Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet tat-turiżmu sabiex ramliet kbar bħall-Għadira, Golden Bay, Marsalforn, Birżebbuġa u r-Ramla l-Ħamra jsiru totalment aċċessibbli billi jsiru passaġġi tal-injam li fuqu jista' jgħaddi siġġu tar-rotti mid-dħul tal-bajja sal-baħar u li jkunu jistgħu jintużaw mhux biss minn persuni b'diżabilità iżda ukoll ġenituri bit-trabi u anki anzjani? X'passi hemm maħsuba li jittieħdu matul din is-sena biex dawn ir-ramliet isiru aċċessibbli skont l-Access Design Guidelines (Diċembru 2006)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li ta’ min igħid li l-Awtorità tat-Turiżmu mhiex l-aġenzija kompetenti biex tipprovdi dan it-tip ta’ aċċess, l-MTA kull sena tassigura li dawk il-bajjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha (jiġifieri San Ġorġ u Buġibba Perched Beach) ikunu aċċessibli.
L-MTA qed tieħu wkoll passi sabiex żewġ bajjiet oħra fosthom l-Għadira u
Golden Sands
, tiżdied l-aċċessibilità b’żieda ta’ rampi tal-injam.
L-MTA qegħda wkoll f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġia sabiex issir rampa għall-aċċess fil-baħar fil-Bajja s-Sabiħa.
Minbarra rampi, ser jinxtraw ukoll numru ta’ siġġijiet bir-roti għal fuq ir-ramel biex ikunu jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16116 u jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet tat-turiżmu sabiex ramliet kbar bħall-Għadira, Golden Bay, Marsalforn, Birżebbuġa u r-Ramla l-Ħamra jsiru totalment aċċessibbli billi jsiru passaġġi tal-injam li fuqu jista' jgħaddi siġġu tar-rotti mid-dħul tal-bajja sal-baħar u li jkunu jistgħu jintużaw mhux biss minn persuni b'diżabilità iżda ukoll ġenituri bit-trabi u anki anzjani? X'passi hemm maħsuba li jittieħdu matul din is-sena biex dawn ir-ramliet isiru aċċessibbli skont l-Access Design Guidelines (Diċembru 2006)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16116.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se tiġi implimentata klawsola “Upon being given idefinite status and subjective to satisfactory performance, a Supply Teacher/KGA/LSA shall, from the date of signing of this Memorandum of Understanding, be eligible to progress on an annual basis up to the maximum of his/her respective scale” fil-Memorandum of Understanding li fis-26 ta’ Mejju 2009 il-Gvern iffirma mal-MUT fejn, fost affarijiet oħra, ġie maqbul li minn dik id-data dawk l-impjegati li kien ilhom aktar minn erba’ snin fl-impjieg ikunu kkonfermati fuq kuntratt indefinit u jibdew jipprogressaw fuq l-iskala relattiva tagħhom sakemm jilħqu l-massimu tal-iskala?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-abbozz tal-kuntratt indefinit għal Supply Teacher/KGA/LSA qed jiġi finalizzat. Hekk kif jitlesta’ d-dokument tal-kuntratt indefinit dawk l-impjegati Supply Teachers/KGA/LSA li għalqu erba' snin fl-impjieg bħala Supply jissejħu biex jiffirmaw il-kuntratt u jibdew jipprogressaw fuq l-iskala relattiva tagħhom sakemm jilħqu l-massimu tal-iskala.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex sal-lum minn dak kollu li hemm miktub fil-Memorandum of Understanding għadu ma sar xejn, tant li dawn l-impjegati l-anqas biss irċevew dokument uffiċjali li jikkonferma l-istatus indefinit tagħhom u wisq anqas li se jirċievu l-ewwel increment dovut fis-26 ta’ Mejju 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent għaddejja ħidma u diskussjonijiet sabiex l-għalliema li qed jirreferi għalihom l-Onor. Inerpellant ikunu jistgħu jingħataw kuntratt indefinit kif miftiehem fil-Memorandum of Understanding tas-26 ta’ Mejju 2010.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi implimentata din il-klawsola li tgħid: “Upon being given idefinite status and subjective to satisfactory performance, a Supply Teacher/KGA/LSA shall, from the date of signing of this Memorandum of Understanding, be eligible to progress on an annual basis up to the maximum of his/her respective scale” ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jiġi ffinalizzat il-proċess neċessarju l-għalliema li qed jirreferi għalihom jingħataw kuntratt indefinit u tkun tista’ tiġi implimentata l-klawsola li qed jirreferi għaliha. Bħalissa għaddejja ħidma bejn id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi u l-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex jiffinallizzaw dan il-proċess.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17679, 17455, 17242 u 16596 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' ħlasijiet li saru lill-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, entitajiet, kummissjonijiet, kunsilli u mid-dekasteru kollu tiegħu għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 sal-lum billi jagħti f'kull każ kemm kien l-ammont imħallas, għal liema fini u d-data meta sar kull ħlas relattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih inħatar iċ-chairman tal-Enemalta, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minn nofs is-sena 2005?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17457.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16317 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih inħatar iċ-chairman tal-Enemalta, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minn nofs is-sena 2005?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17457.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed jiġri sew dwar korsijiet u taħriġ li saru jew għandhom isiru għall-kindergarten assistants biex itejbu l-grad tagħhom skont il-ftehim kollettiv mal-Malta Union of Teachers? Għaliex hemm min qed jiġi trattat inqas minn ħaddieħor u l-ewwel qalulhom li se jikkwalifikaw imbagħad reġgħu bidlu d-deċiżjoni? Il-Ministeru ċert li kulħadd qed jiġi stmat indaqs u b'mod ġust?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Memorandum of Understanding li gie iffirmat fis-26 ta’Mejju 2009 bejn il-Gvern u l-MUT jaħseb biex tingħata l-opportunita’ għal aktar minn 300 ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-Kinder biex jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom.
Il-
Memorandum
jistipula li dawk il-
KGAs
li għandhom aktar minn 30 sena servizz u qed jagħmlu xogħol fil-klassijiet tal-
kindergarten
jiġu assimilati bħala
KG II
wara li jagħmlu kors ta’ 70 siegħa.
Dawk il-
KGAs
li għandhom bejn l-20 u d-29 sena servizz u qegħdin jagħmlu xogħol fi klassijiet tal-
kindergarten
jigu assimilati bħala
KGA II
wara li jtemmu kors ta’ 140 siegħa.
KGAs
li għandhom bejn il-15 u d-19-il sena servizz u qegħdin jagħmlu xogħol fi klassijiet tal-
kindergarten
jiġu assimilati bħala
KGA II
wara li jtemmu kors ta’ 210 sieghat.
Mit-52 persuna li għamlu l-kors ta’ 70 siegħa, instab li 4 fil-fatt ma ħadmux dejjem fi klassijiet tal-
kinder
. 2 minnhom għandhom bżonn iżidu s-siegħat ta’ taħriġ, għax għandhom bejn l-20 u d-29 sena fil-
kinder.
Filwaqt li t-2 l-oħra jaħdmu fi skejjel specjali. Għaddejjin diskussjonijiet biex dan it-taħriġ ta’ dawn l-aħħar 2, waqt li jiġi rikonoxxut, ikun sostnut b’taħriġ li jappartjeni għall-qasam fejn qegħdin jaħdmu bħalissa.
Mill-144 persuna li qed jagħmlu l-kors ta’ 140 siegħa, hemm 10 li fil-fatt ma ħadmux dejjem fil-klassijiet tal-
kinder.
4 minnhom għandhom bżonn iżidu s-siegħat ta’ taħriġ għax għandhom bejn 15 u 19-il sena jaħdmu fil-kinder waqt li 6 oħra jahdmu fi skejjel speċjali. Fil-każ ta’ dawn is-6 għaddejjin diskussjonijiet biex dan it-taħriġ, waqt li jiġi rikonoxxut, ikun sostnut b’taħriġ fil-qasam fejn qed jaħdmu bħalissa.
għalliema ta’ suġġetti tal-iskejjel sekondarji — xogħol ta' guidance
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li għalliema ta’ suġġetti tal-iskejjel sekondarji se jintbagħtu jagħmlu xi xogħol ta’ guidance fl-iskejjel primarji waqt li jibqgħu ukoll obbligati jgħallmu fl-iskola sekondarja fejn qegħdin? Kemm hemm minn dawn l-ghalliema? Kif tista’ taħdem tajjeb deċiżjoni bħal din? X’effett se jkollha kemm fuq it-tagħlim kif ukoll fuq ix-xogħol tal-guidance?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-settur tal-Guidance ilu snin twal jopera b'sistema fejn guidance teacher tgħallem suġġett u tagħmel ukoll il-Guidance. Għalliema li japplikaw u jintgħa¿lu bħala Guidance Teachers għandhom nofs l-ammont tal-lezzjonijiet sabiex ikollhom il-ħin jagħmlu l-Guidance. Bil-Ftehim tal-2007 dan is-servizz, li kien s'issa fis-settur sekondarju, ġie esti¿ għall-primarja ukoll. Il-professjonisti jemmnu li jekk il-problemi li jkollhom it-tfal tindirizzahom mill-bidu dan ikun ta' aktar ġid għat-tfal. Il-Ftehim mal-MUT jgħid li l-guidance teachers għandhom load li tikkonsisti kemm f’guidance kif ukoll fit-tagħlim tas-suġġett / suġġetti .
In-numru ta’
Guidance Teachers
fl-iskejjel sekondarji huwa ta’ 110.
L-istudenti jiġu segwiti mill-
Guidance Teachers
matul i¿-¿mien kollu li l-istudent jgħaddi fil-kulleġġ, jiġifieri mill-primarja għas-sekondarja, għaldaqstant l-istudenti li jieħdu dan is-servizz jgħinhom fl-i¿vilupp tagħhom.
Dan għandu jkollu effett posittiv fuq l-istudenti għax ikollhom sapport kontinwu minn dan is-servizz.
Tista' l-Ministru tgħid x’se jiġri mill-iskola li bħalissa tinsab fil-bini tal-Ospizio tal-Furjana? Tassew li se tagħlaq ? X’opportunitajiet ġodda se jinħolqu għal dawk l-istudenti li kienu jmorru f’din l-iskola b’esperjenza edukattiva vokazzjonali addattata għalihom? Fejn se jsibu l-istess opportunitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sena skolastika li ġejja, jiġifieri 2010-2011, l-iskola tal-Ospizio se topera b'mod normali bħal din is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid x’se jiġri mill-iskola sekondarja tal-Gżira? Tassew li se tagħlaq? Fejn se jintbagħtu l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fis-sena skolastika li jmiss, jiġifieri 2010-2011, l-iskola sekondarja subien fil-Gżira, fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara se topera bħas-soltu mill-Form 1 sal-Form 5. L-iskola se tibqa' tilqa' l-istudenti mill-istess 'catchment area' bħal din is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol biex jiddaħħlu suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji? Liema suġġetti ġew identifikati li għandhom jiddaħħlu? Min hu l-espert barrani li qed jagħti pariri f’dan il-qasam? Kif se jiġu assessjati l-istudenti li se jagħmlu dawn is-suġġetti ? Min se jgħallem dawn is-suġġetti? Meta hemm il-ħsieb li jiddaħħlu fl-iskejjel? X’tip ta’ konsultazzjoni serja u ġenwina qed issir fl-iskejjel dwar id-dħul ta’ dawn is-suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed isir l-ippjanar possibli biex jibda proġett pilota fis-sena skolastika 2011/12. Is-suġġetti huma: Health and Social Care, Hospitality, Engineering u IT practitioner. Is-sistema tal-BTEC qed tiġi ikkonsidrata fejn l-istudenti huma assessjati permezz ta’ coursework, b’sistema soda ta’ quality assurance. Għalliema gradwati f’suġġetti relatati ser jiġu offruti l-possibilita’ ta’ taħriġ fil-qasam vokazzjonali. F’dan il–punt qed jiġu magħżula l-iskejjel li ser ikunu nvoluti fil-proġett pilota. Dawn huma skejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. Nistgħu ngħidu li l-konsultazzjoni dwar id-dħul ta’ dawn is-suġġetti fl-iskejjel diġa bdiet mal- Prinċipali kif ukoll mal-Kapijiet u l-awtoritajiet tal-Iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li mis-sena 2008 sal-lum intbagħtu jħallsu lura stipendji li rċevew bħala studenti tal-Università, tal-MCAST, tal-Junior College u tas-Sixth Forms jew ta’ istituzzjoni privata bħall-STC ? Kemm intalbu jħallsu lura u x’inhuma r-raġunijiet li ntalbu jagħmlu hekk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Mejju 2010, kien hemm total ta’ 969 student li jirċievu stipendju u li ntalbu jħallsu lura xi stipendji li rċivew bħala studenti tal-Universita’, l-MCAST, il-Junior College, Sixth Forms jew istitutzzjonijiet privati.
It-total ta’ flus mitluba lura kien ta’ €140,692. Ħafna minn dawn il-flus diġa’ inġabru lura.
Studenti jintalbu jħallsu xi flus lura, fil-parti l-kbira meta l-istudent/a jirriżenja mill-kors qabel tmiem is-sena akkademika; meta l-istudent ikun inkiteb f’żewġ istitutzzjonijiet edukattivi u tkun inħarġitlu smart card u ma jinfurmax bl-għażla tiegħu lill-uffiċċju responsabbli. Hemm xi ftit każi wkoll ta’ żbalji umani fejn l-istudent ikun nħariġlu stipendju darbtejn u hu stess jinduna u jirrifondi mill-ewwel.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17455, 17242 u 16596 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' ħlasijiet li saru lill-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, entitajiet, kummissjonijiet, kunsilli u mid-dekasteru kollu tiegħu għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 sal-lum billi jagħti f'kull każ kemm kien l-ammont imħallas, għal liema fini u d-data meta sar kull ħlas relattiv?
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma t-tuition centres li għadhom qed jistennew li jinħarġilhom il-MEPA Compliance Certificate? Tista’ tgħid kemm ilhom jistennew li jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat? Tista’ tgħid f’kull ċentru x’inhu x-xogħol li jrid isir biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat? Tista’ tgħid jekk kull ċentru ngħatax data sa meta jrid jagħmel dan ix-xoghol meħtieġ? Jekk iva, x’inhi d-data li ngħata kull ċentru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Malti għall-Kwalifiki — rikonoxximent ta' ċertifikati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jirrikonoxxix dawn il-korsijiet: IUKB MBA (Banking/Tourism Business), IUKB BBA Business (Tourism/Business) mogħtija mill-Institut Universitaire Kurt Bosch u l-kors BBA (Hons) mogħti minn Tbilisi Saero Universiteti Metekhi (Georgia) li huma offruti f’Malta mill-European Institute of Education (EIE)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Institut Universitaire Kurt Bosch huwa istitut rikkonoxxut u akkreditat mill-Konferenza tar-Retturi tal-Universitajiet Svizzeri. Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jirrikonoxxi biss kwalifiki maħruġa minn dan l-istitut (IUKB) inkluż l-MBA (Banking and Tourism Business) u l-IUKB BBA(Tourism/Business) u b’ebda konnessjoni ma’ skejjel jew istituzzjonijiet oħra.
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jirrikonoxxi ukoll il-kwalifika BBA (Hons) mogħtija minn Tbilisi Saero Universiteti Metekhi rikkonoxxuta u akkreditata mill-awtoritajiet ta’ Georgia.