Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16152 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17678.
tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet saru mill-MITA biex jiġi stabbilit jekk it-tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta’ interess tad-ditta tal-konsulenti ma’ wieħed mill-offerenti fil-każ tas-sejħa għall-offerti M482/09 kienx minnu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha tal-investigazzjonijiet kollha li saru dwar l-istess każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-MITA biex fil-futur ma jerġax ikun ripetut l-iżball li konsulenti jintgħażlu qabel isir magħruf min huma l-offerenti biex konsulenti u kumpaniji jiġu skrinjati sew biex ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejniethom bħalma qed jingħad li ġara fis-sejħa għall-offerti M482/09?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kiteb il-bord tal-evalwazzjoni u tal-konsulenti dwar il-proposti sottomessi minn dawk il-kumpaniji li wieġbu għas-sejħa M482/09 tal-MITA?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
kwestjoni dwar kumpaniji li jibnu l-power stations
Question
Peress li l-BWSC hija 100% tal-Mitsui Engineering and Shipbuilding Co Ltd (MES) u peress li l-MAN hija licenzjata mill-MES biex tibni magni għall-power stations u MAN u MES jipproduċu magni għall-power stations flimkien u peress li l-BWSC u l-MAN kienu tnejn mill-offerenti għall-kuntratt tal-estensjoni tal-power station f’Delimara u waħda ntagħżlet u l-oħra ġiet runner up, jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni jekk l-offerti tal-BWSC u l-MAN jammontawx għall-collusive bidding peress li l-benefiċjarja finali kienet se tkun il-MES, jirbaħ min jirbaħ il-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li l-Korporazzjoni Enemalta ffirmat ftehim mal-Bank ta’ Investiment Ewropew biex tissellef 50% tal-valur tal-kuntratt totali tal-impjant għall-estensjoni tal-power station f’Delimara, jista' l-Ministru jgħid jekk il-50% l-oħra meħtieġa hux se jiġu min-Nordic Investment Bank? Jekk le, mnejn ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent il-Korporazzjoni Enemalta m'għandha l-ebda loans u l-anqas m'hi f’xi diskussjonijiet biex takwista xi loan minn għand Nordic Investment Bank.
Il-Korporazzjoni Enemalta għadha kif ħadet
loan
ta’ €27 miljun mill-BOV biex jithallas deposit. F’dan l-istadju l-Korporazzjoni qed tidħaddet ma Banek differenti kemm għal dan il-proġett kif ukoll għal proġetti oħra kbar kapitali.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17678.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — titjib tal-website
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'pjanijiet għandha s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex ittejjeb il-website tagħha? Fejn waslu dawn il-pjanijiet u x’tip ta’ titjib huwa ppjanat li jsir? Min qed jagħmel dan it-titjib u kemm se jiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s-Sovrintendenza tal-Partimonju Kulturali ser iżżomm l-istruttura eżistenti tal-website u s-sezzjonijiet ta’ informazzjoni tagħha. Madankollu qed isir xogħol ta’ titjieb fil-kontenut tal-website biż-żieda ta’ dokumenti ġodda u aġġornamenti ta’ informazzjoni eżistenti. Ser tingħata prijorità lil dawk is-sezzjonijiet l-aktar bżonjużi, bħal riżorsi ta’ gwida u struzzjonijiet, u s-sezzjoni tal-aħbarijiet. Dan ix-xogħol huwa ongoing u qed isir mill-istaff tas-Sovrintendenza stess.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal l-impenn tal-Ministeru biex jipprovdi kenn mix-xemx u x-xita għaż-żwiemel tal-karozzini mogħti f’email tas-27 ta’ Awwissu 2009 bl-isem ta’ ‘Karozzini horses’ fejn il-Ministru kiteb: “I can assure you that the Malta Transport Authority is all for the creation of shelters for horses and is willing to pay for them itself provided that there is space where to erect them and that they are used by the cab owners.”? Mindu nkitbet din l-email kemm saru minn dawn ix-shelters għaż-żwiemel, fejn saru u kemm intefqu flus minn Trasport Malta fuqhom? Jekk ma sarux għal liema raġuni dawn ma sarux u jekk hemm il-ħsieb li se jsiru, meta se jkun dan fil-waqt li tingħata breakdown dettaljata ta’ l-infiq previst?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas — sejħiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet s’issa bħala "Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas” mal-kosta ta’ Malta u Għawdex, fejn wasal il-proċess ta’ kull sejħa, minn min ġew evalwati l-offerti riċevuti u f’kull każ jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-evalwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew magħżula operaturi għall-Organized Mooring Areas fl-ibħra ta’ Malta u Għawdex? F’kull każ min huma dawn l-operaturi? B’liema kundizzjonijiet ingħataw dawn l-Organized Mooring Areas f’dak li għandu x’jaqsam ma’ finanzi, tul ta’ żmien u obbligi lejn l-istat u lejn dawk li jużaw il-faċilitajiet f’dawn l-areas filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt iffirmat għal tali operat rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-operaturi li ntgħażlu biex joperaw il-marinas li ġew privatizzati f’Malta u Għawdex? Kif intgħażlu? B’liema kriterji? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-ftehim milħuq ma’ kull wieħed minn dawn l-operaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
offerta tal-eLearning Solution — kwestjoni fuq wieħed mill-konsulenti
Question
B'referenza għas-sejħa għall-offerta pubblika M482/09 tal-eLearning Solution fl-iskejjel maħruġ mill-MITA, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li bih il-Bord tal-Evalwazzjoni ġie nfurmat fl-10 ta’ Diċembru 2009 li wieħed mill-konsulenti li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu rabtiet kummerċjali ma’ waħda mill-kumpaniji li kienet sub-contractor ta’ wieħed mill-offerenti? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni tal-bord li jtemm il-konsulenza ta’ din il-persuna filwaqt li jqiegħed ukoll kopja tal-Minuti tal-laqghat tal-Bord tal-MITA li saru tul ix-xahar t’April 2010 kollu filwaqt li jgħid x’laqgħat tal-istess bord saru fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2010? X’investigazzjonijiet saru biex jiġi stabbilit jekk l-informazzjoni mgħoddija kenitx korretta jew le? X’fatti ġew stabbiliti? Jekk ġiet stabbilita rabta kummerċjali bejn il-konsulent u wieħed mis-sub-contractors ta’ wieħed mill-offerenti, għax ma tħassarx il-proċess meta ġie stabbilit dan il-fatt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16769 u 16152 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17678.
Mużewijiet tal-Arkeologija u tal-Fine Arts — pjanijiet medium u long term
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet medium u long term għandhom il-Mużewijiet tal-Arkeologija u tal-Fine Arts? Jekk jeżistu dawn il-pjanijiet jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija għaddejjin xogħolijiet bil-għan li jinfetħu ħames swali fis-sular ta’ fuq. B’hekk il-wirja permanenti tal-mużew tkun estiża wkoll għal Żmien il-Bronż, iż-żmien Puniku u Feniċju, il-perjodu Ruman u l-perjodu Biżantin. Din il-parti tal-wirja se tinkludi wkoll faċilitajiet edukattivi għat-tfal. Eventwalment, il-wirja permanenti tkopri wkoll il-medjuevu, sal-wasla tal-Kavallieri f’Malta.
Għaddejjin ukoll preparazzjonijiet sabiex jiġu rrestawrati il-bitħa u l-kantina tal-istess mużew sabiex ikunu jistgħu jinfetħu għall-pubbliku b’faċilitajiet u attrazzjonijiet ġodda, u qed tiġi ppjanata estensjoni tal-mużew mal-proprjetà ta’ 138 Triq Melita, sabiex takkomoda l-librerija u l-arkivju tal-mużew. Beda wkoll xogħol estensiv ta’ ikkatalogar tal-kollezzjoni arkeoloġika kollha, li mistenni jieħu numru ta’ snin.
Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti għaddej xogħol estensiv ta’ ristrutturazzjoni fuq il-binja kif ukoll fuq il-wirja permanenti. Dan jinkludi xogħol ta’ restawr tal-bitħa tal-mużew u xogħol ieħor sabiex filwaqt li toffri esperjenza aħjar għall-viżitaturi, il-binja tkun waħda li tirrispetta l-ambjent. Inbeda wkoll ix-xogħol ta’ restawr tat-taraġ prinċipali u tad-daħla tal-mużew.
Għaddejjin preparazzjonijiet sabiex jibda r-restawr tal-faċċati kollha tal-mużew, kif ukoll sabiex il-proprjeta ta’ 8 Triq Zekka tingħaqad mal-muzew, li b’hekk ikun jista’ jzid konsiderevolmanet l-ispazju ghall-wirja permanenti, u jinkludi wkoll wirjiet godda. Wara li giet inawgurata l-librerija l-gdida tal-muzew, beda wkoll xoghol ta’ rijorganizzazzjoni tal-kollezzjoni u ta’ kkatalogar, fosthom permezz tal-progett
Smartmuseum
, li s’issa wassal ghad-digitizzazzjoni ta’ iktar minn 1,200 artefatt. Dan ix-xoghol mistenni jitkompla fis-snin li gejjin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm atti ta’ kurazija ġew ifformati s’issa ma’ kunsilli lokali u ma’ għaqdiet non-governattivi? Liema huma l-proprjetajiet koperti b’dawn l-atti? X’atti pendenti hemm matul is-sena li ġejja?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iltaqa’ l-Kumitat ta’ Garanzija matul is-sentejn li għaddew? X’ħidma wettaq u x’għandu ppjanat li jwettaq matul is-sena li ġejja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul dawn is-sentejn il-Kumitat ta’ Garanzija ltaqa’ sbatax-il darba kif ġej:
22 ta’ Jannar 2009
19 ta’ Frar 2009
24 ta’ Marzu 2009
28 ta’ April 2009
19 ta’ Mejju 2009
16 ta’ Ġunju 2009
21 ta’ Lulju 2009
25 ta’ Awwissu 2009
15 ta’ Settembru 2009
20 ta’ Ottubru 2009
17 ta’ Novembru 2009
15 ta’ Diċembru 2009
19 ta’ Jannaru 2010
23 ta’ Frar 2010
23 ta’ Marzu 2010
20 ta’ April 2010
25 ta’ Mejju 2010
Apparti minn dawn il-laqgħat, il-Kumitat, flimkien mas-Sovrintendenza u
Heritage Malta
, għamel laqgħat addizzjonali u separatament mal-Kunsilli Lokali ta’ Bormla, Birżebbuġia, Mqabba,u Żabbar. Qabel kien għamel laqgħat simili ma’ numru ta’ lokalitajiet oħra f’Malta u Għawdex.
Flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni organizza laqgħa ta’ informazzjoni għall-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex.
L-aktar xogħol importanti tal-Kumitat kien il-koordinazzjoni tal-entitajiet kemm nazzjonali, tal-
NGOs
u tal-knisja fuq materja li tikkonċerna wirt kulturali nazzjonali.
Issottemtta regolarment lili l-kummenti tiegħu dwar ir-rapporti tan-
Natural Heritage Advisory Committee
u l-
Cultural Heritage AdvisoryCommittee
fi ħdan il-MEPA li jintbagħtu lill-Kumitat kull sitt xhur.
Iddiskuta u rrakkomanda kundizzjonijiet ta’ atti ta’ kurazija li saru mal-Fondazzjoni Wirt Artna, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Tarxien u mal-Fondazzjoni Wirt Paola. Il-Kumitat qed jiddiskuti diversi kundizzjonijiet ta’ numru ta’ atti ta’ kurazija ma’ Din l-Art Ħelwa u Fondazzjoni Wirt Artna.
Din il-ħidma ta’ koordinazzjoni ta’ l-entitajiet nazzjonali, laqgħat mal-Kunsilli Lokali u konsultazzjonijiet mas-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kultura trid tkompli titwettaq matul is-sena li ġejja.