Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18588 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delimara — power station

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ li qajmet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta dwar it-tħaddim tal-power station f’Delimara dwar kemm u jekk hix iżżomm mal-livell ta’ emissjonijiet fl-arja permessi mid-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar impjanti kbar ta’ kombustjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19029.

Sptar Monte Carmeli — skemi ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar għaxar snin kienx hemm skemi mħaddma fl-Isptar Monte Carmeli fejn pazjenti jew persuni reġistrati bħala pazjenti ngħataw xogħol li kienu jitħallsu għalih? Jista' jgħid kemm, sena b'sena, kien hemm persuni li ngħataw xogħol f'dawn l-iskemi? Minn liema line item tħallsu? Kemm intnefqu sena b'sena fuq dawn l-iskemi? Min kien jirreferi lil dawn il-pazjenti għall-iskemi ta' xogħol? X'pubbliċità ngħatat għat-tħaddim ta' dawn l-iskemi? Kif kienu jikkwalifikaw biex jaħdmu f'dawn l-iskemi? X'verifiki jsiru biex il-persuni li jaħdmu f'dawn l-iskemi jkunu tassew pazjenti tal-Isptar Monte Carmeli u li għandhom bżonn jaħdmu bħala parti mit-terapija tagħhom u mhux persuni li jingħataw ix-xogħol bi pjaċir bħala patrunaġġ jew klijenteliżmu politiku?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19687 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivani ġodda maċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reklutati skrivani maċ-Ċivil minn dawk li għamlu l-aħħar eżami pubbliku li sar u għaddew? Kemm hemm il-ħsieb li jiġu reklutati skrivani oħra matul din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi sa issa għadu ma bediex ir-reklutaġġ ta’ skrivani fis-Servizz Pubbliku u nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19111.

interactive whiteboards fl-iskejjel statali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-involviment tad-Direttorat tal-Edukazzjoni fil-proċess tal-għażla għall-provvista ta' interactive whiteboards li ddaħħlu s'issa fl-iskejjel statali u li hemm il-ħsieb li jiddaħħlu matul is-sena skolastika 2010-11; 2011-12 u 2012-13? Tista' tgħid jekk il-Malta Information Technology Agency (MITA) żammitx jew hux qed iżżomm lid-Direttorat infurmat b'kull pass li jittieħed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Interactive Whiteboards li ddaħħlu s’issa fl-iskejjel sar bl-involviment tad-Direttorati tal-Edukazzjoni. Rigward l- Interactive Whiteboards li ser jiddaħħlu matul is-sena skolastika 2010-2011, 2011/2012 u 2012/2013 – id-Direttorati tal-Edukazzjoni huma involuti fil-proċess li għaddej.

Direttorat tal-Edukazzjoni — proċess ta' tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-involviment tad-Direttorat tal-Edukazzjoni f'kull stadju tal-proċess tat-Tender TO 49/10 maħruġ mill-Malta Information Technology Agency (MITA) peress li dan huwa għall-e-Learning Platform li se jkollu effett kbir fuq is-sistema edukattiva u f'pajjizi oħra jitqies bħala proġett edukattiv u mhux sempliċiment teknoloġiku u għalhekk ikunu l-istituzzjonijiet edukattivi li jsuquh minflok istituzzjonijiet oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sar ‘needs analysis’ estensiv mal-Kulleġġi u d-Direttorati tal-Edukazzjoni biex ġew identifikati t-‘technical requirements’ tat-Tender TO 49/10. Id-Direttorati kienu ukoll involuti fil-preparazzjoni ta’ din it- tender .

piżijiet finanzjarji fuq ġeneturi għall-edukazzjoni ta' uliedhom

Question

Tista' l-Ministru tara li jkun hemm direzzjoni ċara mid-direttorati lill-prinċipali tal-kulleġġi u kapijiet ta' skejjel biex ma jgħabbux fuq il-ġenituri piżijiet finanzjarji li ma jifilħux għall-edukazzjoni ta' wliedhom fl-iskejjel tal-istat, l-iżjed fejn jirrigwardja familji bi dħul baxx, tfal ta' single parents meta anki l-istatistika uffiċjali tgħidilna li hemm 21% tat-tfal tagħna jgħixu fir-riskju tal-faqar? Jista' jkun hemm deċizjonijiet iżjed sensittivi għall-bżonnijiet ta' dawn it-tfal li għandhom biżżejjed diffikultajiet serjissimi ma' xiex iħabbtu wiċċhom biex jirnexxu fl-edukazzjoni tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Diretturi Ġenerali huma konxji ħafna ta’ familji li huma fil-bżonn. L-istess jista’ jingħad għall-Prinċipali tal-Kulleġġi kif ukoll il-Kapijiet tal-iskejjel. Meta dawn tal-aħħar ikunu nfurmati b’studenti li għandhom bżonn xi tip ta’ għajnuna l-kapijiet jagħmlu mill-aħjar biex jindirizzaw din il-ħtieġa sa fejn hu possibli li jagħtu l-għajnuna meħtieġa. L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jkun aktar speċifiku meta jikteb “deċiżjonijiet iżjed sensittivi għall-bżonnijiet ta’ dawn it-tfal” biex inkun nista’ nwieġbu aktar fid-dettal.

marinas privatizzati — operaturi magħżula

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18795 u 18405 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huma l-operaturi li ntgħażlu biex joperaw il-marinas li ġew privatizzati f’Malta u Għawdex? Kif intgħażlu? B’liema kriterji? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-ftehim milħuq ma’ kull wieħed minn dawn l-operaturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sa issa saret biss il-privatizzazzjoni tal-Yacht Marina ta’ l-Imġarr Għawdex. L-operator li ntgħażel għal din il-konċessjoni kienet il-kumpanija Harbour Management Ltd. L-għażla saret permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti. Il-kumpanija li rebħet din il-konċessjoni kellha l-aħjar offerta finanzjarja. Rigward l-aħħar parti tad-domanda nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru li tpoġġiet kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 31 ta’ Mejju, 2010 f’seduta numru 229.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — remunerazzjoni u terms of reference taċ-Chairperson

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma t-terms of reference u r-remunerazzjoni taċ-Chairperson tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Ġie ffirmat magħha xi kuntratt għall-ħatra? Tista' tpoġġi kopja ta' dan il-kuntratt/ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-terms of reference taċ-Chairperson tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) huma dawk li kienu japplikaw fil-passat bħala terms of reference tal-Bord tal-Gvernaturi u li l-aħħar verżjoni tagħhom ġew stipulati fis-sena 1998, u li kopja tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19605. Ir-remunerazzjoni taċ- Chairperson tal-Bord tal-Gvernaturi huwa kif indikat ukoll fit-tweġiba numru 19605. Ma hemmx kuntratt maċ- Chairperson tal-ITS, imma ittra ta’ ħatra skont il-prassi normali ta’ ħatra ta’ bordijiet, li qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — postijiet vakanti fl-istruttura tat-tmexxija

Question

Tista' l-Ministru tghid x'postijiet vakanti hemm fl-istruttura tat-tmexxija tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Kemm ilhom vakanti f'kull każ u meta hemm il-ħsieb li jimtlew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-istruttura tat-tmexxija tal-Istitut tal-Istudji Turistici il-post ta’ Direttur Ezekuttiv kif ukoll il-post ta’ Deputat Direttur huma vakanti. Il-post ta’ Direttur Ezekuttiv ilu vakanti mill-2003 filwaqt li l-post ta’ Deputat Direttur ilu vakanti minn-Gunju 2010. F’Settembru daħal Reġistrar ġdid. Dan il-post kien ilu vakanti mill-2004.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — relazzjonijiet u responsabbilitajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-relazzjonijiet tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ta' Malta ma' dak ta' Għawdex? X'inhuma r-responsabbiltajiet tal-Ministri tal-Edukazzjoni u għal Għawdex f'dawn iż-żewġ istituti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ta’ Malta u ta’ Għawdex jikkoperaw flimkien peress li l-kontenut akkademiku inkluż eżamijiet u riżultati huma responsabbiltà tal-ITS Malta. Il-Ministeru għal Għawdex huwa responabbli mid-day to day running tal-ITS Qala, inkluż upkeep u impjegati.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li huma impjegati tal-gvern mal-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, mal-White Rocks u mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi nnifsu? Fiex jikkonsistu dawn l-impjiegi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi hemm 37 membru ta’ l-istaff akkademiku li huma mpjegati mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u 4 għalliema impjegati tal-gvern. L-istaff mhux akkademiku huwa maqsum hekk:- 48 impjegati tal-gvern 40 impjegat fil-grad ta’ officer in scale (ex-White Rocks) 2 impjegati tal-IPSL mislufin mal-ITS

Istitut għall-Istudji Turistiċi — ħlas lil individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jitħallas l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għas-sehem li ta fi proġett tal-Unjoni Ewropea wara li ilu żmien twil jiġi mwiegħed li se jitħallas lura l-flus li kellu joħroġ minn butu għall-parteċipazzjoni f'dan il-proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19118.
Leg 11 PQ #19612 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Istitut għall-Istudji Turistiċi ta' Għawdex — studenti u ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tghid kemm hemm studenti jattendu xi kors fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi ta' Għawdex, kors b'kors? Kemm bdew studenti ġodda din is-sena? Kemm hemm persuni jgħallmu f'dan l-istitut u kemm hemm persuni oħra jaħdmu f'dan l-istitut?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi hemm 193 studenti jattendu xi kors fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Dawn imqassmin hekk: ESTS = 28 Food Preparation & Culinary Arts - Level 1 = 24 Food Preparation & Culinary Arts - Level 2 = 12 Pastry & Baking - Level 1 = 20 WSET - Intermediate Level = 9 Food handlers = 100. F'dan l-Istitut hemm 7 għalliema, Principal, Executive Officer, 3 General Hand u 3 Watchmen.
Leg 11 PQ #19600 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Apparat li jimmoniterja l-livelli ta’ tniġġis f’toroq differenti ta’ Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdied l-apparat li jimmoniterja f’ħin reali l-livelli ta’ tniġġis f’toroq differenti ta’ Tas-Sliema minħabba l-ammont qawwi ta’ karozzi u vetturi li jużaw it-toroq tal-belt u jikkaġunaw livelli għoljin ta’ tniġġis b’dannu għas-saħħa tar-residenti ta’ tas-Sliema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda pjan li jiżdiedu l-istazzjonijiet permanent li jimmoniterjaw l-arja f'ħin reali. Malta diġà għandha iżjed mill-minimu li titlob il-liġi Ewropea. Madanakollu, l-MEPA għandha pjanijiet li fi żmien qasir ikollha stazzjon mobile li jista' jiġi mċaqlaq faċilment minn post għall-ieħor skont il-bżonn.
Leg 11 PQ #19601 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — Ġonna li qed jinqerdu

Question

Filwaqt li l-policies ambjentali tal-Unjoni Ewropea jirrikkmandaw kif f’inħawi urbani bħal Tas-Sliema jiġu salvati kemm jista’ jkun ġonna biex iservu ta’ pulmun għar-residenti, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex qed jitħallew jinqerdu l-ġonna li hemm f’Tas-Sliema b’dannu għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika eżatt liema huma dawn il-ġonna f’tas-Sliema li qed jirreferi għalihom.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — bord tal-gvernaturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Xi kwalifiki għandha kull persuna maħtura f'dan il-bord: a) fil-qasam tal-edukazzjoni u b) fil-qasam tat-turiżmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi huwa kompost kif ġej:- Ms. Claire Zammit Xuereb Chairperson Għandha grad ta’ Bachelor of Science fil-Hospitality and Tourism Studies – fil-preżent hija direttur ta’ AX Holdings wara li serviet bħala General Manager fil-lukanda Victoria u fil-lukanda The Palace. Hija membru fil-kunsill tal-MHRA wara li serviet għal xi żmien bħala Teżorier u Viċi-president. Mr. Joe Tanti Deputat Chairperson Għandu Masters fi Human Resource Management . Okkupa l-kariga ta’ kap tal- Industry Human Resources Development fl-Awtorita Maltija tat-Turizmu u prezentement huwa ċ-Chief Executive Officer tal-Malta Business Bureau. Dr. Nadya Theuma Membru Gradwata fl-Antropologija u fl-Istudji Turistiċi. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji Turistiċi fl-Universita ta’ Malta. Kellha diversi karigi fil-Ministeru tat-Turiżmu, fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Heritage Malta, Awtorita Maltija tat-Turiżmu u l-Malta Crafts Council. Ms. Marie Louise Mangion Membru Tmexxi t-Taqsima tat-Tourism and Sustainable Development fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u sservi wkoll fl-Awtorita Maltija tat-Turizmu. Qed thejji riċerka fil-qasam tal-economics on tourism demand and competitiveness fi tħejjija għad-dottorat. Dr. Angele Attard Membru Gradwata fil-Liġi mill-Universita ta’ Malta u kompliet l-istudji f’EU Affairs u għandha Masters f’Educational Studies. Ħadmet mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għolja kif ukoll ma’ Education International. Preżentement tifforma parti mis-segretarjat fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja. Ms. Mary Anne Cauchi Membru Gradwata fil-Music Studies u fl-Istorja ta’ l-Arti. Bħalissa hija direttur ta’ Artsphere International li tispeċjalizza f’direzzjoni artistika, event management u project consultation. Mr. Joe Micallef Membru Ex- Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex kif ukoll serva bħala Director Resourcing fl-Ufficcju tal-Prim Ministru. Għal żmien twil kien direttur tat-Turizmu. Mr. .Edwin Borg Membru Studja l-Hotel Management f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra. Kien Kap tal-ITS f’Għawdex għal ħafna snin. Mr. Walter Cassar Membru Serva għal żmien twil fil-Kunsill tal-Malta Hotels and Restaurants Association. Serva wkoll fuq diversi kumitati relatati mal-klassifikazzjoni ta’ lukandi u ristoranti. Fil-preżent huwa president tal-Grupp Walter G. Cassar li huwa nvolut fil-qasam tal-ospitalita’ u servizz.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Bord tal-Gvernaturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma t-terms of reference tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi u x'remunerazzjoni jieħdu dawk li nħatru fuq dan il-bord?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-terms of reference tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) huma dawk li kienu japplikaw fil-passat u li l-aħħar verżjoni tagħhom ġew stipulati fis-sena 1998. Kopja ta’ dawn it-Terms of Reference qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-remunerazzjoni tal-membri tal-Bord hija ta’ € 1,747.03 fis-sena, filwaqt li r-remunerazzjoni taċ-chairperson hija ta’ € 4,192.87

Istitut għall-Istudji Turistiċi — persuni b'attività kummerċjali privata

Question

Tista' l-Ministru tivverifika jekk f'dan il-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) hemmx persuni maħtura li għandhom attività kummerċjali privata fl-istess oqsma ta' operazzjoni tal-Istitut? Tista' tgħid jekk il-persuni maħtura ntalbux jiddikjaraw x'inhuma l-involvimenti kummerċjali tagħhom u jekk iva tagħti lista' f'liema kumpaniji lokali u barranin huma nvoluti l-membri ta' dan il-bord?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-membri kollha tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi iffirmaw dikjarazzjoni li tikkonferma li huma qraw u fehmu il-Kodiċi ta’ Etika għad-Diretturi fis-Settur Pubbliku u li se jaġixxu skont l-istess Kodiċi ta’ Etika li kopja tiegħu ngħatat lil kull membru. L-ebda membru tal-Bord ma ddikjara li għandu xi attivita kummerċjali privata fl-istess oqsma ta’ operazzjoni ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi.

Malta Racing Club — rapport miċ-Chairman

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar miċ-Chairman tal-Malta Racing Club dwar konsum ta' dawl u ilma fil-korsa tal-Marsa fl-aħħar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma sar l-ebda rapport mic-Chairman tal-Malta Racing Club dwar konsum ta' dawl u ilma fil-korsa tal-Marsa fl-aħħar snin.