Mejju 2010 fuq ir-reġistri tad-Dipartiment tal-Agrikoltura kien hemm 181 persuna reġistrata għat-trobbija tan-naħal u ż-żamma tal-imġiebaħ rispettivi tagħhom. Minn dawn 127 huma Maltin u 45 huma Għawdxin.

arranġamenti li kellha l-Enemalta mal-kumpaniji GO u Vodafone

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti kellha l-Enemalta mal-kumpaniji GO u Vodafone matul ic-chairmanship fl-Enemalta tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Għaliex kienet tippreferi lill-GO mill-Vodafone?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kważi kull servizz ta’ telekomunikazzjoni fl-Enemalta huwa mingħand GO Plc., u ħafna mill-kuntratti ta’ dawn is-servizzi ġew mogħtija lil GO (magħrufa bħala Telemalta Corporation u Maltacom plc) meta din kienet kollha, jew parti kbira minnha, proprjetà tal-gvern. Bejn 2008 u 2009 kien hemm 3 servizzi tal-mowbajl kuntrattati minn Vodafone biex l-Enemalta kienet tista’ tieħu vantaġġ minn offerti fuq apparat. Minn Lulju 2005 s’issa, l-Enemalta ħarġet dawn it- tenders f’dak li għandu x’jaqsam ma’ telekomunikazzjoni: - HO/T/42/2007 - Manutenzjoni fuq PABX – Il-kumpanija GO rebħet dan it- tender f’Jannar 2008 wara li offriet l-irħas prezz. - HO/T/109/2007 – Proviżjoni ta’ ‘data services’ – Il-kumpanija GO rebħet dan it-tender għall-kuntratt li beda fi Frar 2008 wara li offriet l-irħas prezz. Barra minn hekk, l-Enemalta daħlet f’arranġament ma’ GO plc f’Awwissu 2006 biex tifformalizza tariffi ridotti fuq kuntratti tal-mowbajl eżistenti. L-Enemalta bħalissa qiegħda fi proċess li tagħmel valutazzjoni fuq il-pożizzjoni tagħha rigward l-għażla ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni biex b’hekk jintlaħaq ftehim iktar vantaġġjuż.

Kampanja pubbliċitarja dwar l-estenzjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2009 kemm nefqet l-Enemalta fil-kampanja pubbliċitarja dwar l-estensjoni l-gdida tal-power station f’Delimara? Fuqiex saret din in-nefqa u liema persuna/kumpanija organizzat u mexxiet din il-kampanja u kemm tħallset?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-2009 l-Enemalta nefqet € 21,314.25 fil-kampanja pubbliċitarja dwar l-estensjoni l-ġdida tal-power station f’Delimara. Dan ir-riklamar kollu sar fuq gazzetti lokali u l-ispejjeż imsemmija jinkludi l-produzzzjoni tar-riklami. Il-kumpanija li mexxiet l-kampanja pubbliċitarja matul 2009 kienet 26th frame.

Użu tas-servizz tal-emerġenza fil-biċċerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm f’dawn l-aħħar sentejn intuża xahar b’xahar is-servizz tal-emerġenza fil-biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra (Ara dokument 5288 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 256, nhar id-29 ta' Settembru 2010.

Chairman tal-Enemalta

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih inħatar iċ-chairman tal-Enemalta, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minn nofs is-sena 2005?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

chairman tal-Enemalta — użu tal-credit card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin bħala chairman tal-Enemalta kemm nefaq l-Inginier li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mill-użu tal-credit card mogħtija lilu bħala chairman tal-korporazzjoni u jagħti lista fuqiex saret din in-nefqa? Jista’ jghid jekk qattx inġibdet l-attenzjoni li kien qed isir abbuż mill-użu ta’ din il-faċilità? Jekk iva, x’passi ttieħdu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel użu minn faċilitajiet ta’ credit card maħruġa mill-Bank of Valletta sabiex tiffaċilita ċertu ħlasijiet bħalma huma bookings bl-internet ta’ titjiriet, akkomodazzjoni barra minn Malta, konferenzi u seminars, kemm lokalment u kemm barra minn Malta, kif ukoll ħlasijiet ta’ hospitality. Bħala passi din il- credit card tinħareġ f’isem iċ- Chairman tal-Korporazzjoni u tiġi amministrata mill-uffiċċju tiegħu filwaqt illi l-ħlasijiet relattivi jiġu proċessati mis-sezzjoni tal-finanzi. Fl-aħħar ħames snin, in-nefqa bil- credit card fuq hospitality and accommodation kienet ta’ €49,439.25, filwaqt li n-nefqa fuq travelling and other expenses kienet ta’ €73,693.47.

użu ta' karozza għad-dispożizzjoni taċ-chairman tal-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin x’użu ta’ karozzi tpoġġew mill-Korporazzjoni Enemalta għad-dispożizzjoni taċ-chairman li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li minn Lulju 2005 iċ-Chairman preżenti tal-Korporazzjoni Enemalta kellu dawn il-vetturi mikrija għad-dispożizzjoni tiegħu: Lulju 2005 sa Lulju 2009 Peugeot (ABM 357) Lulju 2007 sa Gunju 2009 Alfa (FQZ 146) Lulju 2009 sa llum Honda Accord (FQZ 319) Meta waħda miz-żewġ vetturi ma kienetx qegħda tintuża, kienet tiġi wżata minn uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol Amministrattiv jew għal tranport ta’ mistednin jew għal xi xogħol ieħor tal-Korporazzjoni.

Finance Committee tal-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul l-aħħar ħames snin kemm kienet titħallas il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għall-attendenza tagħha fil-Finance Committee tal-Korporazzjoni Enemalta u kemm tħallset b’kollox?

Response (FENECH, TONIO)

Il-persuna imsemmija qatt ma tħallset għall-attendenza u partiċipazzjoni fil-Finance Committee.

servizz tal-emerġenza fil-biċċerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-servizz tal-emerġenza fil-biċċerija kif mogħti s’issa jieqaf u jingħata biss darba fil-ġimgħa? Jekk hu hekk, ghaliex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-qatla ta' l-emerġenza se jibqa' jingħata skont il-ħtieġa u inkonformita mat-trattament xieraq tal-annimali . Preżentement għaddejjin dikussjonijiet u nbdew proċeduri biex isiru t-tibdiliet neċessarji ħalli s-servizz ikompli jitjieb anki fejn jirrigwarda t-trattament xieraq tal-annimali.
Leg 11 PQ #15559 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema/Gzira — Rue D'Argens, Pompa tal-Petrol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15207 u 14912 u l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 14786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skont il-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15977.
Leg 11 PQ #15560 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Contracts of Services

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Kap tas-Servizz Ċivili jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15209, 14911 u 14752 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Contracts of Service, tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-perjodu tal-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15976.

Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa — budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-budget kull sena għad-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa? Kemm intnefqu flus f’din id-dar fis-sena 2008 u fis-sena 2009 bħala nefqa rikorrenti u fuqiex intnefqu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-Budget għad-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa fl-2008 u fl-2009 kien: Revised Budget 2008 € 1,578,123.00 2009 € 3,000,000.00 L-ispiża matul dawn is-sentejn kienet: Kontijiet mħallsa: Management Salarji Total 2008 € 1,577,731.00 €197,268.00 €1,774,999.00 2009 € 2,785,335.72 €238,175.00 €3,023,510.72 Dawn intefqu fuq il- management tad-dar u salarji.

Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa — staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istaff preżenti fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa u f’liema grad huma? X’tip ta’ kuntratti għandhom ta’ xogħol? X’inhuma r-rati tal-istaff mar-residenti matul il-ġurnata u x’inhu l-istess ratio mal-lejl? Dawn ir-ratios jirrispettaw il-guidelines meħtieġa għal din it-tip ta’ kura ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa — bżonnijiet ta' kura psikjartika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mir-residenti li hemm fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa, kemm hemm minnhom li huma dipendenti, kemm hemm minnhom bid-dementia u kemm hemm minnhom li għandhom bżonnijiet ta’ kura psikjatrika? F’kull każ id-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa hija mgħammra bir-riżorsi umani meħtieġa biex tingħata l-kura li hemm bżonn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa hemm: · 55 residenti li huma dependenti · 11-il resident li huma semi dependenti · 22 resident li għandhom id- dementia · 8 residenti li jinsabu taħt kura psikjatrika L-impjegati kollha huma mħarrġa biex jieħdu ħsieb dawn ir-residenti.