Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37439 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Intern

karozza li tinsaq minn guvni taħt l-età

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jistgħux l-pulizija jindagaw fuq min hi reġistrata l-karozza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tinstaq illegalment minn ġuvni taħt l-età regolarment u jieħdu l-passi meħtieġa beix iwaqqfu dan l-abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Pulizija ħadu l-passi neċessarji.

Żieda fil-pensjoni tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-miżura ta’ għoti ta’ €300 għal anzjani ‘il fuq minn 80 sena ħaduha l-anzjani kollha intitolati u sħaħ jew proporzjonalment skont meta twieldu għax spiċċajna li €300 jidher li ħaduha biss dawk li għalqu sninhom f’Jannar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li l-għotja msemmija ta’ €300 fis-sena hi dovuta lil dawk l-anzjani li jilħqu 80 sena u li jkunu għadhom jgħixu ġewwa darhom jew ma’ familjari. Għaldaqstant dawk l-anzjani li f’Jannar kienu diġa laħqu l-eta’ ta’ 80 u kienu qegħdin jgħixu ġewwa darhom jew ma’ familjari ingħataw is-somma sħiħa ta’ €300 filwaqt li dawk li laħqu l-eta’ ta’ 80 matul is-sena kurrenti qegħdin jieħdu somma pro-rata ta’ €300 li tkopri mid-data li fiha jilħqu 80 sal-aħħar tas-sena. Inżid ukoll illi kull anzjan li matul is-sena kurrenti irċieva jew ser jirċievi is-somma ta’ €300 jew parti minnha, f’Jannar tas-sena d-dieħla jirċievi l-ammont sħiħ.

Tfal tal-year 6 mingħajr kotba u workbooks

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema suġġetti tfal li jattendu s-sitt sena tal-primarja tħallew mingħajr ktieb/workbook/handbook din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tfal tas-sitt sena qegħdin jistennew il-workbook tar-Reliġjon li jitfassal u jiġi mitbugħ mis-Segretarjat tal-Katekeżi Nisranija tal-Kurja Arċiveskovili.

Studenta intitolata għall-istipendju u smart card

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-istudenta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-kors level 4 l-MCAST hix intitolata għall-istipendju u smart card għaliex staqsiet lill-amministrazzjoni u baqgħet mingħajr risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li din l-istudenta kienet għamlet kors fuq livell 4 u għalih ħadet stipendju, issa li bdiet kors fuq l-istess livell, ma hix intitolata għall-istipendju skont l-Avviż Legali li jirregola l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti.

Appoġġ — każijiet ta' abbuż sesswali tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju l-Appoġġ, meta jkun qed jinvestiga allegazzjonijiet ta' abbuż sesswali tat-tfal jitlob li ssir eżami mediku tat-tifla biex jiġi stabbilit il-fatt tal-abbuż lil hinn mill-allegazzjonijiet, meta din l-allegazzjoni tinkludi li fl-abbuż kien hemm penetrazzjoni u allura suppost li jitħalla effett fiżiku tal-abbuż?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi meta jkun hemm rapport ta’ allegat abbuz sesswali fuq minorenni li jinkludi penetrazzjoni ta’ kull tip, il-haddiema socjali jitkellmu mal-minuri u/jew mal-genituri, skond il-kaz, u immedjatament jirreferi l-kaz lill-pedjatra tal-Agenzija li tiehu l-azzjoni opportuna fl-iqsar zmien possibbli sakemm ma jkunx hemm ragunijiet validi fil-ligi biex il-kaz jigi riferut mill-ewwel lill-pulizija tat-Taqsima kontra l-Vizzji (Vice Squad).

Rapporti ta' abbużi sesswali lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin, sena b'sena, kemm kien hemm rapporti ta' abbużi sesswali fuq it-tfal li waslu għand l-Appoġġ u kemm minnhom, sena b'sena ġew riferuti lill-pulizija u kemm minnhom spiċċaw il-Qorti?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in-numru ta’ rapporti ta' abbużi sesswali fuq it-tfal li waslu għand l-Agenzija APPOGG f’dawn l-ahhar erba` snin huma: Jannar sa Gunju 2012 63 Jannar sa Dicembru 2011 118 Jannar sa Dicembru 2010 188 Jannar sa Dicembru 2009 165 Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ta’ kemm minn dawn il-kazijiet gew referuti lill-pulizija u kemm minnhom spiccaw il-Qorti tinzamm mill-Pulizija u mhux mill-Agenzija APPOGG.

Ħaddiema tal-Appoġġ — investigazzjonijiet dwar każijiet ta' abbużi sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri jsegwu l-ħaddiema tal-Appoġġ huma u jinvestigaw każijiet ta' abbużi sesswali fuq tfal fejn l-allegazjonijiet ikunu ġejjin mill-omm jew il-missier u l-qraba tagħhom u żwieġ ikun għaddej minn problemi serjissimi li jwasslu għal sitwazzjoni fejn it-tfal jintużaw kontra xulxin u anke jiġu mħarġa biex jaqilgħu allegazzjonijiet serjissimi fuq xulxin?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Agenzija APPOGG tinvestiga kull rapport tal-allegat abbuz sesswali fuq tfal billi preliminarjament titkellem mal-minuri u l-persuni kollha relevanti. Meta mill-investigazzjoni preliminari ikun hemm suspett li allegazzjoni ta’ abbuz sesswali ma tkunx veritierja, l-Agenzija generalment tipproponi li ssir investigazzjoni separata minn psikologu/a tat-tfal sabiex jigi ddeterminat jekk l-abbuz huwiex minnu jew le u jekk hemmx xi influwenza esterna fir-rigward tar-rakkont tal-minuri. Fejn jirrizulta li hemm provi cari li hemm abbuz sesswali, l-Agenzija tirreferi kazijiet bhal dawn lill-Pulizija. Dan sabiex it-tfal ma jkollhomx bzonn jghaddu minn investigazzjoni mal-pulizija jekk ma jkunx hemm il-bzonn. Meta l-Agenzija tkun infurmata li hemm kaz ta’ separazzjoni pendenti l-Qorti, hija titlob lill-parti li tkun qed taghmel ir-rapport sabiex tinforma lill-istess Qorti bl-allegazzjonijiet. Il-Qorti Imbaghad titlob biex l-Agenzija APPOGG tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet, jekk jidhrilha opportun. Dan sabiex il-hidma tal-Agenzija APPOGG tkun ko-ordinata mal-hidma tal-Qorti u biex il-minuri kkoncernati ma jkunux esposti ghal proceduri repetuti.

Skola sekondarja subien tal-Ħandaq — laqgħa għal għażliet post-sekondarji għall-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-raġunijiet biex laqgħa fl-iskola sekondarja subien tal-Ħandaq dwar għażliet post-sekondarji għall-istudenti nhar il-Ġimgħa 19 t'Ottubru 2012 ġiet imwaqqfa u ma komplietx wara li bdiet? Tista' tgħid jekk b'xi mod iddaħlitx il-pulizija fl-inċident u għaliex? Tista' tgħid matul is-sena li għaddiet kemm-il darba l-pulizija ssejħet f'din l-iskola u f'kull każ għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nhar il-Ġimgħa 19 t’Ottubru 2012 saret laqgħa mill-għalliema tal-Guidance fl-iskola sekondarja subien tal-Ħandaq dwar għażliet post-sekondarji għall-istudenti tal-ħames sena. Il-laqgħa kienet mifruxa fuq żewġ lezzjonijiet bil-break fin-nofs. Fl-ewwel lezzjoni l-istudenti qagħdu attenti u ġabu ruħhom sewwa, fit-tieni lezzjoni ta’ wara l-break uħud mill-istudenti tilfu l-attenzjoni u bdew jitkessħu tant illi l-għalliema tal-Guidance iddeċidew li aħjar iwaqqfu l-laqgħa. Filgħaxija saret laqgħa simili għall-ġenituri ta’ dawn l-istudenti tal-ħames sena fuq l-istess suġġett fejn ġie spjegat lilhom għalfejn kienet twaqqfet il-laqgħa ta’ filgħodu u li kienu ser isiru numru ta’ laqgħat qosra waqt il- break it-twil għall-istudenti tal-ħames sena biex tkompli tingħata iżjed informazzjoni fuq l-għażliet post-sekondarji. Fl-ebda ħin dakinhar ma kien hemm bżonn il- preżenza tal-pulizija fl-iskola. Matul is-sena skolastika 2011-2012 il-pulizija ġiet l-iskola darbtejn: § darba issejħet mill-amministrazzjoni tal-iskola minħabba li fuq xi studenti kbar instab ammont żgħir ta’ stoppini (bħal beraq żgħar li jintużaw fil-logħob tan-nar); § darb’oħra żewġ studenti kienu skartaw l-iskola , rawhom il-pulizija, ġabruhom u ġabuhom l-iskola.
Leg 11 PQ #37274 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kariga tas-Segretarju tal-Kabinett — contract of service u letters of appointment

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contract of Service u l-Letters of Appointment rispettivament tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li jokkupa ukoll il-kariga ta' Segretarju tal-Kabinett u jgħid x'jitħallas preċiżament annwalment għaż-żewġ karigi li jokkupa filwaqt li jqiegħed kopja tal-aħħar payslip maħruġa favur l-istess persuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-pakkett tas-salarju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni għas-sena 2012 u ukoll id-dokumenti l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company — Contracts of Service u Letter of Appointment

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contracts of Service u Letter of Appointment tal-persuna li fl-aħħar ġimgħat inħatret Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company li hi l-id kummerċjali tal-Università ta' Malta wara tluq tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għadu qed jiġi nnegozjat u se jkun iffinalizzat fi żmien qrib.
Leg 11 PQ #37276 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Intern

Korp tal-Pulizija — Ġiżirana tad-deheb ta' persuna li kienet arrestata

Question

Jista' l-Prim Ministru jitlob spjega u tweġiba ċara mill-Korp tal-Pulizija rigward x'sar minnha l-ġiżirana tad-deheb li kien liebes il-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħata separatament nhar it-8 u d-9 ta' April 2008 sakemm kien miżmum arrestat fil-kwartieri tal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ma elevat l-ebda ġiżirana mingħand il-persuna indikata meta din kienet arrestata ġewwa d-Depot tal-Pulizija. Ninsab infurmat li fit-18 ta’ Diċembru 2008 brazzuletta (mhux ġiżirana) ta’ din il-persuna ġiet mgħoddija mill-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei lill-familja tan-next of kin.

Air Malta — persuna li kienet g·amlet frodi fl-uffi··ju tal-Air Malta f'Londra

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien l-impjegat tal-Air Malta li fis-snin 1992 u 1993 instab ħati li ffroda lill-Air Malta waqt li kien jaħdem fl-uffiċċju tagħha f'Londra? Jista' jgħid x'kienet is-somma li ffroda lill-Air Malta u x'passi ttieħdu mill-Air Malta kontra tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna konċernata nqabbdet li ħadet GBP 50,000. L-Airmalta sussegwentament itterminat l-impjieg ta’ din il-persuna. Minħabba raġunijiet ta’ konfidenzjalita’, l-isem tal-persuna mhux qed jingħata.

Għalliema tal-primarja — użu tas-sillabu antik

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li ħmisatx ilu l-għalliema tal-ewwel sena tal-primarja ġew infurmati biex jużaw is-sillabu l-antik flokk il-ġdid? X'ġara? Is-sillabu l-ġdid lest? Il-kotba l-ġodda li suppost imorru miegħu lesti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu.

Rapport Regolatorju tal-MFSA — La Vallette Multi Manager Propery Fund tal-BOV

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37012, 36817 u 35701 u cioè:B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li l-biċċa l-kbira tal-mijiet ta’ konsumaturi li għamlu l-ilment tagħhom ta’ misselling mal-Awtorità, ħafna minnhom sa 18-il xahar ilu, jifformaw parti minn dik il-faxxa tal-populazzjoni l-aktar vulnerabbli li tikkonsisti f’ċittadini anzjani li jippruvaw ilaħħqu mal-ħajja fuq il-pensjoni soċjali minkejja l-ispejjeż riżultat tal-mard kroniku tagħhom, u li ħafna minn dawk li ilmentaw – mhux biss il-pensjonanti li ssemmew qabel – għandhom livell akkademiku bażiku u edukazzjoni finanzjarja mill-aktar fqira, u li sa frattant, lkoll ġew kategorizzati bħala “Experienced Investors” mill-Bank of Valletta bl-iskop li jbiegħulhom il-Fond, u li dawn li lmentaw lkoll taw evidenza dokumentata lill-MFSA li la huma investituri ta’ esperjenza fuq livell sostantiv u lanqas wieħed formali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, wara li temmet l-investigazzjoni dwar il-prattiċi mill-Bank of Valletta plc fil-bejgħ tal-La Valette Multi-Manager Property Fund (“il-Fond”), bagħtet rapport dettaljat lil kull investitur. Dan ir-rapport, li nħareġ skont il-provvedimenti tal-artikolu 19 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, jispjega x’ħareġ u l-konklużjonijiet mill-investigazzjoni tal-Awtorità, għall-benefiċċju tal-investituri u persuni oħra li għandhom interess fil-Fond. Fid-dawl tar-riżultati msemmija fir-rapport, fl-1 ta’ Ġunju 2012, l-Aworità ħadet azzjoni amministrattiva kontra l-BOV, u applikat piena amministrattiva massima ta’ €203,150 għad-diversi kontravenzjonijiet. Ninsab infurmat ukoll illi l-Awtorità ma waqfitx hemm, iżda ħarġet Direttiva lill-Bank sabiex jikkopera fir-rigward ta’ eżerċizzju li jinvolvi skrutinju tal-fajls tal-klijenti li nvestew f’dan il-fond. Dan l-iskrutinju qed isir minn ditta indipendenti professjonali u magħżula mill-Awtorità, bl-ispejjeż involuti f’dan l-eżerċizzju jitħallsu mill-Bank. L-għan ta’ dan l-eżerċizzju hu li jiddetermina l-eżistenza u l-validità tad-dikjarazzjoni ta’ investituri b’esperjenza miżmuma mill-Bank. Il-Bank ġie ordnat li, meta l-ishma fil-Fond La Valette Multi-Manager Property Fund kienu mibjugħa lill-investituri permezz ta’ parir minn konsulenti finanzjarji tal-BOV u fejn il-klijenti ma kinux ta’ esperjenza taħt il-kriterji applikabbli, dawk l-investituri għandhom ikunu intitolati għal kumpens. Dan l-iskrutinju, li diġa beda u miexi bir-ritmu mistenni, għanda titlesta sal-31 Diċembru 2012.

Rapport Regolatorju tal-MFSA — Investment protection lill-min kellu La Vallette Multi Manager Property Fund

Question

No question text.

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji hija entità regolatorja u għaldaqstant ma taqax taħt l-influwenza tal-Gvern. L-Awtorità taġixxi skont il-liġi u tirregola is-settur tas-Servizzi Finanzjarji u tħares l-interessi tal-konsumatur.

Rapport Regolatorju tal-MFSA — BOV LA Vallette Multi Manager Property Fund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37010, 36815 u 35699 u cioè: B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jista’ l-Ministru javza lill-Kamra għaliex l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta: a) wara li diġa fit-23 ta’ Awwissu 2011 kienet stqarret f’Media Release tagħhom li “ it has arrived at its conclusions on this matter ”; b) wara li fit-3 ta’ Novembru 2011 f’Media Release oħra, l-istess Awtorità stqarret li “ the investigations on misselling of the Fund to inexperienced investors it also at an advanced stage and the MFSA shall be communication its final position on this matter to Bank of Valletta by the end of the year ” bla spjegazzjoni u bl-ebda sens ta’ kontabilità bħala awtorità pubblika, għadha tkarkar saqajha u ttawal biex wara dawn ix-xhur kollha r-Rapport għadu ma ħariġtx waqt li l-investituri mġarrba jkomplu jbatu emozzjonalment u materjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi kif ħabbret fl-4 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (l-MFSA), ikkonkludiet l-investigazzjoni dwar kif il-Bank of Valletta plc biegħ units tal-La Valette Multi-Manager Property Fund (“il-Fond”). Fid-dawl tar-riżultati msemmija fir-rapport, fl-1 ta’ Ġunju 2012, l-Aworità ħadet azzjoni amministrattiva kontra l-BOV, u applikat piena amministrattiva massima ta’ €203,150 għad-diversi kontravenzjonijiet. L-MFSA bagħtet rapport dettaljat, bil-Malti u bl-Ingliż, lil kull investitur fil-Fond, fejn spjegat il-konklużjonijiet mill-investigazzjoni tal-Awtoritá. L-istess rapport jispjega kif l-Awtorità ħarġet Direttiva lill-Bank sabiex jikkopera fir-rigward ta’ eżerċizzju li jinvolvi skrutinju tal-fajls tal-klijenti li nvestew f’dan il-fond. Dan l-iskrutinju qed isir minn ditta indipendenti professjonali u magħżula mill-Awtorità, bl-ispejjeż involuti f’dan l-eżerċizzju jitħallsu mill-Bank. L-għan ta’ dan l-eserċizzju hu li jiddetermina l-eżistenza u l-validità tad-dikjarazzjoni ta’ investituri b’esperjenza miżmuma mill-Bank. Il-Bank ġie ordnat li, meta l-ishma fil-Fond La Valette Multi-Manager Property Fund kienu mibjugħa lill-investituri permezz ta’ parir minn konsulenti finanzjarji tal-BOV u fejn il-klijenti ma kinux ta’ esperjenza taħt il-kriterji applikabbli, dawk l-investituri għandhom ikunu intitolati għal kumpens. Dan l-iskrutinju, li diġa beda u miexi bir-ritmu mistenni, għanda titlesta sal-31 Diċembru 2012.

La Vallette Multi Manager Property Fund — MFSA - Prospett Supplementari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37016, 36821 u 35705 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid lil min sewwa sew qed tipproteġi l-MFSA?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) qed tipproteġi lis-settur finanzjarju kollu f’Malta skont il-liġijiet imfassla u approvati minn dan il-Parlament. Għaldaqstant, hija timponi dawk il-multi u sanzjonijiet oħra skont il-liġi fejn issib li sar ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja minn istituzzjoni li tipprovdi servizzi finanzjarji. Kien hemm ċirkostanzi, anke reċenti, fejn l-Awtorità anke rrevokat liċenzja għax sabet li min kien responsabbli mit-tmexxija ma kienx qiegħed jimxi mal-liġijiet applikabbli. Fejn issib li investitur sofra telf minħabba xi ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja, hija tuża l-poteri kollha li tagħtiha l-liġi sabiex dak l-investitur jingħata lura dak li jkun tilef, u dan is-servizz lill-investitur tagħtih mingħajr ħlas.

Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet — laqgħat ta' informazzjoni

Question

Tista' tgħid kemm saru laqgħat ta' informazzjoni u konsultazzjoni mal-impjegati tal-Bord tal-Matsec dwar it-twaqqif tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet u t-trasferiment tagħhom lejha? Tista' tagħti d-dati ta' dawn il-laqgħat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 37143.

Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet — kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkollha impjegati l-Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet u x'se jkunu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-gradi ta' kull wieħed u waħda minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-aħjar interess tal-kontinwazzjoni ta’ funzjonijiet kollha li jappartjenu lill-MATSEC Board u lid-Dipartiment tal-Eżamijiet, f’dan il-perjodu ta’ tranzizzjoni, l-Aġenzija se tuża s-servizzi kemm tal-impjegati li jappartjenu lill-Universita’ ta’ Malta kif ukoll dawk fid-Dipartiment tal-Eżamijiet tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Wara dan il-perjodu u diskussjonijiet dettaljati, issir struttura permanenti fejn jiġu ngaġġati jew detailed/deployed l-uffiċjali ta’ din l-Aġenzija.