Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se titħaddem l-eco-contribution ta’ €3.50 għal kull persuna li żżur Malta fil-qasam tal-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Kemm se jħallsu dawn l-istudenti? Meta se tidhol fis-seħħ u kif?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern irċieva proposta mill-MHRA fuq il-metodu ta’ kif għandha tinġabar l-eko kontribuzzjoni.
Il-Gvern ukoll qed jevalwa l-proposta mressqa mill-MHRA u anke talab parir legali biex jara jekk dak li qed tipproponi l-MHRA jistax jiġi mplimentat.
eco-contribution għal min jgħallem l-Ingliż lill-barranin
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet għad-dewmien biex jiġi spjegat lill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin kif se taħdem is-sistema tal-eco-contribution fil-qasam tagħhom meta dan id-dewmien ħoloq problemi lil dawn l-iskejjel għax baqgħu ma ġewx infurmati lejliet il-bidu taż-żmien fejn ikunu l-iżjed beżlin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18676.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ permessi għandhom il-kiosks li jarmaw f’inħawi differenti tal-gżejjer tagħna? Għal kemm żmien tas-sena suppost jarmaw? X’passi qed jittieħdu biex jiġu nfurzati r-regolamenti li huma obbligati jħarsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kiosks minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom jiġifieri li huma fissi huma regolati mill-Awtorità tat-Turiżmu u l-liċenzji għalhekk joħorġu mingħand din l-entità u mhux mid-Dipartiment tal-Kummerċ. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji differenti li wrew interess u tefgħu l-offerta biex jagħmlu l-interconnector bejn Sqallija u Malta għall-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi peress li l-proċess għadu mhuwiex konkluż, mhuwiex prudenti li jissemmew dawn il-kumpaniji.
MCAST u l-istituzzjoni Ġermaniża — ftehim fuq korsijiet tad-degree
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’tip ta’ ftehim hemm bejn l-MCAST u l-istituzzjoni Ġermaniża li magħha qed isiru l-korsijiet tad-degree u kemm qed titħallas kull sena din l-istituzzjoni u x’servizzi qed tipprovdi għal dan il-ħlas? X’taħriġ sar għal lecturers tal-MCAST biex ikunu jistgħu jgħallmu d-degree courses?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST għandu ftehim ma’ Fraunhofer Gesellschaft, istituzzjoni Ġermaniża b’reputazzjoni internazzjonali b’kuntatti mill-qrib ma’ prattikament kull Università Ġermaniża u oħrajn, kif ukoll mas-setturi varji tal-industrija. Il-ftehim huwa li dawn tal-aħħar jgħinu fit-tfassil tal-korsijiet tad-degrees vokazzjonali f’livell ta’ undergraduate, jippreparaw materjal għat-tagħlim tal-istess korsijiet (madwar 500 slide għal kull study module), u jgħallmu l-istess modules f’kull programm skond l-istess ftehim. Kull study unit fil-ħamsin siegħa ta’ tagħlim, u l-istess lekċerers ta’ Fraunhofer jgħinu fit-tfassil tal-assessjar u fil-proċess tal-assessjar tal-assignments. Ix-xogħol kollu relatat ma’ kull module ġie jiswa lill-MCAST € 18,730.00.
Il-lekċerers tal-MCAST ġew involuti direttament f’kull stadju tal-ippjanar u fil-proċess tal-implementazzjoni ta’ dawn il-korsijiet. Waqt li l-lekċerers barranin kienu qed jgħallmu, il-lekċerer konċernat kien jitħarreġ billi jsegwi u jassisti lill-lekċerer barrani. Barra minnhekk, l-MCAST toffri taħriġ pedagoġiku kemm fil-Livell 5 u fil-Livell 7 għall-istaff akkademiku tagħha sabiex l-għalliema jkunu jistgħu jwettqu aħjar id-dmirijiet professjonali tagħhom.
MCAST — programmi ta’ taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu
Question
Tista' l-Ministru tgħid f’dawn l-aħħar tliet snin xi programmi ta’ taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu pprovda l-VVTU tal-MCAST? Kemm attendew dawn il-korsijiet u f’liema istituti jgħallmu dawk li attendew? Xi kwalifiki ngħataw tul dawn il-korsijiet? Xi pjanijiet hemm għall-VVTU għas-snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
National Commission for Higher Education? — postijeit vakanti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu man-National Commission for Higher Education? Kemm hemm postijiet vakanti? Jekk fadal postijiet vakanti, meta hemm il-ħsieb li jimtlew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm żewġ persuni jaħdmu man-National Commission for Higher Education.
Hemm erba’ postijiet vakanti.
In-National Commission for Higher Education se terġa toħroġ sejħa għall-applikazzjoni ta’ Commission Officers fil-futur qarib.
Fl-istatistika tan-NCHE fir-rapport Frar 2010 dwar studenti universitarji Maltin jistudjaw barra, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm minn dawn l-istudenti, fejn qed jistudjaw, x’qed jistudjaw u f’liema sena tal-kors universitarju tagħhom jinsabu? Fl-istess statistika kemm għandna studenti barranin jistudjaw fl-Università ta’ Malta? F’liema korsijiet u mil-liema pajjiż ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
persuni li qed isegwu kors f'xi istituzzjoni privata
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna persuni jsegwu korsijiet ta’ edukazzjoni għolja f’xi istituzzjoni privata f’Malta? Liema tip ta’ korsijiet qed isegwu u f’liema qasam? Kemm hemm korsijiet ipprovduti minn istituzzjonijiet lokali u kemm hemm minn dawn il-korsijiet ipprovduti minn universitajiet barranin iżda rappreżentati minn istituzzjoni lokali? Kemm hemm jgħallmu f’dawn l-istituzzjonijiet? X’tip ta’ kwalifiki għandhom dawk li jgħallmu degree courses f’istituzzjonijiet privati? Kemm minnhom għandhom first degree, kemm second degree u kemm dottorat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-Taqsima tal-iSkejjel Mhux Statali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kwalità tal-Assikurazzjoni ma żżommx informazzjoni dwar l-għadd ta’ persuni li jsegwu korsijiet għolja f’istituzzjonijiet privati f’Malta.
Il-korsijiet offruti ivarjaw minn korsijiet dwar Project u Logistics Management, Business Adminsitration, BSc, Tourism Management, Banking and Finance, Computing, Information Systems, Liġi, Politika, Accounting, Ekonomija, Edukazzjoni u Public Policy.
Hemm 87 minn dawn il-korsijiet li huma f’livell ta’ first degree, second degree, dottorat, u ukoll post graduate ta’ universitajiet barranin li huma rappreżentati minn istituzzjonijiet lokali.
F’dawn l-istituzzjonjiet hemm jgħallmu 127 għalliem li minnhom hemm 41 b’first degree, 43 b’second degree, 10 b’dottorat u 10 b’LLD.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-qrati qed idumu ma jipproċedu bil-każi kontra qassisin/nies reliġjużi akkużati li abbużaw bi tfal fdati f’idejhom? Għaliex dawn il-każi qed jitħallew ikarkru snin twal?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi din il-kawża bdiet fit-28 ta’ Ottubru 2003 u ilha fi stadju ta’ difiża mill-2006 u minn dak iż-żmien l-hawn, saret il-kontro-eżami ta’ xhieda tal-prosekuzzjoni, saret ix-xhieda tal-akkużati u nstemgħu xi xhieda tad-difiża. Infurmat ukoll li kien hemm xi diffikultà li tipprocedi l-kawża minħabba l-istat mediku ta’ wieħed mill-akkużati iżda wara li ngħata xi kura, l-kondizzjoni tiegħu ġiet ameljorata u huwa kapaċi jattendi għas-seduti tal-kawża. Ninab infurmat illi bħalissa l-kawża għadha fi stadju tad-difiża li qegħdin iressqu diversi xhieda biex isostnu l-każ tagħhom. Il-modalità dwar kif titmexxa kawża u s-seduti tagħha huma prerogattiva tal-Ġudikant sedenti.
tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet saru mill-MITA biex jiġi stabbilit jekk it-tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta’ interess tad-ditta tal-konsulenti ma’ wieħed mill-offerenti fil-każ tas-sejħa għall-offerti M482/09 kienx minnu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha tal-investigazzjonijiet kollha li saru dwar l-istess każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija numru 17453 jien spjegajt fid-dettal l-allegazzjoniji li saret fil-konfront tal-kumpanija ta' konsulenza, x'irriżulta u x'kien il-parir legali. Jidhirli li m'hemmx aktar x'nista nżid ma dak.
B'danakollu ma nistgħaġibx li l-Onor. interpellant ma fehmx fejn kienet il-possibilita' ta' kunflitt ta' interess għax mid-dehra l-anqas fehem li jien imkien u qatt ma akkużajt lill-Onor. interpellant li għandu xi nteress pekunjarju fil-kumpanija Computer Domain jew imqar li għandu xi interess ieħor fl-istess kumpanija.
Li għamilt hu:
1. innutajt li kien hemm "kumbinazzjoni stramba" li torbot lill-Onor. Interpellant, mal-Computer Domain u
tenders
tal-IT (PQ 17453);
2. staqsejt "x'inhi l-konnessjoni tiegħu mal-kumpanija Computer Domain" (PQ 17453);
3. staqsejt ukoll " għaliex hu (l-Onor. Bartolo) daqshekk pront biex jiddefendi l-interessi tagħha (tal-Computer Domain)" (PQ 17453);
4. għidt li l-kummenti tal-Onor. Interpellant huma "malicious" (artikolu MaltaToday); u
5. għidt "they are intended to serve interests that are too poorly hidden not to be understood" (l-istess artikolu).
Jien m'għidtx kelma oħra dwar l-Onor. Interpellant ħlief ta' hawn fuq u hu ċar li dawn ma jimplikawx li l-Onor. Interpellant kellu jew għandu xi interess pekunjarju jew interess ieħor fil-kumpanija Computer Domain. Naf daqs kullħadd naqra min huma s-
shareholders
tal-kumpanija u naf li Onor. Interpellant qatt ma kien wieħed minnhom. Hi stramba kif l-Onor. Interpellent "ħaseb" li jien kont qed naħseb li għandu xi nteress ta' flus!
Daqs kemm hu stramb li l-Onor. interpellant ipprova jiżvija l-"interess" li hu għandu billi jitlob lil Mr. Speaker jinvestiga d-dikjarazzjoni tal-assi li jagħmel kull Deputat. Apparti li Mr. Speaker jaf li m'għandu ebda poter f'dan ir-rigward, apparti li anki l-Onor. Interpellant jaf li dan il-poter ma jeżistix u kull ma pprova jagħmel hu li jgħatti x-xemx bl-għarbiel, mhux sejjer ngħallem jien lill-Onor Interpellant li hawn ġew, l-interessi li kull membru jista’ jkollu jmur hafna lil hinn mill-interessi pekunjarji biss!
U waqt li ma għandi ebda prova li l-Onor. Interpellant m'għandu ebda interess pekunjarju fil-kumpanija Computer Domain ma nistax ngħid li m'għandux xi "interessi" oħra f'din il-kumpanija għax tant iġib l-interessi tagħha l-quddiem u tant jirrakomandha u jiddefendijha - anki b'metodi li s'issa għadhom m'humiex pubbliċi - li l-"interess" tiegħu f'din il-kumpanija hu ċar u ppruvat.
Ma jistax ikun li tindaħal fi tliet proċessi ta'
tendering
u m'għandekx "interess";
Ma jistax ikun li fit-tliet każijiet tindaħal biex tivvantaġġa lill-Computer Domain u m'għandekx "interess";
Ma jistax ikun li tintervjeni biex twaqqaf proċess jew tinfluwenza min għandu jirbaħ tender u m'għandekx "interess".
sejħa M482/09 — sehem tad-Dipartiment tal-Kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’sehem kellu d-Dipartiment tal-Kuntratti fis-sejħa M482/09 tal-MITA?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li skont ir-Regolament 37(1) tar-Regolamenti tal-Kuntratti Pubbliċi, bħala awtorità kontraenti elenkata taħt l-Iskeda 3 ta’ l-istess Regolamenti, il-MITA hija awtoriżżata tippublika, tamministra u tevalwa t-tenders mingħajr ma taqa’ taħt il-kompetenza tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jien infurmat ukoll illi l-MITA ġabet awtoriżżazzjoni tal-Ministru qabel ma ppublikat it-
tender
M482/09 sabiex tuża l-proċedura tan-negozjati skont ir -Regolament 38 (4), issa Regolament 39(4).
Nixtieq nieħu l-opportunita biex nenfasiżża illi bħala Ministru nippretendi li la hemm liġi li tirregola kif isiru l-proċeduri tat-
tenders
, din il-liġi għandha tiġi osservata mhux biss mill-entitajiet li joħorgu t-
tenders
imma anki minn min jippretendi li jippontifika fuq il-proċess tat-
tenders
bħal ma jagħmel l-Onorevoli Interpellant. Qed ngħid dan għaliex l-Onor. Interpellant ħadha drawwa li jippretendi li jkun hu stess li jiddeċidi min għandu u min m'għandux jirbaħ it-
tenders
u biex insostni nirreferi lill-Onor. Interpellant:
1. għall-istqarrijiet maħruġa minnu in konnessjoni mat-
tender
għas-"
Second Step
Training programme
" fejn
QABEL
ma saret l-aġġudikazzjoni mill-Bord tal-Evalwazzjoni ħareġ stqarrijiet fejn ippretenda li kull kumpanija ħlief il-kumpanija
Computer Domain
kellhom jiġi eliminati; u
2. għall-email li kien bagħat lill-Ministru tal-Edukazzjoni (qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra) in konnessjoni mat-
tender
dwar "
Private Training Providers
" min fejn hu evidenti illi:
· ftit siegħat biss wara li nfetħu t-
tenders
jallega li d-dokumentazzjoni ta' kumpanija li kienet qed tikkompeti mal-
Computer Domain
ma kienitx kif suppost"!;
· minkejja li mhux normali li deputat ikun ra t-
tenders
, jindika fid-dettal fejn kien in-nuqqas tal-kompetitur tal-
Computer Domain
;
· jippretendi li din il-kumpanija tiġi skwalifikata mill-Kumitat tal-Kuntratti;
· Alla jbierek hu "infurmat li ISSA se jiltaqa l-Kumitat tal-Kuntratti" - fatt li l-anqas Ministru ma jkun jaf normalment; u oħroġ il-għaġeb
· jinforma lill-Ministru li jekk "il-Kumitat (tal-Kuntratti) jiddeċidi li jagħlaq għajnejh għal dan in-nuqqas tas-
St. Martin's Institute
, se jkun hemm appell...."!!
Hu altru li evidenti li dan hu attentat sfaċċat biex jipprova jinfluwenza proċess deċizjonali li l-politiċi għandhom joqgħodu l-bogħod minnu. Għar min hekk hu attentat biex irebbaħ
tender
lil kumpanija partikolari -
il-Computer Domain
- moħbi taħt l-iskuża li l-istorja m'għandiex titwal.
Differentament mill-Onor. Bartolo jien ma nispekulax u ma nsaqsix domandi retoriċi iżda noqgħod biss fuq il-fatti u huma dawn il-fatti li jipprovaw illi
BIL-KITBA TIEGHU STESS
l-Onor. Bartolo:
· ippretenda li jkun hu u mhux il-Bord imwaqqaf bil-liġi li jiddeċidi dwar x'għandu jsir fit-
tenders
;
· ippretenda li jkun hu u mhux il-Bord imwaqqaf bil-liġi li jiddeċidi min għandu jirbaħ it-
tenders
;
· ippretenda li fiż-żewġ
tenders
imsemminja tkun il-
Computer Domain
li tirbaħ it-
tenders
.
Li hu kemxejn sorpriża hu kif l-Onor Interpellant li tant jiftaħar li jkun jaf kollox dwar dawn it-
tenders
ma kienx jaf fuq każ ta' kunflitt ta' interess li setghet kella l-kumpanija li tant iġib l-interessi tagħha il-quddiem fit-
tender
tal-"
Private Training Providers
". Waqt li jien ċert li kien jaf bil-possibilta ta' dan il-kunflitt jidher li l-Onor. Interpellant dehrlu li m'għandux iġibu il-quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti CT 2445/09 liema sejħa għalqet fit-3 ta' Settembru, 2009 filwaqt li jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tali sejħa terġa' tiġi ppubblikata jekk l-ebda mill-offerti riċevuti ma tilħaq il-kriterji stabbiliti fis-sejħa għall-offerti? Jekk fin-negattiv, meta hemm il-ħsieb li ssir rakkmandazzjoni finali lid-Dipartiment tal-Kuntratti biex tali offerta tkun tista' tingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-aġġudikazjoni ta’ l-offerti kienet ġiet konkluża. Il-Kumitat ta’ evalwazjoni sab li ħadd mill-offerenti ma onora l-kundizzjonijiet kollha tas-sejħa għall-offerti u għaldaqstant irrakmanda li din is-sejħa għandha tiġi kkanċellata. Din ir-rakmandazzjoni ġiet approvata mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u d-Dipartiment tal-Kuntratti kien ippublika avviż f’dan ir-rigward fit-2 ta’ Diċembru 2009. Wara li għalaq il-perjodu ta’ appell u billi ħadd ma appella minn din id-deċiżjoni inbdiet proċedura negozjata ma’ kull minn tefa offerta għas-sejħa ta’ offerti. L-offerenti ġew imfehma x’nuqqasijiet kien hemm minn naħa tagħhom u ġew mistiedna biex jerġgħu jitfgħu offerta ġdida fid-Dipartiment tal-Kuntratti sas-6 ta’ Lulju 2010.
Sejħa għall-offerti għal Electricity Connector between Malta and Sicily
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-Bord ta' Aġġudikazzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta li qed jevalwa s-sejħa għall-offerti għal Electricity Connector between Malta and Sicily CT 2445/09? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti li qed jgħinu lill-istess Bord ta' Aġġudikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba l-fatt li għadna fil-istadju ta’ Evalwazzjoni u Aġġudikazzjoni, huwa prematur li tingħata din l-informazzjoni minħabba s-sensittività tal-proċess.
B'referenza għall-interconnector bejn Malta u Sqallija, jista' l-Ministru jgħid jekk il-fondi li Malta ġiet identifikata li tibbenefika minnhom taħt il-European Energy Programme for Recovery tal-Unjoni Ewropea, ġewx mgħoddija digà lil Malta? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dawn jiġu mgħoddija u x'konsultazzjonijiet qegħdin isiru min-naħa tal-Planning and Priorities Co-ordination Division fid-dawl tas-sejħa għall-offerti għall-istess interconnector?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fondi li huma allokati lil Malta jaqgħu taħt il-programm tal-EEPR se jiġu mogħtija lil Malta fuq pro-rata wara li jiġu konklużi l-ispejjeż tal-proġett bħal ma jsir is-soltu għal proġetti li jingħataw fondi mill-EU.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti f’kull istitut u f’kull kors tal-MCAST, sena b’sena f’Ottubru 2009 u kemm kien hemm minn dawn l-istudenti fl-istess istituti u korsijiet f’Ġunju 2010? Kemm kien hemm minnhom li ma baqgħux jattendu u kemm kien hemm minnhom li baqgħu jattendu u weħlu f’kull eżami? Kemm weħlu studenti mill-ewwel sena ta' kull kors ta' sentejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar n-numru ta’ studenti f’kull istitut u f’kull kors tal-MCAST f’Ottubru 2009 u f’Ġunju 2010 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Filwaqt li l-aħħar part tal-mistoqsija għada ma tistax tiġi mwieġba peress li għadhom għaddejjin l-eżamijiet u l-korrezzjoni tal-assignments.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li bdew jattendu foundation course fl-MCAST? Kemm minnhom komplewh sal-aħħar u kemm minnhom komplewh iżda m'għaddewx? Tista’ tagħti l-istatistika istitut b’istitut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar n-numru ta’ studenti li bdew jattendu foundation course u komplewh sal-aħħar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Waqt li l-istatistika ta’ kemm għaddew studenti għada ma tistax tingħata minħabba li għadhom għaddejin l-korezzjoni tal-assignments.
Tista' l-Ministru tgħid kif sejrin fil-korsijiet tad-degree fl-MCAST? Wara l-esperjenza tal-ewwel sena, fejn jinħass bżonn ta’ titjib? Sodisfatti bil-livell u l-kwalità tal-ippjanar f’dawn il-korsijiet? Kemm studenti bdew dawn il-korsijiet u kemm minnhom fil-fatt se jiggradwaw, kull istitut? X’inhuma l-pjanijiet f’dan il-qasam għas-snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S’issa il-korsijiet tad-Degree tal-MCAST kienu ta’ suċċess. Il-materjal tat-tagħlim li kien ippreparat kien ta’ kwalita’ eċċellenti u l-Professuri li ġew minn barra kienu ta’ l-għola kwalifiki u professjonalita’. Dawn kellhom kliem ta’ tifħir għall-livell għoli tal-istudenti tal-MCAST.
Din is-sena t-tagħlim sar minn Professuri Ġermaniżi u għalhekk kien possibbli biss li jiġi offrut ‘
study unit
’ wieħed fuq perjodu ta’ erba’ ġimgħat. Mis-sena d-dieħla erbgħa ‘
study units
’ jiġu mgħotija matul kull
semester
u t-tezi tkun mifruxa fuq zewġ
semesters
. B’hekk l-istudenti jingħataw aktar żmien biex jiġi assorbit it-tagħlim.
L-ippjanar tat-tagħlim kien sodisfaċenti u minkejja x-xogħol konsiderevoli involut, il-korsijiet kollha bdew u ser jispiċċaw fiż-żmien stipulat. Il-kwalita’ tat-tagħlim kien kif meħtieġ u sodisfaċenti ħafna.
In-numru ta’ studenti li bdew korsijiet ta’ degree f’kull Istitut huwa:
Institute of Art & Design 35
Institute of Business and Commerce 5
Institute of Electronics & Electrical Engineering 17
ICT 25
B’kollox kien hemm 82 student li bdew xi waħda minn dawn is-seba’ degrees li bdew f’Settembru 2009.
Għalissa ma’ jistax jingħata n-numru ta’ student li se jiggradwaw għax il-kors għadu ma’ spiċċax.
L-istess seba’ korsijiet li kienu offruti din is-sena ser jerġgħu jkunu offruti s-sena li ġejja flimkien ma’ degree ġdida fil-
Fine Arts
. Is-sena ta’ wara korsijiet ta’ degree oħra ser ikunu offruti fl-Istituti tal-Inġinerija Mekkanika, Servizzi fil-Komunita’, Agrikummerċ, Inġinerija Elettrika u Elettronika, Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni u Arti u Disin.
offerta tal-eLearning Solution — kwestjoni fuq wieħed mill-konsulenti
Question
B'referenza għas-sejħa għall-offerta pubblika M482/09 tal-eLearning Solution fl-iskejjel maħruġ mill-MITA, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li bih il-Bord tal-Evalwazzjoni ġie nfurmat fl-10 ta’ Diċembru 2009 li wieħed mill-konsulenti li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu rabtiet kummerċjali ma’ waħda mill-kumpaniji li kienet sub-contractor ta’ wieħed mill-offerenti? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni tal-bord li jtemm il-konsulenza ta’ din il-persuna filwaqt li jqiegħed ukoll kopja tal-Minuti tal-laqghat tal-Bord tal-MITA li saru tul ix-xahar t’April 2010 kollu filwaqt li jgħid x’laqgħat tal-istess bord saru fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2010? X’investigazzjonijiet saru biex jiġi stabbilit jekk l-informazzjoni mgħoddija kenitx korretta jew le? X’fatti ġew stabbiliti? Jekk ġiet stabbilita rabta kummerċjali bejn il-konsulent u wieħed mis-sub-contractors ta’ wieħed mill-offerenti, għax ma tħassarx il-proċess meta ġie stabbilit dan il-fatt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant, illi l-kumpanija ta’ konsulenza IT Consulting Services UK Ltd, nhar l-10 ta’ Diċembru 2009, permezz ta’ e-mail infurmat lill-Bord ta’ Evalwazzjoni tat-tender illi ”...
Laurie (McDonnel) is an Associate Director of Futurelab, and towards the end of their bid the eLP+ Consortium has mentioned their intention to use ....as part of their delivery approach. My intention therefore is not to share any of the bids with Laurie and not to use Laurie on any of the bid related activities...
.” .
Nhar l-14 ta’ Diċembru 2009, intbgħatet is-sussegwenti email lil IT Consulting Services UK Ltd:
”Further to your email....in which you informed us of Mr O’Donnell conflict of interest, we agree to your course of action not to share any information related to this tender with Mr O’Donnell, nor involve Mr. O’Donnell, in any activity related to the evalution of the tender. In view of this situation, please be advised that the appointment of Mr. O’Donnell as an advisor to the evaluation team...is revoked with immediate effect. We also would like to advise that Mr O’Donnell’s involvement in the provision of Consultancy services for e-Learning through the contract having reference 083/09 is also being terminated forthwith....”
Il-Bord tal-Evalwazzjoni ma’ kienx informa lill-Kap Eżekuttiv b’dan il-kunflitt ta’ interess u kien biss f' Marzu 2010 li l-Kap Eżekuttiv u, wara,l-Bord tad-Diretturi saru jafu b’dan il-kunflitt ta’ interess.
Hu evidenti li l-Onor. interpellant qed jiġi sgwidat minn min qed jgħaddilhu l-informazzjoni għaliex din il-persuna ma kienitx taf li l-Kap Eżekuttiv tal-MITA kien bagħat lura ir-rapport tal-Bord għal aktar evalwazzjoni teknika u r-rapport finali sar biss f'Marzu 2010 u mhux f'Diċembru 2009. Ma tantx trid għerf biex tasal ghal din il-konklużjoni mill-mod dilettantesk kif qed isiru d-domandi.
Minn naħa tiegħi jien tajt id-direzzjoni li t
-tender
jerġa’ jinħareġ fl-istess ġurnata li l-Bord tad-Diretturi infurmani b’din is-sitwazzjoni. Kif diġa’ stqarrejt fit-tweġiba tiegħi għal-Mistoqsija Parlamentari numru 17453, jien ħadt din id-deċiżjoni qabel ma’ kont naf min kienu l-offerenti li tefgħu l-proposta tagħhom.
Fir-rigward tal-mistoqsija fejn qiegħed jintalab x’laqgħat saru mill-Bord tad-Diretturi tal-MITA fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2010 ninforma lill-Onor Interpellant illi saret laqgħa waħda f’dawn ix-xaharejn. Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant illi bħala prassi l-minuti tal-Bord tad-Diretturi tal-MITA jiriflettu kunsiderazzjonjiet li jsiru b’mod kunfidenzjali. Nifhem pero li hu qiegħed jitlob dawn il-kopji għal finijiet ta’ dan il-proċess u għalhekk qed nikkwota hawn taħt l-estratti mill-minuti li jikkonċernaw dan il-proċess:
Record of the 13th MITA Board Meeting held on 25th March
3.3 The CEO also said taht there was a problem with regard to eLearning. The Chairman was infomred of a potential conflict of interest due to the consultant engaged allegedly having an interest in one of the bidding companies. The CEO has checked this and now it resulted that actually there was a connection between one of the proposed consultants and a subcontracting party included by one of the bidders. The Company had sought legal advice and was expecting a legal opinion. It was agreed that the Members would determine the next step after the legal advice was received.
Record of the 14th MITA Board Meeting held on 29th April 2010
Minute 6. Approval for eLearning Short Listing
6.1 The members referred to the Paper circulated. They discussed it and did not accept the evaulation made since it feels that altough the potential conflict of interest was declared at the outset, they felt that the potential conflict of interest could be perceived negatively and undermine the integrity of the process and the eventual success of the project.
Thus the recommendations made were refused and it was agreed that MITA would re-issue the tender on an open basis.
Fl-aħħarnett, ntenni li jien qed insemmi fatti, mhux nispekula, mhux insaqsi domandi retoriċi, mhux nixħet tajn bla ma nipprova u nissostanzja. Kull fatt li semmejt fir-rigward tal-Onor. Interpellant u l-kumpanija Computer Domain hu sostanzjat b'dokumenti miktuba mill-istess Onor. Interpellant kuntrarju għall-allegazzjoni tal-Onor. Interpellant li dan it-tender tħassar għax ma ġietx magħżula xi kumpanija li xtaq il-Gvern jew l-allegazzjoni l-oħra li kien għamel li fit-tender magħruf tas-"Second Step" kienet se tintgħażel kumpanija viċin tiegħi meta fil-fatt intgħażlet il-kumpanija Computer Domain li fir-rigward ta' viċinanza l-Onor Interpellant ma jirbaħlu ħadd!
Jista' l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-MITA biex fil-futur ma jerġax ikun ripetut l-iżball li konsulenti jintgħażlu qabel isir magħruf min huma l-offerenti biex konsulenti u kumpaniji jiġu skrinjati sew biex ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejniethom bħalma qed jingħad li ġara fis-sejħa għall-offerti M482/09?
Response (GATT, AUSTIN)
Jidhirli li aktar importanti milli l-MITA tevalwa xi proċeduri tuża biex tappunta l-konsulenti, ikun ħafna aktar importanti li politiċi bħall-Onor. Interpellant jifhmu darba għal dejjam li l-indħil tagħhom waqt il-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tender hi kontra l-liġi u l-etika u meta magħmula bil-għan biex tgħin lil xi wieħed mit-tenderers hi kundannabli.
Pajjiżna għandu l-istess liġi u regolamenti dwar il-proċess tat-tenders li għandu kull pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. Pajjiżna għandu proċess ta'
tendering
ekwivalenti għal kull proċess simili fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Din il-liġi u proċess ma jippermettux indħil politiku la ta' Ministri, la ta' deputati u la ta' ħadd. Il-proċess jagħti drittijiet wiesgħa ħafna lil kull min għandu interess fil-proċess bi dritt ta' appell lil Tribunal indipendenti f'kull stadju tal-proċess.
Hu evidenti li l-Onor. interpellant u l-Oppożizzjoni ħafna drabi għandhom l-interess politiku li dan il-proċess ma jitħallhiex jaħdem kif suppost.
Fir-rigward tal-għazla tal-konsulenti naħseb li ma teżisti l-ebda metodoliġija perfetta li tista’ tintuża f’dawn il-proċessi. Kull sistema fiha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha u filwaqt li l-metodu li qed jissuġerixxi l-Onor. Interpellant jista jkollu l-merti tiegħu, għandu zgur id-difett li jtawwal sew il-proċess għax it-tieni sejħa tkun trid hi wkoll issir wara sejħa għat-
tenders
.