oġġetti ta’ valur kulturali li ġew esportati minn Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sentejn li għaddew kemm kienu l-oġġetti ta’ valur kulturali li ġew esportati minn Malta wara li ġew riferuti lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Kien hemm każi fejn is-Sovrintendenza ċaħdet il-permess biex issir din l-esportazzjoni? X’inhuma l-kriterji li fuqhom is-Sovrintendenza tiddeċiedi tawtorizzax jew le l-esportazzjoni minn pajjiżna ta’ oġġetti kulturali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-2008 is-Sovrintendenza awtoriżżat l-esportazzjoni ta’ 73 oġġett li minnhom, 42 kienu xogħolijiet kontemporanji.
Fl-2009 is-Sovrintendenza awtoriżżat l-esportazzjoni ta’ 84 oġġett li minnhom, 64 kienu xogħolijiet kontemporanji.
F’dawn is-sentejn is-Sovrintendenza rrifjutat żewġ applikazzjonijiet.
Ikun hemm numru ta’ każijiet fejn l-applikant jagħżel li jirtira applikazzjoni għal esportażjoni, wara konsultazjoni preliminari mas-Sovrintendenza. Ma tinżammx statistika ta’ dawn il-każijiet.
Deċiżjonijiet dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali jittieħdu fil-qafas tal-provedimenti tal-Att dwar il-patrimonju kulturali. Kull deċiżjoni tkun ibbażata fuq verifika ta’ formoli tad-Dwana u fejn ikun hemm bżonn fuq spezzjonijet tal-oġġetti. Fejn ikun hemm bżonn jitqabbad espert indipendenti biex jagħti rakomandazzjoni dwar il-valur kulturali ta’ oġġett. Fejn ikun stabbilt li oġġett huwa ta’ valur importanti fis-sens tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, dan ma jitħalliex li jkun esportat ‘il barra minn Malta. Fil-każ ta’ xogħolijiet ta’ artisti kontemporanji ħajjin, s-Sovrintendenza ma ssibx oġġezzjoni għall-esportazzjoni tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jistax jiġu ssettjati standards nazzjonali għoljin biex esibizzjonijiet, mużewijiet u siti storiċi jinżammu jitmexxew bi kwalità għolja? Jista’ l-Kumitat ta’ Garanzija jieħu l-inizjattiva li jissettja dawn l-istandards wara konsultazzjoni sħiħa mal-persuni u għaqdiet fil-qasam governattiv u dak tas-soċjetà ċivili mdaħħlin f’dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kemm Heritage Malta, kif ukoll Fondazzjoni Patrimonju Malti organizzaw wirjiet ta’ standard għoli ħafna. Sejjer ngħaddi l-proposta ta’ l-Onorevoli Interpellant lill-Kumitat ta’ Garanzija biex jaraw għandhomx jipproponu linji ta’ gwida lil entitajiet kemm pubbliċi u kemm privati li jorganizzaw wirjiet ta’ valur kulturali.
Miżuri għall-wirt kulturali tal-gżejjer Maltin u Għawdxin
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri konkreti hemm il-ħsieb jittieħdu matul is-sena li ġejja biex iżjed Maltin u Għawdxin jersqu lejn il-wirt kulturali tal-gżejjer tagħna u japprezzawh iżjed bħala essenzjali għall-identità tagħna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Heritage Malta qed taħdem fuq għadd ta’ proġetti fil-mużewijiet u s-siti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta taghha. Dawn ivarjaw minn progetti strutturali li se jtejjbu l-access ghal dawn is-siti kif ukoll xoghlijiet ta’ tisbih u titjib fl-interpretazzjoni, u jinkludu, fost ohrajn, il-Muzew Nazzjonali tal-Arkeologija, il-Muzew Nazzjonali tal-Arti, il-Palazz tal-Inkwizitur, il-Muzew Marittimu, Ghar Dalam, il-Katakombi ta’ Bistra, u l-Muzew tal-Arkeologija t’Ghawdex.
Barra minn hekk Heritage Malta tiehu hsieb ukoll tippopolarizza l-wirt kulturali billi torganizza kontinwament ghadd ta’ wirjiet temporanji u hafna attivitajiet ohrajn, li hafna minnhom ikunu bla ebda hlas, li jattiraw hafna Maltin lejn il-muzewijiet u s-siti nazzjonali.
Fejn hu possibbli u jippermetti, jsir accessibilta fiziku ghas-siti u muzewijiet.
Niddessimnaw informazzjoni u taghrif permezz ta’ publikazzjonijiet, interpretazzjonijiet, tahdit pubbliku, programmi specifici ma’ kommunitajiet lokali, permezz ta’ sistemi stabbiliti u innovativi kif ukoll diversi ambjenti edukattivi, sabiex nheggu diversi udjenzi.
Nippreparaw u nippublikaw informazzjoni li tista tigi maghmula accessibli fuq siti eletronnici, jew siti partikolari, jew centri ta’ informazzjoni, Kunsilli Lokali u organizazzjonijiet ohrajn.
Nipprovdu access pubbliku xieraq ghal inventarju, arkivji u kolloezzjonijiet riservati.
Niffacilitaw l-access ghal ricerkaturi.
Nikkomunikaw ma diversi udjenzi permezz ta’ programme specifici ma’ Kunsilli lokali, Organizazzjonijiet non governativi, skejjel u partijiet interessati.
Nigbdu aktar vizitaturi u partecipanti f’attivitajiet permezz ta’ giti organizzati, avvenimenti u pakketti specifici (per ezempju transport ffacilitat bejn siti u paesaggi storici)
Nizvillupaw u nipprezentaw avvenimenti fuq u attivitajiet edukattivi bazi regolari ghal tfal, familji u gruppi ohrajn.
Nizvillupaw u nimannigjaw kalendarju ta’ avvenimenti u wirjiet.
Nikkonsolidaw u nespandu il-programm ta’ shubija ghal HM
Inċentivi għall-ħarsien u l-promozzjoni tal-wirt kulturali f'pajjiżna
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jiġu kkunsidrati iżjed inċentivi fiskali biex is-settur privat juża iżjed mir-riżorsi finanzjarji tiegħu għall-ħarsien u l-promozzjoni tal-wirt kulturali f’pajjiżna? Jekk iva, fiex jikkonsistu dawn l-inċentivi fiskali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħala parti mill-ħidma li għaddejja bħalissa fuq l-ekonomija kreattiva mill-Grupp ta’ Ħidma mwaqqaf għall-istess għan, qed jiġu evalwati u individwati l-inizjattivi fiskali li qed jikkontribwixxu lejn il-ħarsien u l-promozzjoni tal-wirt kulturali permezz ukoll ta’ sorsi ġejjin mis-settur privat. Dan jinkludi t-titjib tal-proċeduri marbutin mar-regolamenti tad-Donazzjonijiet (Wirt Storiku) (AL266/06 kif emendat mill-AL 409/07) sabiex anki donaturi/kumpaniji barranin ikunu jistgħu jikkontribwixxu lejn dan is-settur f’Malta. Sadanittant qed jiġu mfassla wkoll numru ta’ inċentivi fiskali marbutin mal-industriji kulturali u kreattivi, li jinkludu wkoll l-attività kollha li sseħħ fil-qasam tal-wirt storiku. Dawn il-miżuri għandhom jiġu mħabbra fi żmien qasir mill-Malta Enterprise, u ġew imfassla b’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma msemmi hawn fuq u mas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iffirmajna konvenzjonijiet tal-wirt kulturali s’issa tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Ġnus Magħquda? Liema huma dawk il-konvenzjonijiet li għadna ma ffirmajniex? Għaliex? Meta hemm il-ħsieb li niffirmawhom?
State Imdemnity for travelling Exhibitions — xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol li kellu jsir biex titfassal policy nazzjonali dwar State Indemnity for Travelling Exhibitions?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Heritage Malta użat l-Istate Indemnity fil-passat, meta kien hemm bżonnha sabiex jinġiebu Malta wirjiet importanti. Rappreżentant ta’ Heritage Malta jattendi regolarment laqgħat fuq livell Ewropew sabiex inżommu ruħna aġġornati mal-aħhar żviluppi f’dan il-qasam.
Dan l-aspett qed jiġi kkunsidrat fir-reviżjonijiet tal-Liġi tal-Wirt Kulturali (2002) li għaddej bħalissa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandna proprjetà skedata s’issa f’pajjiżna għax meqjusa ta’ valur ta’ wirt kulturali? Kemm jonqos li tiġi skedata minn din il-proprjetà u liema proprjeta` hemm il-ħsieb li tiġi skedata matul is-sena li ġejja?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti ta' konsulenzi u fil-każ ta' kull kuntratt, jindika l-isem tal-persuna jew ditta li ħadet il-kuntratt, l-iskop u l-ammont ta' ħlasijiet li saru, fil-qasam ta' Culture and the Arts, Cultural Heritage, Theatres, the Mediterranean Conference Centre u National Orchestra mid-data meta dawn is-setturi waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sal-aħħar ta' Mejju 2010?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru vjaġġi uffiċjali, minn liema persuni u kemm ġie jqum lill-gvern kull vjaġġ, fil-qasam ta' Culture and the Arts, Cultural Heritage, Theatres, the Mediterranean Conference Centre u National Orchestra mid-data meta dawn is-setturi waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sal-aħħar ta' Mejju 2010?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni tal-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tistax tiġi milqugħa għal Dar għall-Anzjani għax ma jistax jgħix waħdu iżjed?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-applikazzjoni tal-anzjan imsemmi ġiet approvata għad-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa bħala waħda ta’ prijorita għolja fid-9 ta’ Diċembru 2009 kif ukoll fil-25 ta’ Marzu 2010.
L-applikazzjoni tqegħdet fil-lista ta’ stennija skond il-każ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru s’issa laqgħat tal-grupp inter-ministerjali dwar sehem Malta fl-inizjattiva għall-Belt Kapitali Ewropea flimkien mal-Olanda fis-sena 2018? X’ġie deċiż s’issa? Liema ministeru qed jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Inter-Ministerjali dwar il-Kapitali Ewropea għall-Kultura 2018 ġiet stabbilita fil-15 ta’ Mejju 2009 u s’issa ltaqgħet 14-il darba.
Il-Kummissjoni hi responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali tal-preparazzjoni nazzjonali għas-sejħa ta’ proposti li twassal għall-implimentazzjoni tal-avveniment f’Malta fl-2018.
L-għan tat-twaqqif tal-Kummissjoni hu biex jiżgura li t-twettiq tal-avveniment f’Malta jkun wieħed ta’ kalibru għoli, li jilħaq livell ta’ eċċellenza fuq livell Ewropew u li jkun ta’ benefiċċju għas-soċjetà. Il-qafas tal-implimentazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni qed jiġi żviluppat permezz ta’ tfassil ta’ Master Plan għat-tħejjija ta’ Malta għal dan l-avveniment.
Wara komunikazzjoni mad-Direttorat Ġenerali tal-Kultura fil-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern qed jippjana li jniedi s-sejħa għall-proposti b’mod li d-deċiżjoni dwar l-għażla finali tal-belt rebbieħa tkun saret sa Ġunju 2012.
Il-Membri tal-Kummissjoni huma rappreżentanti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, il-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport, il-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet. Hemm ukoll rappreżentanti mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — full complement
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bħalissa? F’liema grad? X’inhu l-full complement biex taħdem kif obbligata bil-liġi tal-Wirt Kulturali 2002? Meta se jkollha l-impjegati kollha li għandha bżonn?
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Cultural Heritage Inventory Management System
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq il-Cultural Heritage Inventory Management System (CHIMS)? Kemm intnefqu flus fuq is-sistema b’kollox? Kemm tħallset il-kumpanija Datatrak ta’ dan ix-xogħol? Is-CHIMS meta se tkun aċċessibbli għall-pubbliku?
Tista' l-Ministru tgħid f'dawn l-aħħar sentejn kemm ħarġu sejħiet għall-offerti ta’ għoti ta’ kuntratti għall-uniformijiet fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm erbatax-il sejħa minn għaxar kulleġġi għall-offerti ta’ għoti ta’ kuntratti għall-uniformijiet fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex.
Sejħiet għall-provvista ta' uniformijiet għat-tfal
Question
Tista' l-Ministru tgħid f’liema skejjel ħarġu sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ uniformijiet għat-tfal? Min rebaħ dawn l-offerti f’kull każ u kif ġew aġġudikati l-offerti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jingħata żmien minn meta ssir is-sejħa għall-offerti għall-uniformijiet fl-iskejjel sakemm iridu jiġu pprovduti dawn l-uniformijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iż-żmien minn meta ssir is-sejħa għall-offerti għall-uniformijiet fl-iskejjel sakemm iridu jiġu pprovduti dawn l-uniformijiet huwa ta’ bejn tnax u erbatax-il ġimgħa.
MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17943 u 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa?
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?