uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21064 u 20094 u jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — kumpanija Loqus - stallazzjoni ta' smart meters
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21063 u ċioe: B'referenza tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20093, jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum, x'kuntratti tat il-Korporazzjoni Enemalta lill-kumpanija Loqus? Għal liema tip ta' xogħol ingħataw dawn il-kuntratti f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Loqus Services Ltd ingħataw il-kuntratt ‘Automated Vehicle Locations System’ għal perjodu ta’ ħames snin mill-ewwel ta’ Jannar 2008 wara sejħa pubblika. (Enemalta Reference Number HO/T/24/1-1/2007).
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21110, jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li beda l-proġett ta' smart meters x'inhu l-ammont ta' flus li s'issa ntnefqu jew se jintnefqu fuq xogħol ta' konsulenza? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol ta' konsulenza f'dak li għandu x'jaqsam xogħol ta' kumpaniji bħall-KPMG u PWC?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' dejn li għandha bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta u ma' liema istituzzjoni bankarja għandha dan id-dejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ dejn li għandha l-Korporazzjoni Enemalta sal-lum jammonta għal €557 miljun.
L-istituzzjonijiet bankarji li magħhom il-Korporazzjoni għandha dan id-dejn huma Bank of Valletta, HSBC, APS, Volksbank, DEPFA Bank u European Investment Bank.
MEPA — Nature Protection Unit - Orkidi Piramidali ta' Malta - speċi endemika
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21061 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20160, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni biex l-orkidi piramidali jiġu rilokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjoni in kwestjoni hija NP 213/10, li saret mis-sur Carmel Debono għan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Il-MEPA bdiet l-ipprocessar ta' din l-applikazzjoni billi qed tiġbor l-informazzjoni, fosthom konferma tad-distribuzzjoni tal-ispeċi fis-sit li fuqu saret l-applikazzjoni biex tkun tista' tipproċessaha skont il-parametri tal-liġi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21035 u jikkonferma li fil-Main Office Building tal-Korporazzjoni Enemalta fil-Marsa, partikolarment fis-sular fejn għandu l-uffiċċju l-Kap Eżekutiv jirriżulta li hemm fire escape li jagħti għall-bejt flokk għas-sulari t'isfel, sistema sħiħa ta' cameras biex isegwi min se jidħol fl-uffiċċju tiegħu, sufan li meta jinfetaħ isir sodda, ħadida tal-mogħdija u ironing board, washing machine għal-lavanderija, dish washer, kċina lussuża, affarijiet li ġeneralment wieħed jassoċjahom ma' akkomodazzjoni aktar milli uffiċċju? Jista' jikkonferma li l-impjegati tal-istess Korporazzjoni, membri tas-segreatjat tal-Kap Eżekuttiv tal-istess korporazzjoni huma mistennija li jaħdmu ħinijiet irregolari jiġifieri mhux mal-ġurnata biss imma ħinijiet twal filgħaxija li meta wieħed jevalwa l-ammont tax-xogħol fl-istess segretarjat ma jidhirlix li dawn il-ħinijiet huma ġustifikati? Jista' jagħti dettalji estensivi kemm sewa l-uffiċċju tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta biex jiġi fornut b'kollox u jagħti lista itemized ta' dak li nxtara biex jgħammar dan l-uffiċċju u jgħid jekk jaħsibx li hija insensittiva ħafna din in-nefqa eżorbitanti fuq l-uffiċċju tas-CEO tal-korporazzjoni li qed toħloq tbatija kbira għall-familji u pensjonanti Maltin u Għawdxin bil-kontijiet tad-dawl li qed jirċievu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-fire escape li hemm fi-raba’ sular jagħti għal bejt u dan peress li għalissa l-proġett ta’ refurbishment fit-tieni u l-ewwel sular ta’ dan il-bini għadu mhux lest. Meta dan jitlesta, dan l-fire escape sejjer jagħti għal isfel ukoll.
Ic-
CCTV
Cameras
li hemm fis-sular amministrattiv huma ta’ l-istess proporzjon bħal ma hemm bnadi oħra fil-bini amministrattiv u bnadi oħra tal-Korporazzjoni. Is-sistemi ta’
CCTV Cameras
qed jiġu estiżi f’kull stallazzjoni tal-Korporazzjoni.
Mill-affarijiet kollha msemmija mill-Onor. Interpellant fil-mistoqsija, il-bini amministrattiv jipposjedi dishwasher u washing machine li jintużaw għall-uffiċċju.
Kull fejn qed isir
refurbishment
fil-Korporazzjoni qed ukoll tiġi rranġata l-kċina għal ħaddiema. Il-kċina msemmija fil-mistoqsija parlamentari hija ta’ l-istess livell bħal oħrajn li saru.
Fir-rigward tal-ħinijiet ta’ xogħol rikjest, kull ħaddiem tal-Korporazzjoni, huwa mistenni li jekk ikun hemm il-ħtieġa, jagħmel is-sahra. Ma jirriżultax li hemm ħaddiema fil-Korporazzjoni li qed jinżammu bis-sahra għalxejn jew bilfors.
Dwar dettalji ta’ kemm sewa l-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv, nirreferi lil-Onoroveli interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 20450.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20928 u jgħid jekk ġewx mitluba u ngħatawx permessi biex isiru laqgħat waqt il-break f'bini ta' dipartimenti, aġenziji, organizzazzjonijiet li jaqgħu taħtu bħal dik li ġew mistiedna jattendu għaliha l-impjegati tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Novembru 2010 fis-12.40 fil-Conference Hall fejn infurmawhom b'avviż li qed jingħata separatament? Peress li din hi materja ta' kontroversja politika marbuta mad-diskussjoni dwar id-dħul tal-liġi tad-divorzju f'pajjiżna, jaħseb li hu xieraq li fuq il-post tax-xogħol f'uffiċini tal-gvern isiru laqgħat bħal dawn? U jekk dawk kontra d-dħul ta-divorzju f'pajjiżna se jingħataw il-permessi għal-laqgħat mal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, l-istess permessi se jingħataw lil dawk favur id-dħul tad-divorzju f'pajjiżna biex jagħmlu laqgħat simili?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi attivitajiet li jsiru fil-break, bħall-laqgħa li saret fl-NSO nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru, huma inizjattivi personali, u sakemm l-attivitajiet ma jkunux f’kunflitt mal-missjoni tal-NSO, ma jitqisux li joħolqu kontroversja. L-istess hija inizjattiva personali tal-istaff il-quddiesa li ssir waqt il-ħin tal-break fl-ewwel ġimgħa tax-xahar. Attivitajiet bħal dawn waqt il-break ilhom isiru s-snin. L-attività in kwistjoni ma saret bl-ebda skop li tinħoloq kontroversja, u l-impjegati bl-ebda mod ma kienu obbligati jew imġiegħla jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet, u kulħadd kien liberu li ma jattendix.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20331 u jgħid jekk għandux pjan għaż-żmien li ġej biex iċ-Child Development Advisory Unit jibda jaħdem kif suppost u ma jħallix tfal jistennew tant xhur biex jiġu assessjati? Jista' jgħid fiex jikkonsisti dan il-pjan u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-mument iċ-Child Development Advisory Unit (CDAU) huwa servizz fid-Dipartiment tal-Pedjatrija li jevalwa t-tfal fuq livell multi-dixxiplinarju. Dan ifisser li kull tifel u tifla li jiġu riferuti jrid jarahom aktar minn professjonist wieħed f’oqsma differenti.
Parti mill-informazzjoni mitluba tinsab fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20326 fejn tajt id-dettalji.
Biex is-servizz tal-
Occupational Therapy
jitjieb qed issir talba għall-ingaġġ ta’ 12-il terapista u mill-inqas 2
Paramedic Aides
oħra. It-talba għall-ingaġġ tal-
Occupational Therapists
ser tkun miftuħa wkoll għall-istudenti li se jkunu qed jiggradwaw fl-
Occupational Therapy
f’Ġunju 2011.
Infurmat li fil-
Capacity Building Exercise
tal-Ministeru ġew approvati 12-il psikologu u dan se jkun qed jgħin biex is-CDAU tlaħħaq mad-domanda qawwija għas-servizzi psikoloġiċi.
Infurmat wkoll li l-Ftehim Kollettiv bejn il-Gvern u l-
Union of Professional Psychologists
(MUPP) ikopri biss
Clinical Psychologists
u
Educational Psychologists
, mingħajr ma jagħmel referenza għall-
Child and Development Psychologists
u
Counselling Psychologists
. Ghaldaqstant kif tigi negozjata u riżolta din il-kwistjoni, tkun tista’ toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Orkestra Filarmonika Nazzjonali — nuqqas ta' komunikazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20601 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jivverifika l-ilmenti li qed jasluli mingħand membri tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali li hemm nuqqas serju ta’ komunikazzjoni bejn il-membri tal-orkestra u l-amministrazzjoni tal-orkestra tant li lanqas sick leave m'hu qed iħalluhom jieħdu? Għaliex m'hemmx komunikazzjoni aħjar fi ħdan din l-orkestra nazzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li:
a. Id-direzzjoni tal-orkestra dejjem addottat sistema miftuħa u effettiva ta’ kommunikazzjoni mal-mużiċisti tagħha tant li hija prassi aċċettata li membri tal-istess orkestra jikkomunikaw b’mod individwali direttament u kontinwament permezz ta’ telefon, telefon ċellulari jew e-mail mad-direzzjoni għall-bżonnijiet tagħhom.
b. Fost il-mużiċisti ta’ kwalunkwe orkestra professjonali, inkluż l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, hemm gradi differenti ta’ responsabilitajiet peress li kull sezzjoni għandha
section principal
(u
sub-principal
jekk ikun il-każ) li jservi ta’
area manager
għas-sezzjoni tiegħu/tagħha. Barra minn dawn hemm ukoll il-kap tal-orkestra (
orchestra leader
). Dawn għandhom ir-responsabbilta` li jieħdu ħsieb is-sezzjoni tagħhom kemm fuq livell mużikali kif ukoll fuq livell amministrattiv u għaldaqstant huma ħolqa importanti fil-komunikazzjoni bejn il-mużiċisti u d-direzzjoni tal-orkestra.
c. Waqt il-provi kif ukoll waqt il-kunċerti, sa fejn ikun fiżikament possibbli, dejjem ikun hemm uffiċċjal tal-orkestra jakkumpanja lill-mużiċisti u jgħin fi kwalunkwe diffikulta’ loġistika jew amministrattiva li tista’ tinqala, u li huwa dejjem dispost jisma kull diffikulta’ ta’ l-impjegati.
d. Id-direzzjoni ta’ l-orkestra ma jidhirliex li qatt kien hemm xi mużiċist li talab li jiltaqa’ magħha u din ma laqgħetx it-talba tiegħu.
Id-direzzjoni tal-orkestra ma jirriżultalhiex li qatt kien hemm talba għal
sick leave
li din ma ġietx aċċettata. It-tabib tal-kumpanija jżur mużiċisti fuq
sick leave
sabiex jivverifika, kif inhi il-prassi tax-xogħol. Prova ta’ dan hija t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li turi mużiċist mużiċist kemm ħa
sick leave
mis-sena 2009 sal-lum u li turi li kien hemm żieda mill-234 ġurnata
sick leave
tal-2009 għal 329 ġurnata
sick leave
mill-1 ta’ Jannar 2010 u sal-lum, meta s-sena għadha ma għalqitx. Il-maġġoranza tal-mużiċisti kollha ħadu diversi ġranet ta’
sick-leave.
Il-figuri juru li fl-2010 minn 63 mużiċist, 44 ħadu xi ġranet ta’
sick leave
u 19 li ma kellhomx bżonn ta’
sick leave
.
Apparti s-
sick leave
, għandu wkoll jiġi rilevat li l-orkestra dejjem tat dak il-
leave
ieħor, bħall-
bereavement
,
maternity
,
urgent family
u
marriage leave
, kif titlob l-liġi u dan kif imniżżel fl-istess tabella.
Apparti dan il-
leave
obbligatorju, d-direzzjoni tal-orkestra dejjem, sa fejn l-esiġenzi tax-xogħol jippermettu, għenet lill-mużiċisti impjegati tagħha billi ikkonċediet talbiet ta’
leave
li għandu element ta’ diskrezzjoni bħal
optional, study, unpaid,
kif ukoll permessi speċjali bħal appuntamenti ta’ sptar (personali jew biex jakkumpanjaw membri tal-familja), qorti jew permessi sabiex jdoqqu kunċerti barra minn Malta. It-tabella turi t-total ta’ ġranet għas-snin 2009 u 2010.
Il-mużiċisti jgawdu wkoll minn benefiċċji ta’ ġranet
off
bi ħlas jekk l-istrument li jdoqqu ma jkunx involut f’xi kunċert partikolari (u għaldaqstant il-ġranet ta’ provi marbutin ma’ tali kunċert ukoll). Apparti li mhux l-istrumenti kollha jintużaw f’kull kunċert, hemm strumenti li jaħdmu fuq sistema ta’ rotazzjoni fejn, jekk ma jkunx hemm bżonn tal-mużiċisti kollha f’dik is sezzjoni partikolari, xi mużiċisti jdoqqu filwaqt li l-kumplament tas-sezzjoni jkunu
off
bi ħlas kemm għall-provi kif ukoll għall- kunċert.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20770 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'rispett għad-deċiżjoni tal-Istati Uniti fir-rapport Implementing recommendations of the 9/11 Commission Act of 2007 (http://
intelligence.senate.gov/laws/pl 11053.pdf), fejn kien deċiż li jinbdew negozjati mal-Istati Uniti individwalment jew mal-Unjoni Ewropea fuq memorandums of understanding (MoUs) mal-Istati Uniti; in vista tat-transfer tal-informazzjoni fuq passiġġieri (PNR) lill-Istati Uniti, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jiċċara jekk:
a) jistax jippubblika l-memorandums of understadings li għamel il-Gvern Malti mal-Istati Uniti;
b) jistax jgħid jekk dan l-memorandum jinkludix trasferimenti ta' PNR data; u
ċ) hemm kategoriji ta' data mid-databases tal-Unjoni Ewropea (bħall-Prüm) li Malta tgħaddi lill-Istati Uniti skont dan l-memorandum of understanding?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Memorandum of Understanding jinkludi referenza żgħira għall-PNR u jgħid li l-partijiet għandhom l-intenzjoni li jiġbru, janaliżżaw, jużaw u jibdlu l-PNR bejniethom skont obbligi li għandhom fil-liġi nazzjonali u internazzjonali. Fl-istess Memorandum ma hemmx kategoriji ta’ data mid-databases tal-Unjoni Ewropea li Malta tgħaddi lill-iStati Uniti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex u meta l-istatus tal-ġonna ta’ Villa Bonici f’Tas-Sliema ġie mibdul minn Urban Conservation Area għal ‘unspecified as included height in the NHLP 2006’?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20438.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-livell ta’ popolazzjoni proġettat mill-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal Tas-Sliema biex tiżgura ippjanar urban u żvilupp sostenibbli għall-inħawi? Jekk din it-tip ta’ proġettazzjoni ma saritx, xi kriterji jużaw l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar u entitajiet oħra governattivi biex jiżguraw żvilupp sostenibbli li jissalvagwardja s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ tas-Sliema? X’policies ta’ sostenibbilità qed jiġu segwiti fl-istrateġija ta’ żvilupp għal dik il-belt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20437.
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li beda l-proġett ta' smart meters x'inhu l-ammont ta' flus li s'issa ntnefqu jew se jintnefqu fuq xogħol ta' konsulenza? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol ta' konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal x’tip ta’ konsulenzi qed jirreferi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20142, jista' l-Ministru jgħid meta se jintemm l-istħarriġ li qed jirreferi għalih u jiġu implimentati l-konklużjonijiet tiegħu peress li sadattant in-nies li jużaw it-trasport pubbliku fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar qed ikomplu jbatu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan l-istħarrig għadu għaddej u l-konklużjonijiet tiegħu sejrin jiġu diskussi l-ewwel mal-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku u wara mal-kunsilli lokali.
Korporazzjoni Enemalta — kumpanija Loqus - stallazzjoni ta' smart meters
Question
B'referenza tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20093, jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum, x'kuntratti tat il-Korporazzjoni Enemalta lill-kumpanija Loqus? Għal liema tip ta' xogħol ingħataw dawn il-kuntratti f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20094 u jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha teżisti l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, kemm issellfet s'issa mill-Bank APS? S'issa kemm ħallset lura minn dan id-dejn u kull sena kemm ħallset imgħax fuq dan id-dejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada issellfet €44,294,578 mill-APS Bank li fuqhom ħallset €3,819,170 f’interessi. L-ammont ta’ €48,113,748 tħallas kollu lura lill-APS Bank fis-sena 2009.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20057 u jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tħares l-ambjent rurali tal-Ibraġġ tal-Mellieħa fejn ħafna raba' maħdum u ambjent naturali qed jinqered biex fuqu jsir l-hekk imsejjaħ Park għall-Familja li ma kienx inkluż fil-pjan lokali? Jista' jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tipproteġi l-orkidi endemiċi li nqerdu fil-post u li suppost huma protetti mill-Habitat Directive tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20160.