Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16309 u jgħid x’inhu l-istaff preżenti fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa u f’liema grad huma? X’tip ta’ kuntratti ta’ xogħol għandhom? X’inhuma r-rati tal-istaff mar-residenti matul il-ġurnata u x’inhu l-istess ratio mal-lejl? Dawn ir-ratios jirrispettaw il-guidelines meħtieġa għal din it-tip ta’ kura ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16304 u jgħid kemm hemm sodod u kmamar vojta bħalissa fid-dar tal-Anzjani tal-Mellieħa u jekk hemm, għaliex qed jinżammu battala?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-preżent fid-dar tal-Anzjani tal-Mellieħa hemm 24 sodda vojta. Dawn bħalissa huma proprjetà tal-kuntrattur privat. Hemm il-ħsieb li jsir ftehim mal-kuntrattur biex dawn l-24 sodda jinkrew lill-Gvern. Fl-istess waqt qed nidentifikaw caring staff meħtieġ biex inkunu nistgħu nipprovdu dan is-servizz addizzjonali.
Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa — struttura amministrattiva
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16307 u jgħid kif inhi l-istruttura amministrattiva tad-dar tal-Anzjani fil-Mellieħa? Min qed imexxi u x’jiġri meta l-persuna li qed tmexxi jkollha tassenta ruħha mix-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-istruttura amministrattiva tad-dar tal-Anzjani fil-Mellieħa hija maqsuma bejn il-Gvern u l-privat.
Min-naħa tal-Gvern hemm
Care Manager
li tieħu ħsieb l-aspett ta’ kura tar-residenti u fl-assenza tagħha tieħu over is-
Senior Nurse
li tkun xogħol dakinhar.
Min-naħa tal-privat, hemm
Facilities Manager
li huwa impjegat tal-CareMalta u jieħu ħsieb il-F
acilities Management
u fl-assenza tiegħu tieħu
over
il-
Facility Coordinator.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16317 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih inħatar iċ-chairman tal-Enemalta, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minn nofs is-sena 2005?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-contract of service tal-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu mpjegat mal-Kullegg Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija u li sas-sena l-oħra kien jokkupa l-kariga ta' Kap Ezekuttiv ta' dik li kienet l-Awtorità Marittima Maltija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inkarigu għandu l-ex ambaxxatur ta' Malta għall-Irlanda, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ex Ambaxxatur ta' Malta għall-Irlanda m'għandu l-ebda kariga fi ħdan il-Ministeru tiegħi.
Gvern Malti u Gvern Iżraeljan — passi fuq sparar fuq ċittadina Maltija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'passi ħa l-gvern Malti mal-gvern tal-Iżrael wara li ċittadina Maltija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, sparaw fuqha suldati Iżraeljani f'Gaża?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija Parlamentari numru 16584 nixtieq inżied li l-Ħamis 6 ta' Mejju, il-każ ta’ Bianca Zammit tqajjem waqt il-laqgħa tal-Ambaxxaturi tal-UE fejn il-Presidenza Spanjola tenniet li kienet sejra s-segwi l-iżviluppi mill-qrib.
It-Tnejn, 10 ta’ Mejju, l-Ambaxxatur talab sviluppi mil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f'Ġerusalem. Il-Ministeru irrisponda li jinsab f’kuntatt kontinwu mal-Forzi Armati Iżraeljani biex jitlob spjegazzjoni.
L-Ambaxxatur ta’ Malta ser ikompli jinfurmani bi żviluppi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16108 u jgħid x’passi konkreti ttieħdu bejn Jannar u Marzu 2010 biex jitjieb is-servizz taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) billi jitrangaw l-ispazji ta’ parkeġġjar għall-użu minn familji li jużaw is-servizz tas-CDAU; jinxtara iżjed apparat għall-użu tat-tfal; ikun hemm privatezza meta jsiru sessjonijiet fil-fiżjoterapija; isiru rapporti iżjed regolari dwar il-progress tat-tfal; isiru sessjonijiet ta’ fiżjoterapija fl-iskejjel biex it-tfal ma jitilfux l-iskola; u li jerġgħu jsiru sessjonijiet nhar ta’ Sibt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16108 ingħatat fis-Seduta Nru 213 tat-3 ta’ Mejju 2010.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16116 u jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet tat-turiżmu sabiex ramliet kbar bħall-Għadira, Golden Bay, Marsalforn, Birżebbuġa u r-Ramla l-Ħamra jsiru totalment aċċessibbli billi jsiru passaġġi tal-injam li fuqu jista' jgħaddi siġġu tar-rotti mid-dħul tal-bajja sal-baħar u li jkunu jistgħu jintużaw mhux biss minn persuni b'diżabilità iżda ukoll ġenituri bit-trabi u anki anzjani? X'passi hemm maħsuba li jittieħdu matul din is-sena biex dawn ir-ramliet isiru aċċessibbli skont l-Access Design Guidelines (Diċembru 2006)?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratti lill-kumpanija Content House
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16156 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fil-perjodu indikat, il-kumpanija Content House ingħatat kuntratt biex tipprovdi promozzjoni u attivitajiet ta’informazzjoni dwar miżuri marbutin mal-pjan għall-iżvilupp rurali. Il-kumpanija intagħażlet wara sejħa għall-offerti u s-somma totali mħallsa kienet ta’ €21,015.80.
B'referenza għas-sejħa għall-offerti ppubblika mill-MITA M482/09 - 'Call for expression of interest for a strategic partnership for the provision of an E-Learning solution' liema sejħa għalqet fil-11 ta' Novembru 2009, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dan il-proġett se jkun finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja u kemm se jkun il-ko-finanzjament lokali filwaqt li jgħid meta hi l-mira li jingħata bidu għal dan il-proġett u x'inhu t-timeframe previst mill-Planning and Priorities Co-ordination Division biex ikun sar il-ħlas kollu għal tali proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji qegħdin jintużaw mill-Planning and Priorities Co-ordination Division fl-għażla ta' proġetti għal ko-finanzjament ta' proġetti u inizjattivi minn fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropeja u liema miżuri jittieħdu meta tali divizjoni ma tilqax talba biex proġett jew inizjattiva jiġu aċċettati għal tali finanzjament, filwaqt li jgħid x'inhu r-rwol tal-Kabinett biex jassigura li proġetti ta' importanza nazzjonali u li ilhom snin twal biex jitwettqu u ma sarux minħabba nuqqas ta' fondi ma jibqgħux ma jsirux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Ippjanar u Ko-ordinazzjoni tal-Prijoritajiet juża’ sett ta’ kriterji li huma approvati mill-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Programmi, skond ir-Regolamenti tal-Fondi ta’ Koeżjoni. Dawn il-kriterji jinsabu fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment, http://www.ppcd.gov.mt/links_and_downloads?l=1, u qed inpoġġiha ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Meta t-talba biex proġett jew inizjattiva ma tintlaqax, id-deċiżjoni tiġi kkomunikata lill-entità li tkun ressqet l-applikazzjoni u jkun hemm perjodu fejn l-enitità tista’ tappella minn din id-deċiżjoni.
Il-Programmi ta’ Koeżjoni jikkostitwixxu riżors finanzjarju wieħed li l-Gvern għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex iwettaq proġetti ta’ importanza nazzjonali.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja tal-ex segretarju eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li kienet sottomesa f'Diċembru 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja ta’ l-ex-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Dan wara li ġie ottenut il-permess tal-persuna konċernata għall-fini ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' ħlasijiet li saru lill-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, entitajiet, kummissjonijiet, kunsilli u mid-dekasteru kollu tiegħu għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 sal-lum billi jagħti f'kull każ kemm kien l-ammont imħallas, għal liema fini u d-data meta sar kull ħlas relattiv?
Jista' l-Prim Ministru jgħid permezz ta' liema sejħa għall-applikazzjoni ġie impjegat l-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel meta wieħed jikkunsidra li s-sena l-oħra l-gvern ħareġ stqarrija għall-istampa biex jgħid li kien ħatar Kap Eżekuttiv għall-istess Teatru Manoel u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi biex tinħoloq sinerġija bejn dawn iż-żewġ entitajiet u għaldaqstant tali aġir jimmina l-istess azzjoni meħuda mill-gvern u għalhekk mitlub li jiġġustifika tali ħatra filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-contract of service tal-istess individwu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern ma ħareġ l-ebda sejħa għall-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel separata minn dik ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Il-Kap Eżekuttiv li nħatar fis-sejħa msemmija fil-mistoqsija huwa l-Kap Eżekuttiv kemm tat-Teatru Manoel kif ukoll ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Huwa kien inħatar fl-4 ta’ Mejju 2009 wara sejħa li kienet inħarġet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jaċċetta t-talba tal-persuna, li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f'impjieg pubbliku għall-estensjoni tar-responsability leave fuq bażi umanitarja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjonijiet li saru mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, il-persuna inkwistjoni diġà eċċediet il-limitu ta’ tmien snin leave bla ħlas; u mhux irrakkomandat li l-persuna, li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, tingħata estensjoni tar-responsibility leave.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat mal-IBM International biex jiġu stallati smart meters f'Malta u Għawdex filwaqt li jsiru stallazzjonijiet oħra meħtieġa biex tali infrastruttura tkun tista' tkun operattiva?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk ma hemmx xi raġuni speċifika għaliex qed jitlob dan il-kuntratt, irrid niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li r-Regolamenti tax-xiri tal-Gvern (Public Procurement Regulations) jimponu dover ta’ kunfidenzjalità kif speċifikat f’Regulation 4(4) “contracting authorities shall respect fully the confidential nature of any information furnished to economic operators. Such information includes in particular technical and trade or trade secrets and the confidential aspects of the tender.”
Billi il-kuntratt li qed jintalab jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hu ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali, din it-talba ma tistax tintlaqa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn l-Awtoritajiet tal-Affarijiet Rurali ġewx infurmati kemm saru spezzjonijiet mis-sanità għand il-produtturi tal-għasel? Għand liema produtturi tal-għasel saru l-ispezzjonijiet? Għand il-produtturi kollha? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-taqsima ta’ l-Apikoltura kienet ressqet lis-sanità l-ilmenti ta' diversi produtturi dwar l-eżistenza ta' għasel mhux ġenwieni fuq is-suq lokali. Kienu nġabru mis-Sanità 12-il kampjun ta’ għasel li jinkludu 7 ta' prodott lokali u 5 ta’ prodott impurtat. Id-Dipartiment m’għandux informazjoni dwar l-eżitu tal-ispezzjonijiet li saru.
Għar-rigward ta’ spezzjonijiet mid-dipartiment tas-saħħa nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kampanja pubbliċitarja dwar l-estenzjoni tal-power station
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema persuna/i u/jew kumpanija/i qed imexxu l-kampanja pubbliċitarja preżenti (April 2010) tal-Korporazzjoni Enemalta dwar l-estensjoni tal-power station f’Delimara? Kemm se ddum sejra din il-kumpanija? X’inhu l-budget għaliha u fuqiex se jintnefaq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li qed tmexxi l-kampanja pubbliċitarja preżenti (April 2010) tal-Korporazzjoni Enemalta dwar l-estensjoni tal-power station f’Delimara hija 26th Frame. Fil-kampanja informattiva huwa maħsub li jintefqu madwar €50,000 bejn riklami u produzzjoni. Din il-kampanja ser tinqasam bejn reklamar fuq gazzetti u fuq it-televiżjoni.
persuni/kumpaniji reġistrati bħala li jimmanifatturaw il-ġbejniet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni/kumpaniji reġistrati bħala li jimmanifatturaw il-ġbejniet f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fit-30 ta' April 2010 fuq ir-reġistri tad-Dipartiment tal-Agrikoltura kien hemm 410 produtturi ta' ġbejniet reġistrati. Minn dawn 314 huma f' Malta u 96 huma f' Għawdex.