Legislature:
Category:
Reset
Active:

sejħa M482/09 — rapport

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kiteb il-bord tal-evalwazzjoni u tal-konsulenti dwar il-proposti sottomessi minn dawk il-kumpaniji li wieġbu għas-sejħa M482/09 tal-MITA?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi Regolament 4(4) tar-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi jirrikjedi illi l-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta’ kull informazzjoni mogħtija mill-Kandidati. L-Onor. Interpellant jaf illi kemm ir-rapport ta’ evalwazzjoni kif ukoll ir-rapport tal-konsulenti dwar il-proposti magħmula minn min tefa' t ender jinkludu nformazzjoni kummerċjali, teknika, sensittiva u kunfidenzjali. Il-kumpaniji li wieġbu għas-sejħa ssottomettew din l-informazzjoni taħt kundizzjonijiet ta’ kunfidenzjalita u għaldaqstant il-MITA żżomm din l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali hekk kif jistipulaw it-termini tas-sejħa u l-liġi stess. Fl-aħħarnett, minn stqarrijiet pubbliċi u kitba tal-Onor. Interpellant kemm dwar dan it- tender kif ukoll dwar tenders oħra, hu evidenti li l-Onor. Interpellant ma għandu ebda skruplu li jiltaqa u jitkellem ma' min ikun xeħet tender u jiddiskuti magħhom l-andament u l-aġġudikazzjoni tat- tenders - ħaġa verament sorprendenti għaliex l-etika u l-liġi jitolbu li l-politiċi jżommu l-bogħod milli jippruvaw jindaħlu jew jinfluwenzaw il-proċess tat- tenders . Mill-istess stqarrijiet u kitba tal-Onor. Interpellant jidher li l-Onor. Interpellant għandu wkoll aċċess għad-dokumenti li jintużaw waqt il-proċess tal-evalwazzjoni u aġġudikazzjoni li saħansitra l-Ministri ma jkollhomx aċċess għalihom! Li dawn ikunu dokumenti misruqa, ċirkolati kontra l-liġi u kull regola etika ftit jidher li jħabblu ras l-Onor. Interpellant. Ma nistgħagibx għalhekk li din l-informazzjoni qed tintalab għal motivi ulterjuri konnessi mal-fatt illi dan it- tender irid jerġa jinħareġ. Jidhirli għalhekk li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant m'għandhiex tiġi pubblikat.
Leg 11 PQ #18588 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delimara — power station

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ li qajmet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta dwar it-tħaddim tal-power station f’Delimara dwar kemm u jekk hix iżżomm mal-livell ta’ emissjonijiet fl-arja permessi mid-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar impjanti kbar ta’ kombustjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Università ta' Budapest — finanzji għall-kors tal-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra favorevolment it-talba li saritlu fit-23 ta’ Lulju 2009 f’Aide Memoire minn ġenituri li qed isegwu kors fil-Mediċina Veterinarja fl-Università ta’ Budapest għax qed ikollhom jagħmlu sagrifiċċji finanzjarji kbar biex jiffinanzjaw il-biċċa l-kbira tan-nefqa li jkollhom jagħmlu għax kors simili ma jeżistix f’Malta u m’hemm l-ebda skema adekwata biex jigu mgħejuna l-ġenituri li qed jibgħatu lill-uliedhom f’kors bħal dan li jiġi jiswa iżjed minn €120,000 kull student? Jista’ jikkunsidra tax rebate għal dawn il-ġenituri? Jista’ għallinqas jiġi kunsidrat li dawn il-ġenituri jingħataw l-istess tip ta’ għajnuna li tingħata lill-istudenti Għawdxin li jiġu jistudjaw Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-diskors tal-Budget għas-sena 2010 (paġna 63) fejn tħabbar inċentiv fiskali għal persuni li jagħmlu l-istudji tagħhom f’istituzzjoni terzjarja rikonoxxuta. Din il-miżura se tiġi implimentata din is-sena stess u se tkun tikkonsisti f’deduzzjoni li tkopri parti mill-ispejjeż inkorsi biex isiru dawn l-istudji kemm jekk isiru f’Malta kif ukoll barra minn Malta, basta dawn il-persuni ma jkunux qed jirċievu xi forma ta’ għajnuna oħra għall-istudji tagħhom minn xi dipartiment jew entità oħra governattiva jew mill-privat.

Skemi ta' boroż ta' studju għaż-żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra jwaqqaf skemi ta’ boroż ta’ studju għal dawk iż-żgħażagħ li jridu jsegwu kors ta’ mediċina veterinarja f’universitajiet barranin għax dan il-kors ma jeżistix f’Malta u peress li għandna bżonn veterinarji tant li qed ikollna nġibu veterinarji barranin u bħalissa l-ġenituri ta’ dawn li jmorru jistudjaw barra qed ikollhom jagħmlu sagrifiċċji personali kbar biex jagħmlu dan il-kors?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li qed isiru taħditiet mal-awtoritajiet tal-Università biex il-korsijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant jiġu ffaċilitati mill-Università ta’ Malta.

Studenti li għamlu kors tal-MBA mal-European University

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’arranġamenti saru biex il-partial recognition li ngħataw studenti li għamlu kors ta’ MBA mal-EIE provdut mill-European University li mhix akkreditata imkien fid-dinja issa se jingħataw il-full recognition mill-Kunsill Malti għall-Kwalifki? X’verifiki saru biex jiġi żgurat li s-sigħat ġodda magħduda li jingħad li saru waqt il-kors biex itella' l-partial recognition għal full recognition sar bis-serjetá u mhux ġew falsifikati biex jingħata l-għarfien lill-kors tal-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda ftehim jew ħsieb bejn il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u l-EIE biex il-partial recognition li ngħatat l-MBA tal-European University tingħata full recognition.
Leg 11 PQ #18592 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — impjieg

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ġie terminat l-impjieg tal-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament u l-għala ġie terminat l-impjieg ta’ din il-persuna biss waqt li persuni oħra fl-istess sitwazzjoni tagħha ġeddulhom l-impjieg mal-Awtorià ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjieg ta' din il-persuna ġie terminat bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni li saret fuq l-aġir ta’ l-impjegata, waqt li kienet taħt probation, u m’għandu x'jaqsam xejn mal-fatt li “ġie terminat l-impjieg ta’ din il-persuna biss waqt li persuni oħra fl-istess sitwazzjoni tagħha ġeddulhom l-impjieg mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar”.

Declaration Regarding Exclusion Criteria

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti Annex A1.2 - Declaration Regarding Exclusion Criteria, Annex A1.3 - Declaration regarding origin of interested party, materials, equipment and services u Annex A1.7 - Technical Capability Declaration fir-rigward tas-sejħa għall-offerti CT 2445/09 li għalqet fit-3 ta' Settembru, 2009 liema dikjarazzjonijiet kellhom jiġu sottomessi mis-sitt offerenti u għaldaqstant jitqiegħdu l-kopji kollha tad-dokumenti relattivi sottomessi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi dokumenti sottomessi bħala parti minn offerta huma meqjusin bħala kunfidenzjali. Għaldaqstant it-talba magħmula ma tistax tiġi milqugħa.
Leg 11 PQ #18531 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18195 u jgħid kemm ingħataw kuntratti ta' konsulenzi u fil-każ ta' kull kuntratt, jindika l-isem tal-persuna jew ditta li ħadet il-kuntratt, l-iskop u l-ammont ta' ħlasijiet li saru, fil-qasam ta' Culture and the Arts, Cultural Heritage, Theatres, the Mediterranean Conference Centre u National Orchestra mid-data meta dawn is-setturi waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sal-aħħar ta' Mejju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ħlasijiet dovuti lill-Lecturer tal-ITS

Question

Peress li l-lecturer tal-Istitut tas-Servizzi Turistiċi ġie mwiegħed li se jsiru l-ħlasijiet dovuti lilu sal-15 ta' Ġunju 2010, kif imniżżel fl-informazzjoni li qed tingħata separatament, u peress li l-15 ta' Ġunju ġie u mar, tista' l-Ministru tgħid meta l-EUPAS se toħroġ il-ħlasijiet dovuti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 17583 fejn intqal li fadal pagament ta’ Management Fee lill-Istitut Ta’ L-Istudji Turistiċi u mhux lil lecturer tal-ITS. Kif hemm miktub fl-email li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant meta jsiru l-evalwazzjonijiet kollha meħtieġa l-pagament se jsir minnufih.
Leg 11 PQ #18584 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi mwaqqfa mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru b'referenza għall-istqarrija għall-istampa tas-Segretarju Parlamentari Chris Said Numru 1115 tas-Sena 2010, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tad-diversi Minuti ta' laqgħat li permezz tagħhom il-gvern meta kien qed ifassal il-Liġi li waqqfet il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali li preċedentement qabel l-istess Att li ġie approvat mill-Parlament Malti kien imsejjaħ Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku kien qabel mal-membri ta' dak iż-żmien 'li tibdil fil-liġi li waqqfet l-MCESD għandu jsir bi ftehim mal-istess imsieħba soċjali' filwaqt li jirrikonoxxi li l-kompozizzjoni preżenti kienet riżultat tal-għaqdiet li kienu rappreżentati dak iż-żmien u li allura bħala fatt konstatat il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin kienet dak iż-żmien tirrappreżenta lill-Union tal-Għalliema, l-MUT li llum m'għadux il-każ u allura din il-Konfederazzjoni hija magħmula minn Union li diġà hija rappreżentata fl-istess Kunsill fil-vesti tal-UHM u għaldaqstant b'mod awtomatiku b'sempliċi Avviż Legali fid-dawl ta' dan il-moviment fin-numri tal-istess Konfederazzjoni msemmija għandu jippromulga lill-FORUM tal-Unions Maltin bħala membri tal-MCESD fid-dawl tal-fatt li madwar 12,000 ħaddiem mhux rappreżentati fl-MCESD?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari numri 18381 u 10993. L-Att XV tal-2001 li waqqaf l-MCESD ġie approvat mill-Parlament fit-22 ta’ Ġunju 2001 wara konsultazzjoni twila u wiesa’ mal-imsieħba soċjali kollha. Għal dan l-iskop l-ILO kien bgħat espert (is-Sur Guseppe Cesale) biex imexxi hu l-konsultazzjoni u jipprepara abbozz tal-liġi). Dawn il-konsultazzjonijiet saru permezz ta’ diversi laqgħat ma’ kull organizzazzjoni li tagħhom ma hemmx minuti. Wara din il-konsultazzjoni kien hemm qbil dwar il-kompożizzjoni tal-MCESD u li jekk din il-kompożizzjoni tiġi biex tinbidel għandu jkun hemm kunsens bejn il-membri kollha. Dwar dan jaqblu l-imsieħba soċjali kollha rappreżentati fuq il-Kunsill. Il-kompożizzjoni tal-MCESD tista’ tinbidel biss b’Avviż Legali kif qed jipproponi l-Onorevoli Interepellant jekk xi wieħed mill-membri preżenti jċedi s-siġġu tiegħu u dan stante illi l-Att jispeċifika fl-artikolu 4C. li l-membri tal-MCESD li jirrapreżentaw lill- unions u lill-għaqdiet ta’ min iħaddem għandhom ikunu disa’. Għalhekk biex jinbidel dan in-numru trid issir emenda għall-att u ma jistax jinbidel b’Avviż Legali.

Kumpaniji — interconnector bejn Sqallija u Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji differenti li wrew interess u tefgħu l-offerta biex jagħmlu l-interconnector bejn Sqallija u Malta għall-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Interconnector bejn Sqallija u Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji li wrew interess u tefgħu offerta biex jagħmlu l-interconnector bejn Sqallija u Malta għall-Korporazzjoni Enemalta ddikjarawx li kienu nvoluti f’każijiet ta’ korruzzjoni, tixħim, ħasil ta’ flus jew grave professional misconduct? X’verifiki saru mill-ministeru tiegħu, mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Kumitat tal-Kuntratti biex jaraw jekk id-dikjarazzjonijiet li għamlu humiex veri jew le?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18587 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Livell ta' emissjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ li qajmet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta u li rreferiet għalih fit-tweġiba li tat fil-Parlament Ewropew li fil-25 ta’ Ġunju 2009 hija qajmet każ kontra Malta minħabba li qed jinqabeż il-livell stipulat ta’ emissjonijiet fin-naħa t’isfel ta’ Malta u li kienet għadha qed tistenna lil Malta toħroġ ir-rapport annwali dwar il-kwalità tal-arja li suppost ġie mgħoddi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2009, data li kienet ilha li skadiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk qed jirreferi għall-pjan dwar il-kwalità tal-arja, il-MEPA tiddikjara li wara li eżaminat id-data tal-PM10 mill-istazzjon tal-kejl fiss tal-Imsida, nstab li l-valur limitu kkalkulat fuq ġurnata inqabeż 52 darba meta d-direttiva tħalli li dan jsir 35 darba biss (fuq sena) u kien għalhekk li Malta applikat mal-Kummissjoni għall-estensjoni tal-ħin li fih Malta kellha tkun konformi ma' dan il-livell, u kien għalhekk li tnieda l-imsemmi pjan. Però Malta permezz ta' riċerka fuq dan is-suġġett irnexxiela tipprova permezz tal-użu ta' metodoloġija ssuġġerita mill-kummissjoni, li tinkludi ritratti bis-satellita, background trajectory modelling, chemical speciation u PM10: PM2,5 ratios li 16 minn dawn it-52 exceedances kienu attribwibbli għal trab li jiġi mis-Sahara. Malta irnexxiela turi permezz ta' metodu ssuġġerit mill-linji gwida maħruġa mill-kummissjoni li 6 minn dawn is-36 exceedance li fadal huma attribwibbli għall-aeorsol mill-baħar. Din l-informazzjoni kollha nbagħtet lill-Kummissjoni flimkien mal-applikazzjoni u wara li l-kummissjoni rrivediet l-applikazzjoni ta' Malta u l-informazzjoni xjentifika kollha li ntbagħtet, il-Kummissjoni kitbet lill-Malta biex tinformha illi kienet qed taċċetta l-argumenti ta' Malta li kien hemm 22 exceedance mit-52 li ġew irrapuratat li huma attriwibbli għall-sorsi naturali u li għalhekk ma kien hemm bżonn ta' l-ebda applikazzjoni. Madanakollu l-MEPA tibqa’ kommessa li timplimenta l-Pjan kollu dwar il-kwalità tal-arja li ħareġ f'Jannar ta' din is-sena.

żjarat mill-Korporazzjoni Enemalta għand kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ żjarat li saru minn tekniċi u uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta għand kumpaniji li se jipprovdu xi parti mill-impjant tal-estensjoni tal-power station f’Delimara? Jista' jagħti dati, ismijiet tal-persuni tal-Korporazzjoni Enemalta, ismijiet tal-kumpaniji li żaru u x’kienu r-raġunijiet għal kull żjara partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

Nireferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21656
Leg 11 PQ #18527 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18187, 17943 u 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18528 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Cultural Heritage Inventory Management System

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18237 u jgħid fejn wasal ix-xogħol tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq il-Cultural Heritage Inventory Management System (CHIMS)? Kemm intnefqu flus fuq is-sistema b’kollox? Kemm tħallset il-kumpanija Datatrak ta’ dan ix-xogħol? Is-CHIMS meta se tkun aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sistema tal-Cultural Heritage Inventory Management Systems kienet tnediet għall-pubbliku fuq l-internet fl-2007. Is-sistema tinsab online. Fl-2008 u 2009, s-Sovrintendenza ikkonċentrat fuq il-ġbir ta’ data u katalogi fuq il-wirt kulturali. Dan kien xogħol preparatorju ta’ riċerka u kompilazzjoni neċċesarju għal dan il-proċess. Din l-informazzjoni se tkun trasferita għal ġo CHIMS. Bħalissa s-Sovrintendenza qed tagħmel review tas-sistema CHIMS, biex ikun stabilit l-aktar mod effiċjenti biex titrasferixxi din id-data. Din l-informazzjoni hija estensiva u tirrikjedi diversi livelli ta’ attenzjoni, riċerka u proċessar kemm eletroniċi u kemm fiżiċi. Bħalissa s-Sovrintendenza qed tiproċessa mad-9,000 rekord ta’ siti, monumenti jew oġġetti artistiċi li diġà huma inventorjati. Dawn ivarjaw f’dik li hija skala, miżuri, daqs, informazzjoni eżistenti u materjal arkivjali. CHIMS spejjeż tas-sistema Datatrak Ltd CHIMS Software Development (of which Third Party Licences amounted to €21, 705.00 €102,356.23 Charles Aquilina CHIMS Analysis + Adjudication from 1/6/2003 to 20/6/2005 €6,544.98 M.I.T.T.S. Ltd. CHIMS Analysis + Adjudication from 1/6/2003 to 20/6/2005 €40,369.74 Total €149,270.95
Leg 11 PQ #18529 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — full complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18236 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bħalissa? F’liema grad? X’inhu l-full complement biex taħdem kif obbligata bil-liġi tal-Wirt Kulturali 2002? Meta se jkollha l-impjegati kollha li għandha bżonn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bħalissa għandha għaxar (10) impjegati. Tmienja minn dawn huma staff xjentifiku u impjegati fil-livelli ta’:- Direttur (is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali) – 1; Assistent Direttur (Deputat Sovrintendent) – 1; Senior Cultural Heritage Executive - 1; Cultural Heritage Executive (Staff xjentifiku) - 4; Cultural Heritage Executive (Finan & Ammin) – 1 Cultural Heritage Executive (Tekniċi) – 2 Fir-rapport tal-Management Efficiency Unit dwar l-operat tas-Sovrintendenza tal-2006, saret ir-rakkmandazzjoni li l- full complement ta’ din l-entità kellu jilħaq 37 ruħ. Din is-sena kienu impjegati 4 Cultural Heritage Executives (sezzjoni xjentifika), u hemm il-ħsieb li jkunu impjegati 3 uffiċjali oħra sal-aħħar ta’ 2010.
Leg 11 PQ #18530 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vjaġġi uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18196 u jgħid kemm saru vjaġġi uffiċjali, minn liema persuni u kemm ġie jqum lill-gvern kull vjaġġ, fil-qasam ta' Culture and the Arts, Cultural Heritage, Theatres, the Mediterranean Conference Centre u National Orchestra mid-data meta dawn is-setturi waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sal-aħħar ta' Mejju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma saru l-ebda vjaġġi uffiċjali fil-Malta Orchestra, it-Teatru Manoel, u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali filwaqt illi fil-Mediterranean Conference Centre, Malta Council for Culture and the Arts, Heritage Malta u St James Cavalier saru xi vjaġġi li dettalji tagħhom qed jidhru fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.