Peress li fil-5 ta' Jannar 2008 kien tħabbar li l-kurrikulu nazzjonali l-ġdid kellu jkun lest sas-sena 2009, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuqu? Kemm hu ppjanat li ddum il-konsultazzjoni fuqu? Meta hu maħsub li jidħol fl-iskejjel? Flimkien ma' kurrikulu nazzjonali ġdid, x'xogħol qed isir biex is-sillabi jirriflettu l-kurrikulu l-ġdid u jitnaqqsu biex ikollna edukazzjoni iżjed effettiva fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-
draft National Curriculum Framework
tlesta u huwa ppjanat li dalwaqt joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika. Dan l-eżerċizzju hu maħsub li jieħu numru ta’ xhur.
Hu maħsub ukoll li l-kurrikulu jidħol fis-seħħ fl-iskejjel wara li l-proċess ta’ konsultazzjoni jkun finalizzat.
Meta dan il-kurrikulu jidħol fis-seħħ jinkitbu sillabi ġodda biex jirriflettu l-qafas tal-kurrikulu l-ġdid.
Tista' l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jaħdmu l-iskejjel sekondarji meta se jkollhom ġo fihom tfal li s'issa kienu jintgħażlu għall-Junior Lyceum u l-oħrajn li kienu jintgħażlu għall-iskejjel sekondarji? Kif se jitqassmu t-tfal fi skejjel differenti, x'livelli differenti ta' abbiltajiet se jitqassmu f'kull klassi? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan li hemm f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tibdil jikkonċerna biss lill-istudenti li deħlin fl-ewwel sena tal-edukazzjoni sekondarja fis-sena 2011-12. F’kull Kulleġġ, dawn l-istudenti issa se jibdew jattendu żewġ skejjel sekondarji, s-subien fi skola u l-bniet f’oħra.
Dwar l-istudenti li fis-sena skolastika 2011-12 ikunu qegħdin bejn it-tieni u l-ħames sena tal-iskola sekondarja, il-proċess tat-transizzjoni jitlob li dawn jibqgħu bl-istess tqassim u fl-istess skejjel li għandhom fil-preżent.
L-istudenti l-ġodda se jitqassmu fi gruppi skond l-għażla tas-suġġetti (
option subjects
) li jagħmlu fl-aħħar sena tal-Primarja.
F’dan it-tqassim jidħlu kunsiderazzjonijiet oħra, fosthom:
§ il-ħiliet varji tal-istudenti;
§ il-kunċett tal-inklużjoni;
§ il-bilanċ demografiku fi ħdan il-klassijiet; u
§ il-limitazzjonijiet marbutin mal-loġistika tat-tfassil tat-
timetable
.
Minbarra dan it-tqassim fil-
home classes
, se titkompla s-sistema tas-
setting
fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż u l-Matematika.
Qiegħda inpoġġi informazzjoni relevanti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi programmi konkreti jeżistu fil-qasam edukattiv biex jilħqu lil dawk it-tfal li 22% minnhom jinsabu f'riskju ta' faqar jew fil-faqar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija meqjusa li hija r-rata ta' assenteiżmu tal-istudenti tagħna fil-livell primarju u sekondarju u x'inizjattivi qed jittieħdu biex jikkumbattu dan l-assenteiżmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-iskejjel primarji jingħataw biżżejjed riżorsi umani biex l-għalliema jibda jkollhom ċans joħorġu mill-klassijiet u jiltaqgħu u jiddiskutu u jfasslu l-iżvilupp kurrikulari u jsegwu esperjenzi ta' żvilupp professjonali biex jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn fir-realtà tal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani b’kordinazzjoni mad-Dipartiment tal-Kurrikulu jibgħat għalliema peripatetiċi fl-iskejjel. Waqt li dawn ikunu qed jaqdu dmirijiethom fil-klassijiet Primarji, l-għalliema tal-klassijiet rispettivi jkunu jistgħu jiltaqgħu biex jaħdmu fuq l-iżvilupp kurrikulari.
Tista' l-Ministru tgħid min hu responsabbli mill-minor staff fl-iskejjel primarji u sekondarji statali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kapijiet tal-Iskejjel huma direttament responsabbli mill-minor staff fl-iskejjel primarji u sekondarji statali, filwaqt li l-College Principal u l-Precincts Officer jissorveljaw ix-xogħol meħtieġ u n-numru ta’
minor staff
fl-iskejjel.
Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2002 sal-lum, kemm daħlu activity teachers u f'liema skejjel jinsabu? Kemm hemm il-ħsieb li jiddaħħlu matul is-sena li ġejja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol dwar formative assessment tal-istudenti fl-iskejjel statali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-eżercizzju li jqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-assessjar formattiv fil-klassi ilu dawn l-aħħar snin li beda mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Inħolqot sezzjoni apposta fid-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning li hija responsabbli għal dan il-għan u ġġib l-isem
Assessment for Learning
.
Saru laqgħat ma’ Kapijiet ta’ Skejjel biex tingħata informazzjoni u appoġġ lill-iskola dwar Assessjar Formattiv filwaqt li saru korsijiet ta’ taħriġ lill-Assistenti Kapijiet ta’ Skejjel u għalliema fuq strateġiji tal-assessjar formattiv kif ukoll saru Professional Development Sessions.
Qed isiru sessjonijiet ta’ żvilupp professjonali ma’
year groups
individwali fl-iskejjel Primarji waqt il-
curriculum time
u qed isiru sessjonijiet mal-għalliema tas-suġġetti differenti fl-iskejjel sekondarji waqt il-ħin dedikat għas-
subject meetings
. Huwa ppjanat li din il-prattika titwessa’ kemm jista’ jkun fl-iskejjel sekondarji kollha u għal numru aktar wiesa’ ta’ suġġetti.
Inkiteb ktejjeb fuq strateġiji bażiċi tal-assessjar formattiv li qed jibda jintuża minn xi skejjel bħala appoġġ għall-għalliema.
Inkitbu diversi artikli fuq strateġiji tal-assessjar formattiv fuq il-pubblikazzjoni tad-Direttorat
Resources
u jinsabu ukoll fuq il-
website
tad-dipartiment.
http://www.curriculum.gov.mt/assessment_for_learning.htm
Iċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-iSkola Sekondarja ġie mogħti valur miżjud għax kull tip ta’ tagħlim li l-istudent se jgħaddi minnu tul il-perjodu tal-iskola sekondarja se jingħata l-importanza valutattiva li ħaqqu. Dan iqarreb l-Assessjar Summattiv lejn dak Formattiv u jagħmel it-tagħlim iktar sħiħ u l-iżvilupp iktar ħolistiku.
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' ftehim hemm il-ħsieb li jiġi negozat mal-Equal Partners Foundation? Għal liema tip ta' servizzi? Għal kemm żmien, u x'inhu l-ammont ta' finanzi ppjanat għal dan il-ftehim?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F'dawn l-aħħar xhur kien hemm diskussjonijiet bejn il-Ministeru, d-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi u l-
Equal Partners
għal ftehim ta' servizzi edukattivi għal tfal b'diżabilità. Dan il-ftehim hu maħsub li jkun fuq l-istess kriterji li huma stabbiliti fi ftiehim oħra simili li għandu l-Ministeru ma' għaqdiet volontarji fis-settur edukattiv u soċjali. L-ammont ivvotat huwa madwar Euro100,000 fis-sena. Il-ftehim jista' jsir għal perjodu ta' tlett snin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal bniet u subien, tfajliet u ġuvintur f'kull waħda mill-iskejjel speċjali/ċentri ta' riżorsi f'Malta u Għawdex? X'inhuma l-etajiet tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Żgħażagħ b'diżabilità — korsijiet fil-Higher Secondary, Junior College u MCAST
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm żgħażagħ b'diżabilità li qed isegwu xi kors fil-Giovanni Curmi Higher Secondary tan-Naxxar, fl-MCAST u fil-Junior College?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-MCAST din is-sena akkademika 2010-2011, mitejn u disgħin (290) student/a iddikjaraw li għandhom xi forma ta’ diżabilità mas-sezzjoni ta’ l-inklużżjoni tal-Kulleġġ.
Fil-Junior College hemm 33 student, filwaqt li t-total ta’ żgħażagħ b’diżabilità li qed iseqwu xi kors fil-Giovanni Curmi Higher Secondary huwa ta’ (ħmistax) 15
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex pajjiżna jimxi fid-direzzjoni tal-oġġettivi ssettjati mill-Unjoni Ewropea 2020 li fi żmien għaxar snin ikollna 10% (minflok l-40% ta' bħalissa) biss li jitilqu kmieni mill-iskola, li jkollna 40% (minflok 23% ta' bħalissa) taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni universitarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'edukazzjoni tat-tieni ċans qed toffri xi entità li taqa' taħtha u tgħid fiex jikkonsisti kull programm offrut minn xi entità? Kemm hemm żgħażagħ involuti f'dawn il-programmi u kemm huma twal dawn il-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi sforzi qed isiru mill-MCAST, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-Università biex jiġi żgurat kemm jista' jkun li l-korsijiet u l-kurrikula offruti minn dawn l-istituzzjonijiet ikunu rilevanti għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tal-lum u t'għada f'pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST jieħu diversi azzjonijiet sabiex jassigura li l-kurrikula u s-sillabi għad-disposizzjoni tal-istudenti li jattendu fl-Istituti u fil-branki ta’ Għawdex ikunu kontinwament rilevanti għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tal-lum u tal-futur f’pajjiżna.
L-MCAST iżżomm kuntatti kontinwi mad-diversi
stakeholders
/ sħab tagħha li ġejjin mill-oqsma tal-ekonomija, soċjali u kulturali f’pajjiżna, bħal per eżempju Ministeri tal-Gvern, il-Kamra tal-Kummerċ, l-ETC, kumpaniji industrijali li l-istudenti tagħna jkomplu l-apprentistat magħhom, entitajiet bħal KNPD sabiex il-korsijiet ikunu iffukati wkoll u jinkludu persuni bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll dan l-aħħar permezz tal-kuntatt speċjali ma’ Fraunhofer, li qed jgħinu lill-MCAST fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ numru ta’
degrees
fi tmien istituti li l-għan tagħhom huwa li jedukaw u jħarrġu lill-istudenti tal-MCAST skond il-ħtiġijiet fid-dinja tal-industrija, ekonomija, kulturali, innovazzjoni u kreattivita’ kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-bidliet li qed jolqtu lill-pajjiżna kif ukoll f’dak li qed iseħħ f’livell aktar wiesgħa fl-Ewropa u f’kontinenti oħra, l-aktar fl-oqsma tax-xjenzi u t-teknoloġija, fl-IT, fl-Arti u fid-Disinn, fl-enġinerija elettronika u mekkanika, kif ukoll fl-oqsma ta’ studji offruti fl-istituti li qed joffru dawn il-kwalifiki.
L-MCAST bħalissa qed tħarreġ lill-għalliema kollha tagħha f’diversi suġġetti partikulari, kemm permezz ta’
degrees
f’livell ta’
Masters
, li huma intenzjonati sabiex iħejju l-kulleġġ għal dak li huwa meħtieġ fil-futur fl-oqsma imsemmija hawn fuq, kif ukoll f’oqsma ġodda sabiex l-MCAST jiżviluppa f’dawk is-setturi li huma meħtieġa għal skopijiet ta’ impjieg u għarfien ġenerali fl-oqsma tal-enġinerija marittima, integrazzjoni akbar bejn l-IT u suġġetti oħra, bħal media, xjenza applikata, u biomediċina. It-tiġdid tal-għalliema fl-istudji u fit-tħejjija pedagoġika tagħhom qed tingħata prijorita’ permezz ta’ żewġ programmi paralleli, bl-introduzzjoni tal-
eLearning
bħala wieħed mill-komponenti ewlenin ta’ dan it-taħriġ. Ingħataw ukoll
scholarships
u korsijiet qosra lill-istaff akkademiku u amministrattiv fuq materji li jaqgħu taħt taħriġ professjonali fuq bażi kontinwa.
Il-korsijiet li jinżammu fuq bażi ta’ matul il-jum huma xhieda ta’ kemm il-korsijiet li qed isiru huma intiżi sabiex ikopru ħtiġijiet ta’ ekonomija u kultura li qed tinbidel fost is-soċjeta’ lokali u dik Ewropeja: bħala eżempju wieħed jista’ jsemmi l-media, it-tiswija fil-qasam tal-avjazzjoni u korsijiet ġodda fis-settur tax-xjenza applikata, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ kors għas-segretarji fil-qasam mediku.
Ħafna mill-korsijiet ta’ fil-għaxija jkunu mfassla fuq talba ta’
stakeholders
mill-industrija u jkunu propju bbażati fuq il-bżonnijiet tagħhom.
Fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistici qed issir ħidma biex titjieb l-operazzjoni fis-setturi kollha inkluż dak akkademiku. Hemm il-ħsieb li l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi jaħdem lejn il-kisba ta’ ISO 22000:2005 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħarsien ta’ l-ikel u ISO9001:2008 għal kumplament. Minn żmien għal żmien l-istaff akkademiku ta’ l-ITS jirrevedi il-kurrikula u s-sillabi tal-korsijiet offruti. Dawn jinbidlu jew jiżdiedu skond il-bżonn. Il-korsijiet ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi huma rikonoxxuti u validati mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiċi li kontinwament jagħmel monitoraġġ tal-attivita akkademika ġewwa l-Istitut.
Il-korsijiet kollha tal-Università, inklużi dawk li huma preparatorji għall-professjonijiet, jiġu aġġornati perjodikament skond proċessi stabbiliti mill-prattika internazzjonali mħaddma minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja liema prattika hija parti mill-Proċess ta’ Bologna. L-Università tirrispondi għall-żviluppi u bżonnijiet nazzjonali ġodda billi tipprovdi korsijiet speċjalizzati f’diversi oqsma: hekk, dan l-aħħar, ġew żviluppati korsijiet ġodda fir-radjografija terapjewtika, fl-assigurazzjoni, fiż-żfin, fil-
Geographic Information Systems
etc. u hemm diversi korsijiet oħra li bħalissa jinsabu fi stadju ta’ preparazzjoni, e.g. fil-medjazzjoni, fl-istudji fuq id-diżabilita’, etc. Għal min ikun irid jistudja suġġetti li jservu għall-iżvilupp personali tiegħu (
enrichment
courses
), is-Senat tal-Università għadu kemm approva kors ta’ studju ġdid magħmul minn serje ta’
study units
li jiġu mgħallma filgħaxija b’mod idoneju għall-istudent matur. Dawn l-
istudy unit
s jistgħu jiġu akkumulati bil-mod il-mod u l-istudent eventwalment u jekk irid jiġi ntitolat għal grad ġdid bl-isem Bachelor of Arts and Sciences (B.A.Sc.) Dan l-iżvilupp huwa parti mill-offerta li l-Università tagħmel lejn it-Tagħlim ta’ Matul il-Ħajja (Lifelong Learning). Barra minn dawn il-korsijiet li jwasslu għal diplomi jew gradi universitarji, l-Università tipprovdi ukoll korsijiet qosra li jservu bħala bażi għall-
Continuous Professional Development
liema korsijiet huma ndirizzati għal min ikun diġa’ jaħdem u jrid jibqa’ aġġornat f’oqsma speċjalizzati.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20631, 19706, 18818, 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20631, 19706, 18818, 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21109 u jgħid x'inhu l-ammont ta' dejn li għandha bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta u ma' liema istituzzjoni bankarja għandha dan id-dejn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21109.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21102 u jgħid kemm ġiet tiswa l-Power Station eżistenti f'Delimara u kemm tħallsu s'issa minn kemm ġiet tiswa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.