Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18405 u jgħid min huma l-operaturi li ntgħażlu biex joperaw il-marinas li ġew privatizzati f’Malta u Għawdex? Kif intgħażlu? B’liema kriterji? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-ftehim milħuq ma’ kull wieħed minn dawn l-operaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-proċessi ta' privatiżżazzjoni ma' humiex kompitu ta' dan il-Ministeru.
offerta tal-eLearning Solution — kwestjoni fuq wieħed mill-konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18406 u ċioe: B'referenza għas-sejħa għall-offerta pubblika M482/09 tal-eLearning Solution fl-iskejjel maħruġ mill-MITA, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li bih il-Bord tal-Evalwazzjoni ġie nfurmat fl-10 ta’ Diċembru 2009 li wieħed mill-konsulenti li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu rabtiet kummerċjali ma’ waħda mill-kumpaniji li kienet sub-contractor ta’ wieħed mill-offerenti? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni tal-bord li jtemm il-konsulenza ta’ din il-persuna filwaqt li jqiegħed ukoll kopja tal-Minuti tal-laqghat tal-Bord tal-MITA li saru tul ix-xahar t’April 2010 kollu filwaqt li jgħid x’laqgħat tal-istess bord saru fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2010? X’investigazzjonijiet saru biex jiġi stabbilit jekk l-informazzjoni mgħoddija kenitx korretta jew le? X’fatti ġew stabbiliti? Jekk ġiet stabbilita rabta kummerċjali bejn il-konsulent u wieħed mis-sub-contractors ta’ wieħed mill-offerenti, għax ma tħassarx il-proċess meta ġie stabbilit dan il-fatt?
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18527, 18187, 17943 u 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa?
Marina tal-Imgarr, Għawdex — konsultazzjoni dwar privatizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entita` li taqa’ taħtu mexxiet xi proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-privatizzazzjoni tal-Marina tal-Imgarr, Għawdex? Jekk iva, liema entità kienet din? Meta saret il-konsultazzjoni, ma’ min u xi rriżulta minn din il-konsultazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-proċess ta’ konsultazzjoni li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tmexxa mill-Awtorità Marittima ta’ Malta, illum Transport Malta, fis-sena 2009. L-awtorità kienet ppublikat l-istudju ntitolat “Development of Yachting Facilities in Malta - Identification of Potential Sites for All-Weather Marinas and Temporary Marinas” għall-konsultazzjoni ma’ diversi stakeholders, fosthom kunsilli lokali, kf ukoll il-pubbliku in ġenerali. Fil-fatt l-istess rapport kien ukoll aċċessibli minn fuq il-website tal-awtorità tul dan il-proċess.
Wara li ttieħdu in konsiderazzjoni l-proposti, suġġerimenti u rakkomandazzjonjiet li ġew sottomessi, l-awtorità identifikat numru ta’ lokalitajiet fejn setgħu jiġu żviluppati
marinas
kemm temporanji kif ukoll permanenti.
Marina tal-Imġarr, Għawdex — effett fuq l-Għawdxin
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk b’xi mod jew ieħor il-Ministeru jew xi struttura li taqa’ taħtha ġietx ikkonsultata dwar l-effett fuq l-Għawdxin qabel ma giet privatizzata l-Marina tal-Imġarr, Għawdex? Jekk iva, meta saret din il-konsultazzjoni u xi rriżulta minnha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-proċess għall-privatizazzjoni tal-Marina tal-Imġarr, ġie kkunsidrat li jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet u l-benefiċċji li kienu jgawdu l-Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18410 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kiteb il-bord tal-evalwazzjoni u tal-konsulenti dwar il-proposti sottomessi minn dawk il-kumpaniji li wieġbu għas-sejħa M482/09 tal-MITA?
kwestjoni dwar kumpaniji li jibnu l-power stations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18411 u ċioe: Peress li l-BWSC hija 100% tal-Mitsui Engineering and Shipbuilding Co Ltd (MES) u peress li l-MAN hija licenzjata mill-MES biex tibni magni għall-power stations u MAN u MES jipproduċu magni għall-power stations flimkien u peress li l-BWSC u l-MAN kienu tnejn mill-offerenti għall-kuntratt tal-estensjoni tal-power station f’Delimara u waħda ntagħżlet u l-oħra ġiet runner up, jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni jekk l-offerti tal-BWSC u l-MAN jammontawx għall-collusive bidding peress li l-benefiċjarja finali kienet se tkun il-MES, jirbaħ min jirbaħ il-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18411.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18402 u jgħid fejn wasal l-impenn tal-Ministeru biex jipprovdi kenn mix-xemx u x-xita għaż-żwiemel tal-karozzini mogħti f’email tas-27 ta’ Awwissu 2009 bl-isem ta’ ‘Karozzini horses’ fejn il-Ministru kiteb: “I can assure you that the Malta Transport Authority is all for the creation of shelters for horses and is willing to pay for them itself provided that there is space where to erect them and that they are used by the cab owners.”? Mindu nkitbet din l-email kemm saru minn dawn ix-shelters għaż-żwiemel, fejn saru u kemm intnefqu flus minn Trasport Malta fuqhom? Jekk ma sarux għal liema raġuni dawn ma sarux u jekk hemm il-ħsieb li se jsiru, meta se jkun dan, filwaqt li tingħata breakdown dettaljata tal-infiq previst?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas — sejħiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18403 u jgħid kemm saru sejħiet s’issa bħala "Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas” mal-kosta ta’ Malta u Għawdex, fejn wasal il-proċess ta’ kull sejħa, minn min ġew evalwati l-offerti riċevuti u f’kull każ jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-evalwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18404 u jgħid kemm ġew magħżula operaturi għall-Organized Mooring Areas fl-ibħra ta’ Malta u Għawdex? F’kull każ min huma dawn l-operaturi? B’liema kundizzjonijiet ingħataw dawn l-Organized Mooring Areas f’dak li għandu x’jaqsam ma’ finanzi, tul ta’ żmien u obbligi lejn l-istat u lejn dawk li jużaw il-faċilitajiet f’dawn l-areas filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt iffirmat għal tali operat rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18246 u jgħid x’xogħol qed isir mill-entitajiet tal-wirt kulturali biex jiġi evalwat u inċentivat is-sehem ta’ dan il-qasam għall-ħolqien tal-ġid fil-gżejjer tagħna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18784.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18244 u jgħid x’inizjattivi hemm il-ħsieb li jittieħdu mill-entitajiet tal-wirt kulturali biex flimkien mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tiżdied il-viżibilità ta’ dan is-settur fl-istatistika nazzjonali ta’ pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura bħalissa għaddej f’eżerċizzju ta’ riċerka permezz tal-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Ekonomija Kreattiva. Dan l-eżerċizzju jinkludi evalwazzjoni tal-kontribut tal-attivitajiet kulturali u kreattivi (inkluż dak li ġej mis-settur tal-wirt storiku) lejn l-ekonomija. Qed issir ħidma wkoll bejn dan il-Grupp ta’ Ħidma u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex tinġabar informazzjoni u statistika diretta mingħand l-operaturi kulturali (inklużi dawk tal-wirt storiku (supply) u mingħand l-udjenzi li jattendu dawn is-siti u l-attivitajiet (demand) sabiex tkun tista’ tiġi kkwantifikata u inċentivata l-attività ekonomika u l-ħolqien ta’ ġid u impiegi f’dan is-settur. Dan l-eżerċizzju għadu fil-fażi ta’ ġbir ta’ data u r-riżultati tiegħu se jkunu qed jiġu mħabbra matul ix-xhur li ġejjin.
tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18407 u jgħid x’investigazzjonijiet saru mill-MITA biex jiġi stabbilit jekk it-tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta’ interess tad-ditta tal-konsulenti ma’ wieħed mill-offerenti fil-każ tas-sejħa għall-offerti M482/09 kienx minnu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha tal-investigazzjonijiet kollha li saru dwar l-istess każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18408 u jgħid x’passi se jittieħdu mill-MITA biex fil-futur ma jerġax ikun ripetut l-iżball li konsulenti jintgħażlu qabel isir magħruf min huma l-offerenti biex konsulenti u kumpaniji jiġu skrinjati sew biex ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejniethom bħalma qed jingħad li ġara fis-sejħa għall-offerti M482/09?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna rziezet tal-majjali u tat-tiġieġ fis-sena 2004 u kemm għandna llum? Kemm kienu jitrabbew majjali u tiġieġ f’pajjiżna fis-sena 2004 u kemm qed jitrabbew illum? Kemm huwa ppjanat li jibqgħu jitrabbew tiġieġ u majjali u kemm se jifdal irziezet tagħhom sas-sena 2013?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-irziezet u trobbija tat-tjur u l-majjali kienet kif ġej;
2004
2010
Numru ta’ Irziezet tal-Majjal
174
167
Numru ta’ Irziezet tal-Brolers
○ 219 + 28
○ 99 + 13
Numru ta’ Irziezet tat-Tiġieġ tal-bajd
○ 64 + 28
○ 36 + 13
Qatla tal-Majjal
*
104,505
●
86,825
Produzzjoni ta’ Laħam tat-tiġieġ
* 3,773,586 rjus
(8,286,590kgs)
●
2,485,467 rjus
(5,949,196kgs)
Stima ta’ produzzjoni ta’ bajd
*
6,041,279tużana
●
3,169,718
tużana
* Produzzjoni 2004
● Produzzjoni 15/06/2009 – 15/06/2010
○ L-irziezet immarkati huma liċenzjati biex irabbu kemm broilers kif wkoll tiġieġ tal-bajd
Irid jingħad illi t-tnaqqis reġistrat fin-numru ta’ rziezet hu dovut għall-fatt illi llum l-irziezet huma obbligati li jilħqu standards Ewropej li jharrsu l-interess tal-konsumatur. Dawk li ma kienux konformi u ma għamlux l-istrutturar meħtieġ fl-irziezet tagħhom minkejja li kellhom opportunita jibbenefikaw minn fondi għal ristrutturar kif għamlu operaturi oħra, ma setghux ikomplu joperaw. Fir-rigward ta’ kemm hemm ser jibqa irziezet fl-2013 dan jiddependi mill-operaturi stess. Il-produtturi kollha li jkunu għamlu l-investimenti u modifiki meħtiega jistgħu jibqgħu joperaw.