Legislature:
Category:
Reset
Active:

skola tal-mużika — trasferiment ta' żewġ persuni kwalifikati

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġew trasferiti mill-iskola tal-mużika żewġ persuni kwalifikati ħafna, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li kienu għamlu xogħol imprezzabbli fil-qadi ta’ dmirijiethom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tweġiba dwar l-ewwel persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament ingħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20595. It-tieni persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament intbagħtet taqdi d-dmirijiet tal-grad tagħha fi skola sekondarja għax kien hemm il-ħtieġa għas-servizzi tagħha fl-iskejjel statali. Biss, billi l-iskola tal-Mużika hija skola li tiftaħ wara nofs in-nhar, jiġifieri wara l-ħin normali tal-iskejjel, xejn ma jfixkel lil din il-persuna tkompli tagħti s-servizzi tagħha fl-Iskola tal-Mużika bħalma jagħmlu għalliema oħra fl-iskejjel li jiftħu wara nofsinhar u fil-għaxija.

Università ta’ Malta — impjieg ta' persuni barranin

Question

Tista’ l-Minsitru tgħid kif ġew impjegati tliet persuni, Ġermaniża u żewġ Ukrajini biex jgħallmu l-vjolin u s-cello fl-Università ta’ Malta u jekk ħarġitx sejħa għall-applikazzjoni biex jimtlew dawn il-postijiet? Xi kwalifiki għandhom dawn it-tliet persuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Milli jidher, l-Onorevoli Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. L-Università ta’ Malta timpjega persuna waħda biss bħala visitng teaching staff biex tgħallem il-vjolin, liema sejħa kienet ħarġet f’Settembru 2009. L-impjegata għandha dawn il-kwalifiki akkademiċi: L-ewwel grad mill-Kiev State Music College, violin Masters mill-Kiev State Conservatory, violin Sejħa oħra għall-applikazzjoni ħarġet fl-29 ta’ Settemrbu 2010 għall- visiting teaching staff biex jgħallmu Applied Violincello . Kien hemm applikazzjoni waħda biss li għad trid tiġi evalutata.

Orkestra Filarmonika Nazzjonali — nuqqas ta' komunikazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tivverifika l-ilmenti li qed jasluli mingħand membri tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali li hemm nuqqas serju ta’ komunikazzjoni bejn il-membri tal-orkestra u l-amministrazzjoni tal-orkestra tant li lanqas sick leave m'hu qed iħalluhom jieħdu? Għaliex m'hemmx komunikazzjoni aħjar fi ħdan din l-orkestra nazzjonali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Leg 11 PQ #20629 Sitting 275 2010-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kwistjonijiet pendenti bejn Malta, l-Libja, t-Tuneżija u l-Italja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19841 u jgħid x'għamel fis-sentejn li għaddew biex iħoll kwistjonijiet pendenti li Malta għandha mal-Libja, t-Tuneżija u l-Italja dwar nuqqas ta' qbil ta' min huma inħawi fl-ibħra ta' madwarna fejn hemm prospetti li jinstab iż-żejt minn kumpaniji b'kuntratt mal-Gvern Malti biex iħaffru għaż-żejt? X'beħsiebu jagħmel matul is-sena li ġejja biex jaffronta dawn il-kwistjonijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor Membru żgur japprezza li din hi materja ta’ sensittività kbira anke għaliex hemm kumpaniji kummerċjali taż-żejt li għandhom interessi partikolari f’dan il-mument in vista tal-iskadenzi fil-kuntratti tagħhom u għalhekk jidhirli li ma nistax nagħti wisq dettalji. Madanakollu tajjeb ninforma lill-Kamra li fil-laqgħat li jkollna f’livelli għolja mal-mexxejja tal-pajjiżi msemmija, t-tema tiġi diskussa bil-ħsieb li jinstabu soluzzjonijiet kostruttivi mingħajr ma jiġu preġudikati l-prinċipji legali nvoluti. F’diversi okkażjonijiet matul dawn l-aħħar sitt snin, jiena jew Ministri tal-Gvern irrapurtajna lil din il-Kamra skont kif ippermettew iċ-ċirkostanzi. Apparti minn hekk għall-ewwel darba saru proposti konkreti lil dawn il-pajjiżi li għadhom pero il-mertu ta’ diskussjonijiet.

Qasam edukazzjoni tal-mużika — terms of reference

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni tal-mużika u xi ħlasijiet u terms of reference għandhom għax-xogħol tagħhom? Tista’ tgħid x’xogħol għamlu s’issa u jekk kienx jinkludi l-intervistar ta’ persuni biex jgħallmu fl-iskola tal-mużika? Tista’ tgħid jekk l-uffiċjal edukattiv inkarigat mill-mużika kienx involut f’dawn l-intervisti, u jekk le għaliex ma kienx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-konsulent fil-qasam tal-edukazzjoni tal-Mużika huwa Mro Alan Chircop (fejn wkoll tqabbad jagħti konsulenza u assistenza lil Mario Azzopardi Director Lifelong Learning, Monica Bugeja Acting Head School of Music u Mariella Cassar EO Music). Ix-xogħol kollu li sar huwa relatat mad-direzzjoni li ġie mogħti mill-Ministeru, li jkopri l- Areas of Consultation u terms of reference tiegħu. Kien wasal iż-żmien li l-Mużika tingħata attenzjoni aktar iffukata, u propju dan huwa x-xogħol li qed jagħmel il-konsulent, biex tinħoloq is-sinerġija meħtieġa bejn l-oqsma kollha li għandhom kontribut dirett mal-Edukazzjoni tal-Mużika. Dwar xi ħlasijiet u terms of reference tal-individwu msemmi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li tinkludi t- terms of reference . L-uffiċjal edukattiv inkarigat mill-mużika ma kienx involut f’dawn l-intervisti. Dawn l-intervisti huma għall-għalliema fid-direttorat tal- Lifelong Learning u mhux fl-edukazzjoni obbligatorja.

Qasam tal-edukazzjoni tal-mużika — għalliema tal-mużika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi kwalifiki għandhom il-konsulenti tal-ministru fil-qasam tal-edukazzjoni tal-mużika meta fl-intervisti għall-għalliema tal-mużika ħadd minnhom ma ġie mistoqsi dwar kif jgħallem il-mużika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru għandu konsulent wieħed fil-qasam tal-Edukazzjoni tal-Mużika. Il-kwalifiki tiegħu huma: Master of Arts in Music (M.A.) in Orchestral Direction (Conducting) Hochschule fuer Musik und Theater “Felix Mendelssohn Bartholdy” – Leipzig (Music & Theatre Academy – Leipzig) Germany Master of Arts in Music (M.A.) in Pianoforte (Performance & Teaching) Hochschule fuer Musik und Theater “Felix Mendelssohn Bartholdy” – Leipzig (Music & Theatre Academy – Leipzig) Germany Diplome de Fin d’Etudes – Conservatorie National de Region de Lyon – France L.R.S.M, L.T.C.L & A.T.C.L Diplomas Għall-benifiċċju tal-Onorevoli Interpellant, dawn huma l-kriterji wżati u kif ġew imqassma l-marki fl-intervisti li saru għall-adult educators fit-tagħlim tal-mużika: Track Record Performance (5 marki) Exposure (5 marki) Exposure to Teaching (5 marki) Knowledge in Subject (5 marki) Leadership Qualities Vision/Goal Orientation (5 marki) Change Orientation (5 marki) Decisiveness (5 marki) Managerial Ability Ability to see objectives of Teaching (5 marki) Ability to manage a classroom (5 marki) Ability to reward students (5 marki) Personal Attributes Personal/Emotional Stability (5 marki) Motivation / Commitment to teaching (5 marki) Adaptability (5 marki) Knowledge of and Suitability as Adult Educator (Music) Knowledge of Role (5 marki) Knowledge of broader environement (5 marki) Knowledge of teaching (5 marki) Proficiency of teaching (General) (5 mari) Qualifications (15-il marka)

Skola tal-Mużika — pjanijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għall-Iskola tal-Mużika għas-snin li ġejjin u jekk hemm xi pjan miktub tpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista’ tgħid min fassal dan il-pjan u x’konsultazzjoni serja saret ma’ dawk involuti fl-edukazzjoni tal-mużika f’pajjiżna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-pjan li qed jitwettaq fir-rigward għall-iskola tal-Mużika huwa dak kif espress mill-Gvern, fil-Malta National Reform Programme Progress Report, 2009. Fuq paġni 95 u 115, hemm fost l-oħrajn elenkata miżura partikolari li tkopri l-ħidma nġenerali tad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u s-setturi li jaqgħu taħtu, kif ukoll hemm elenkata miżura oħra speċifikalment indirizzata lis-sitt skejjel li jispeċjalizzaw fl-arti kreattiva, waħda minnhom hi l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss. Iż-żewġ miżuri li qegħda ssir referenza għalihom huma: (1) deċentralizzazzjoni ta' korsijiet fil-komunita ħalli tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja sabiex b'żieda konsistenti annwali nilħqu l-mira ta' 15% ta' parteċipazzjoni ta' nies fit-tagħlim tul il-ħajja sal-2020. (2) Integrazzjoni tal-kwalifiki mogħtija mis-sitt skejjel tal-arti kreattiva, fil-qafas tal-kwalifiki ta' Malta (MQF). It-twettiq ta' dawn il-miżuri huwa kkordinati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Il-linja ta' politika nġenerali ta' kif għandhom jitwettqu tiġi diskussa meta jsiru l-laqgħat regolari tal-uffiċċjali nkarigati kollha ta' dawn l-iskejjel flimkien mad-Direttur u s- Service Manager fi ħdan dan id-Direttorat. Filwaqt li l-amministraturi tal-iskejjel jikkordinaw huma t-twettiq ta' dik il-parti li tikkonċerna lilhom. Fil-każ tat-tieni miżura, kien hemm is-sehem sħiħ u dirett tal- Malta Qualifications Council u l-esperti mqabbda minnha.

Qasam tal-edukazzjoni mużikali — faċilitajiet ta' instrument tal-mużika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema ċentri qed tingħata l-edukazzjoni mużikali li qabel kienet tingħata kollha kemm hi fl-Iskola tal-Mużika u tgħid f’kull każ x’faċilitajiet ta’ instrumenti tal-mużika għandhom l-għalliema biex ikunu jistgħu jedukaw lill-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti li qabel kienu fl-iskola tal-Mużika issa qed jattendu għall-lezzjonijiet fl-iskola Primarja tal-Belt u fil-Lifelong Learning Centre l-Imsida. Minn din is-sena nfetħu wkoll sitt ċentri tal-mużika li huma f’dawn l-iskejjel: (a) Skola Primarja Santa Klara, Pembroke. (b) Skola Primarja San Nikola, Attard. (c) Skola Sekondarja tas-Subien San Benedittu, Ħal Kirkop. (d) Skola Sekondarja tas-Subien, San Inazju, Qormi. (e) Skola Sekondarja tal-Bniet Maria Reġina, Mosta. (f) Skola Sekondarja tal-Bniet, San Benedittu, Santa Luċija. L-applikanti ser jieħdu l-istrumenti mużikali magħhom. F’dawk l-iskejjel li ma hemmx pjanu inkera wieħed.

Assistent kap tal-iskola tal-mużika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-assistant kap tal-iskola tal-mużika li kienet l-unika persuna kwalifikata f’dan il-qasam ġiet trasferita minn din l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Huwa d-dmir tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li jara li r-riżorsi umani huma distribwiti bl-aħjar mod possibli. Peress li l-iskola tal-mużika qed tagħti servizz minn diversi siti, inħass li kien hemm skola oħra li kellha tingħata priorita’ ta’ allokazzjoni ta’ assistent kap. L-Assistent Kap fl-iskola tal-Mużika (li, flimkien ma oħrajn hija, persuna kwalifikata f’dan il-qasam) kienet ingħatat il-ħatra ta’ Assistent Kap taħt is-sejħa għal applikazzjonijiet għal Assistenti Kapijiet tal-iskejjel Sekondarji. Din il-persuna kienet intbagħtet taqdi dmirijiet ta’ Assistent Kap fl-iskola tal-Mużika. Billi din l-iskola hija skola bħall-oħrajn u fi skejjel oħra kemm Primarji kif ukoll Sekondarji jsiru trasferimenti ta’ staff inkluż Assistenti Kapijiet, din is-sena kien hemm il-bżonn li din il-persuna tiġi trasferita fi skola sekondarja.

Postijiet għall-kapijiet ta' skejjel tal-mużika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex qed idumu ma jimtlew u dejjem jiġu posposti l-mili tal-postijiet ta’ kapijiet fl-iskola tal-mużika tal-Malta u ta’ Għawdex? Kemm se jdumu b’aġenti kapijiet dawn iż-żewġ skejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-mument iż-żewġ uffiċċjali nkarigati mill-iskejjel tal-Mużika ta’ Malta u ta’ Għawdex inħatru b’mod indefinit mill-eks Diretturi tad-Dipartiment tal-Further Studies & Adult Education, li fil-passat dawn l-iskejjel kienu jaqgħu taħtu.

Child Development Advisory Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjan għaż-żmien li ġej biex iċ-Child Development Advisory Unit jibda jaħdem kif suppost u ma jħallix tfal jistennew tant xhur biex jiġu assessjati? Jista' jgħid fiex jikkonsisti dan il-pjan u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20437 Sitting 273 2010-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Livell ta’ popolazzjoni proġettat għal tas-Sliema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19598 u jgħid x’inhu l-livell ta’ popolazzjoni proġettat mill-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal Tas-Sliema biex tiżgura ippjanar urban u żvilupp sostenibbli għall-inħawi? Jekk din it-tip ta’ proġettazzjoni ma saritx, xi kriterji jużaw l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar u entitajiet oħra governattivi biex jiżguraw żvilupp sostenibbli li jissalvagwardja s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ tas-Sliema? X’policies ta’ sostenibbilità qed jiġu segwiti fl-istrateġija ta’ żvilupp għal dik il-belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji fuq il-popolazzjoni saru permezz tad-dokument "Demography Topic Paper" li jagħmel proġezzjonijiet fuq il-popolazzjoni fuq livell Nazzjonali. F'Tabella 20 - MODERATE VARIANT POPULATION PROJECTIONS BY LOCAL PLAN: il-popolazzjoni għan-North Harbours Local Plan ġiet indikata li ser titla minn 61,800 ruħ għal 64,100 ruħ bejn is-snin 1995 sal-2020. Dan id-dokument jinstab fuq il-website tal-MEPA. Għal raġunijiet tekniċi, ma setgħux isiru proġezzjonijiet lokalita b’ lokalita. Saru diversi interventi fil-pjan lokali tat-Tramuntana tal-Portijiet f'Tas-Sliema biex titnaqqas id-densita ta' l-iżvilupp billi tonqos il-limitazzjoni fl-għoli tal-bini f'ċertu inħawi, minkejja id-diffikultajiet kbar li kien hemm sabiex dan isir. Tas-Sliema jibqa ċentru dinamiku u ħaj li jiġbed eluf ta' impjiegi, viżitaturi u turisti li mingħajrhom l-ekonomija tal-lokalita tbati. Minbarra il-ġid, dan kollu iġib ukoll ċertu skumditajiet. Qed jiġu esplorati alternattivi sabiex il-kwalita tal-ħajja ġewwa tas-Sliema tirreġistra aktar titjib bil-provista ta' aktar interventi intenzjonati għal titjib fl-ambjent ġenerali u faċilitajiet għat-tgawdija tal-pubbliku in ġenerali.
Leg 11 PQ #20438 Sitting 273 2010-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema — Villa Bonici - Bdil fl-istatus tal-ġonna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19597 u jgħid għaliex u meta l-istatus tal-ġonna ta’ Villa Bonici f’Tas-Sliema ġie mibdul minn Urban Conservation Area għal ‘unspecified as included height in the NHLP 2006’?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li il-ġonna ta’ Villa Bonici ġew esklużi mill-Urban Conservation Area meta ġie approvat il-Pjan Lokali għal Portijiet tat-Tramuntana fit-tlieta ta’ Awissu, 2006. Għalkemm is-sit kien inkluż fl-Urban Conservation Area, qabel l-approvazzjoni tal-Pjan Lokali din l-art ma kella l-ebda zoning indikat. Dan ifisser illi is-sit kien meqjus bħala white area, jiġifieri bla ebda limitazzjonijiet stipulati fuq it-tip u l-ammont jew densita ta’ żvilupp illi jista’ jseħħ fuqu. Il-linji gwida tal-MEPA fuq il-kontroll tal-Iżvilupp fl-Urban Conservation Areas ukoll ma jagħtix il-livell ta’ protezzjoni xieraq li dan is-sit jistħoqlu peress illi fil-parti B, paragrafu 2 ta’ dan id-dokument hemm stipulat dan li ġej: Sites on the periphery of the historic core (near to recent urban development) with better access to the main road network, will generally be subject to fewer constraints. Minħabba dan l-istat ta’ fatt, waqt il-formulazzjoni tal-Pjan Lokali għall-Portijiet tat-Tramuntana kien hemm il-bżonn illi il-parametri għall-iżvilupp fuq dan is-sit jiġu studjati bir-reqqa u fil-fond. Dan l-istudju jista’ jitwettaq permess ta’ eżerċizzju separat ta’ ippjanar illi jissejjaħ Development Brief . Għalhekk il-Pjan Lokali approvat immarka dan is-sit bħala Development Brief area u ħejja Policy NHSJ13 illi tistipula parametri bażiċi ta’ pjanar illi għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni waqt illi qed jiġi iffurmulat id- Development Brief għal dan is-sit. Ta’ min wieħed jinnota illi f’ Policy NHSJ13 hemm indikat illi il-partijiet kollha ta’ Villa Bonici u tal-ġonna tagħha illi għandhom valur storiku u arkitettoniku għandhom jiġu protetti.

Tas-Sliema — Ftuħ ta' dar tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19602 u jgħid meta se tiftaħ id-dar tal-anzjani finanzjata b’fondi pubbliċi, imwiegħda mill-gvern lir-residenti ta’ Tas-Sliema?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Gvern qatt ma wiegħed fondi għal dar tal-anzjani f’Tas-Sliema,

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Bord tal-Gvernaturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19605 u għat-terms of reference tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, tista' l-Ministru tgħid minn huwa/hija d-Director of Studies msemmi fl-istess terms of reference - meta nħatar/nħatret u jekk saritx sejħa għall-applikazzjonijiet biex tingħata din il-ħatra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għalkemm il-kariga ta’ Director of Studies tidher fit- Terms of Reference , mis-sena 2000 qatt ma kien hemm persuna speċifika li tokkupa din il-kariga. Kien id- Deputy Director li assuma r-responsabbilta. Dan l-aħħar ħarġet sejħa għal din il-kariga u bħalissa hemm il-proċess tal-għażla għaddej.

Animal Welfare Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk nhar l-Erbgħa 13 ta' Ottubru 2010 impjegati tal-Animal Welfare Department ġabrux kelba marida ħafna f'San Ġwann li wara rriżulta li kellha tumur tal-kanċer u kellha bżonn tiġi operata, iżda fil-jiem ta' wara minflok ġiet operata, intilfet? Jista' jgħid jekk saritx investigazzjoni kif intilfet din il-kelba marida ħafna? Jista' jgħid x'passi ttieħdu biex jinstab x'ġara u min kien responsabbli għal li ġara u ttieħdux passi biex dak li ġara ma jerġax jiġri ma' annimali oħra li jkollhom bżonn l-għajnuna? Jista' jgħid jekk sarux xi sforzi biex tinstab din il-kelba li hija muġugħa ħafna minħabba t-tumur tagħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li dan l-inċident ġara wara din il-kelba kienet meħudha l-isptar San Frangisk fejn ġiet eżaminata mill-vet li sabha qed tbati min tumur f’sidirha. L-uffiċjali tal-AW wara ħaduha l-Għammmieri fejn kellha tinżamm iżolata biex tissajjem u b’hekk wara tkun tista tiġi operata. Meta ħaddiem mar biex jiftaħ il-bieb din il-kelba żgiċċat u ħarbet. Ġewwa l-Għammieri hemm mal-130 tomna u għalkemm saru diversi tfittxijiet għaliha baqgħet ma nstabhitx Tajjeb li jingħad li peress li din il-kelba kellha tinżamm iżolata ma nżammitx f’wieħed mill-postijiet li jintużaw is-soltu li huma magħmmra b’żewg gradi. Ġa ttieħdu passi biex is-sigurtà tkompli titjieb.

Kampus tal-MCAST — żvilupp

Question

B'referenza għall-iżvilupp komprensiv propost għall-Kampus tal-MCAST f'Kordin, tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li se jiġi jqum l-iżvilupp kollu ppjanat b'mod dettaljat billi tagħti kull blokk u istitut li se jinbena kemm hu maħsub li se jiswa? Kemm minnu hu maħsub li se jkun finanzjat minn fondi Ewropej u fondi lokali? X'inhuma s-sejħiet għall-offerti li qegħdin jiġu ppreparati bħalissa filwaqt li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Plan dettaljat ta' kif hu maħsub li se jsir l-iżvilupp fis-snin li ġejjin xahar b'xahar, sena sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istima ta’ kemm se jiġi jqum l-iżvilupp kollu propost għall-Kampus tal-MCAST f'’Kordin kienet ingħatat fil-Mistoqsija Parlamentari 10501. L-ewwel fażi tal-Proġett se tikkonsisti minn dan li ġej :- · Students Facilities Block – Block F · Institute of Business and Commerce – Block D · Institute of Applied Sciences – Block J · Underground Car Park (li jiġi taħt il- futbol ground eżistenti) L-istima ta’ spiża fuq dawn it-tliet binjiet hi ta’ €21,782,217 li hi mqassma kif ġej: Construction: Block J and D: €3,189,120 Construction: Block F €1,235,551.39 Construction: Car Park: €7,659,488.61 M & E: Block J and D: €4,813,091 M & E: Block F: €2,894,166 M & E: Car Park: €236,000 External Areas and Enemalta: €1,754,800 b) Huwa maħsub li l-ammont ko-finanzjat minn fondi Ewropej għall-ewwel fażi tal-proġett hu €9,658,532. c) Is -sejħiet għall-offerti li qegħdin jiġu ppreparati bħalissa huma għal: · L-iskavar tas-sit u l-kostruzzjoni tal-binjiet imsemmija hawn fuq · L-istallazzjoni tas-servizzi Mekkaniċi u Elettriċi Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il- Project Plan ta’ l-ewwel fażi tal-Proġett.

Child Development Advisory Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal jistennew li jiġu assessjati miċ-Child Development Advisory Unit? Jista' jgħid kemm-il xahar huwa stmat li qed ikollu jistenna kull tifel u tifla biex jiġu assessjati miċ-Child Development Advisory Unit?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-lista ta’ stennija tat-tfal biex jiġu assessjati mid-diversi servizzi taċ-Child Development Advisory Unit huwa kif ġej: · Mill-aspett mediku ma hemmx waiting list biex it-tfal jigu assessjati. · Fl-iSpeech Language Department ma hemmx waiting list biex it-tfal jiġu assessjati. · Physiotherapy : Sat-13 ta’ Ottubru 2010 il-lista’ ta’ stennija kienet 5. · Psikologu: Bħalissa hemm 566 każ ta’ tfal jistennew assessment psikoloġiku bħala parti mill- assessment komprensiv u multi-dixxiplinarju li jseħħ ġewwa ċ- Child Development Assessment Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa. · Occupational Therapy : bħalissa hemm 597 tfal jistennew biex ikunu assessjati. Dwar servizzi li għalihom hemm lista ta’ stennija, iż-żmien li huwa stmat li qed ikollu jistenna kull tifel u tifla biex jiġu assessjati mis-servizzi taċ- Child Development Advisory Unit huwa kif ġej: · Occupational Therapy o It-tfal ta’ bejn l-età tat-twelid sa tliet snin idumu bejn xahar u tliet xhur biex jiġu assessjati minn Occupational Therapist . o It-tfal ta’ bejn l-età ta’ 4 u 14-il sena idumu bejn 6 xhur u tmintax il-xahar biex jiġu assessjat minn Occupational Therapist . · Psikoloġija - Il-lista ta’ stennija tinqasam fi tnejn: o Għal tfal imwielda fl-2006 u iżgħar, l-appuntamenti kollha ġew ifissati għas-sitt xhur li ġejjin. Dawn jammontaw għal 189 każ. Ghal tfal li twieldu fl-2005 u ikbar hemm lista ta’ stennija ta’ sena u disa’ xhur. F’din il-kategorija hemm b’kollox total ta’ 377.

Child Development Advisory Unit — dewmien

Question

Japprezza l-Ministru li d-dewmien esaġerat li qed ikollhom jistennew it-tfal biex jiġu assessjati miċ-Child Development Advisory Unit (CDAU) qed iħassar il-ġid li joħroġ minn intervent bikri meħtieġ u allura qed jitfa' lura lit-tfal li għandhom bżonn tali intervent malajr kemm jista' jkun?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-aspett mediku ma hemm l-ebda dewmien biex it-tfal li jiġu riferuti fiċ-Child Development Assessment Unit jiġu assessjati. Il-każijiet li jiġu riferuti għas-servizz ta’ Occupational Therapy jingħata lil tfal ta’ età żgħira (bejn it-twelid u 3 snin). Għalhekk dawn huma meqjusa bħala każijiet ta’ prijorità sabiex dawn it-tfal ikunu jistgħu jibbenefikaw minn intervent bikri. Dawn normalment idumu bejn xahar u tlett xhur biex jiġu assessjati. F’kazijiet partikolari bħal per eżempju tfal b’kundizzjonijiet newroloġiċi jew tfal minn Mater Dei Wards speċjalment dawk tal-NPICU ( Neonatal Paedaitric Intensive Care Unit ) jingħataw appuntament immedjat. Fil- Physiotherapy , wara li t-tfal jiġu assessjati, l-intervent għall-kura mehtieġa jingħata skont il-bżonn, kemm hemm bżonn, u malajr kemm jista jkun. Is-servizz tal-i Speech-Language Department, jingħata mill- iSpeech Language Pathologists fil-Komunità u ma hemm l-ebda dewmien jew stennija. Il-każijiet li jigu assessjati mill-aspett psikoloġiku jinqasmu f’dawk li jkun se ssirlhom case conference , (ta’ ħames snin jew inqas) u dawk li ma tkunx se ssirlhom case conference . Fiż-żewġ każijiet qiegħed isir sforz sabiex ġaladarba l- assessment jkun sar, ir-rapport jingħata fi żmien l-aktar qasir possibli u allura il-ġenituri jkunu f’qagħda li jużaw l-informazzjoni provduta mir-rapport għal skopijiet ta’ early intervention jew interventi oħrajn skolastiċi.

Child Deveopment Advisory Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bix-xogħol li qed jagħmel iċ-Child Development Advisory Unit (CDAU) meta n-nies li jaħdmu hemm mhux qed jaħdmu flimkien b'mod inter-dixxiplinarju u allura kull wieħed qed jaħdem għal rasu u l-assessjar ma jsirx b'mod serju u komprensiv biżżejjed u spiss ikun ibbażat fuq sejbiet preliminari li mhux dejjem ikunu preċizi u allura joħolqu problemi ġodda għat-tfal?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-team tac-Child Developmernt Advisory Unit huwa multi-dixxiplinarju għaliex huwa magħmul minn professjonisti minn dixxiplini differenti fil-qasam tas-saħħa. Is-servizzi li jingħataw mid-diversi professjonisti jikkomplimentaw lil xulxin u m’huwiex il-każ li kulħadd qiegħed jaħdem għal rasu.