Tista' l-Ministru tgħid x'bidliet hemm maħsuba fl-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC? X'xogħol sar s'issa fuq ir-riforma tagħha u meta hemm il-ħsieb li jiġu ppubblikati l-proposti ta' tibdil biex jiġu diskussi qabel jiddaħħlu fis-seħħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Inħatar working group (grupp ta’ ħidma) fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCHE) biex jikkunsidra alternativi għas-sistema tal-eżamijiet tal-MATSEC li hemm bħalissa. L-għan aħħari ta’ dan ix-xogħol huwa li jiżdiedu n-numri ta’ studenti fil-livell post-sekondarju u terzjarju. Dan il-grupp mistenni li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu sal-15 t’April 2011. Wara, dawn ikunu ppublikati u diskussi qabel jittieħdu l-passi li jmiss.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal li qed jistennew li jiġu statemented mill-bord imwaqqaf apposta? Kemm ilhom jistennew u meta hu maħsub li jiġu statemented?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal li ġew statemented mill-bord imwaqqaf apposta u li ngħataw l-għajnuna li talbu, iżda qalulhom li l-għajnuna tingħata if it is available?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-interpretazzjoni tad-diskors ‘if it is available’ hija li jekk ikun hemm LSA fil-klassi l-imsemmija tfal jigwadanjaw, iżda mhux neċessarjament jeħtieġu LSA.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm tfal dehru quddiem l-istatementing moderating panel u ġie rrakkomandat li dawn jistgħu jiġu mgħejuna mill-LSA u l-għalliema tal-klassi.
Tista' l-Ministru tgħid jekk iż-żieda fil-budget għall-MCAST fuq nefqa rikorrenti minn €14.6 miljun għal €14.9 miljun hijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ispejjeż dejjem jiżdiedu ta' dan il-kulleġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħal fis-snin l-imgħoddija, l-MCAST jibqa’ jagħmel l-aktar użu għaqli mill-fondi allokati għall-infieq rikorrenti.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex in-nefqa fuq l-implimentazzjoni tar-riformi niżlet minn €90,000 għal €80,000f? Fuqiex hemm il-ħsieb li jintnefqu dawn il-flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa fuq it-twettieq tar-Riforma fl-Edukazzjoni mhix biss allokata taħt dan il-Line Vote.
Huwa ppjanat li dawn il-flus jintefqu fuq spejjeż involuti f’appoġġ lill-iskejjel,
training
, kif ukoll fuq riżorsi li għandhom x’jaqsmu mat-twettiq tar-riforma.
Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti — vouchers
Question
Tista l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar it-talba għad-dħul ta' sistema ta' vouchers li saret mill-Assocjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti minħabba li huma nkwetati ħafna dwar il-vijabbilità tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-diskussjonijiet bejn il-gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti għandhom jitkomplew fil-futur qrib. Fl-aħħar Budget tħabbret il-miżura li se jiżdied l-ammont massimu tad-deduzzjoni f’taxxa li tingħata lill-ġenituri li uliedhom jattendu skejjel privati.
Tista' l-Ministru tgħid l-€43 miljun ivvutati għall-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2011 jinkludux l-arretrati ta' €8 miljun dovuti lilhom? Meta hemm il-ħsieb li jitħallsu dawn l-arretrati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-somma ta’ € 43 miljun ma tinkludix it-€ 8 miljuni arretrati. Dawn għandhom jinqatgħu fuq pjan maħsub darba li jkun hemm rikonċiljazzjoni finali.
MCAST u Università ta' Malta — kumplimentari fil-korsijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ta' koperazzjoni jeżistu bejn l-MCAST u l-Università ta' Malta biex ikunu kumplimentari fil-korsijiet u l-kwalifiki li joffru anki biex tiġi faċilitata l-mobilità tal-istudenti minn istituzzjoni għal oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti jistgħu jidħlu għall-korsijiet li joffri l-MCAST bis-saħħa tal-kwalifiki vokazzjonali kif ukoll b’dawk akkademiċi. L-istudenti li jattendu l-MCAST jistgħu jagħżlu li jitilgħu minn livell ta’ studju vokazzjonali għal ieħor ogħla minnu. Jekk ikunu studenti ġejjin minn barra l-kulleġġ, japplikaw għall-kors skond il-kwalifiki mitluba f’dawk li huma School Leaving Certificate, Matric jew Advanced Matric. Dan joffri aċċess faċli lill-istudenti, per eżempju, tal-Junior College, biex japplikaw għall-korsijiet tal-MCAST. L-istudenti li japplikaw minn barra bi kwalifiki purament akkademiċi jaf ikollhom bżonn xi ftit tal-għajnuna sakemm jintegraw fis-sistemi vokazzjonali li jħaddem l-MCAST. Din l-għajnuna tingħata regolarment.
Il-korsijiet li joffri l-MCAST huma dawk li l-industrija stess titlob u allura dawk li l-aktar li jgawdi minnhom il-pajjiż. Dan iseħħ b’riżultat tal-kollaborazzjoni li teżisti bejn ir-rappreżentanti tal-industrija, l-i
stakeholders
u l-MCAST. Fil-waqt li l-MCAST jassigura li l-livelli milħuqa huma dawk internazzjonali u jirriflettu l-livelli stabbiliti mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, l-istudent jistenna trattament differenti fil-metodi ta’ tagħlim kif ukoll fil-metodi tal-assessjar, metodi li jixirqu lill-prattiċi speċifiċi tax-xogħol prattiku.
Għalkemm il-prattiċi tal-MCAST m’humiex bħal dawk tal-Università, it-tagħlim li joffru ż-żewġ istituzzjonijiet jikkumplimentaw lil xulxin.
Jibqgħu isiru l-isforzi meħtieġa biex fejn studenti tal-MCAST ikunu jixtiequ jissuktaw bl-istudju tagħhom fl-Università, dan il-passaġġ jiġi faċilitat aktar.
L-Università ta’ Malta għandha provedimenti biex studenti li ma jkollhomx il-
Matriculation
Certificate
iżda jkunu kisbu l-BTEC
National Diploma
jew il-BTEC
Higher National Diploma
jkunu jistgħu jidħlu f’korsijiet li jwasslu għall-Grad ta’
Bachelor
jekk ikollhom ukoll ir-Rekwiżiti Speċjali għall-Kors li jkunu jixtiequ jidħlu fih u jkunu għaddew bi grad 5 jew aħjar fl-eżamijiet tas-SEC fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika.
Studenti li jiksbu l-Higher Diploma in Hospitality and Tourism Management mogħtija mill-Institute of Tourism Studies jidħlu fit-tieni sena tal-kors li jwassal għall-Bachelor of Arts (Honours) fit-Tourism Studies.
aġenzija nazzjonali għall-assikurazzjoni ta' kwalità
Question
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol biex titwaqqaf aġenzija nazzjonali għall-assikurazzjoni ta' kwalità u biex fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla f'pajjiżna jidħol il-proċess ta' assikurazzjoni ta' kwalità fuq il-linji tal-proċess ta' Bolonja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja l-ħidma biex jingħaqdu l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, liema entitajiet ilhom jaħdmu mill-qrib minn Jannar ta’ din is-sena. Fl-istess waqt u b’mod meqjus qed jitfassal il-qafas legali li permezz tiegħu wkoll se jippermetti biex isir assikurazzjoni ta’ kwalità għall-istituzzjonijiet fil-livell ogħla tal-edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx mitluba u ngħatawx permessi biex isiru laqgħat waqt il-break f'bini ta' dipartimenti, aġenziji, organizzazzjonijiet li jaqgħu taħtu bħal dik li ġew mistiedna jattendu għaliha l-impjegati tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Novembru 2010 fis-12.40 fil-Conference Hall fejn infurmawhom b'avviż li qed jingħata separatament? Peress li din hi materja ta' kontroversja politika marbuta mad-diskussjoni dwar id-dħul tal-liġi tad-divorzju f'pajjiżna, jaħseb li hu xieraq li fuq il-post tax-xogħol f'uffiċini tal-gvern isiru laqgħat bħal dawn? U jekk dawk kontra d-dħul tad-divorzju f'pajjiżna se jingħataw il-permessi għal-laqgħat mal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, l-istess permessi se jingħataw lil dawk favur id-dħul tad-divorzju f'pajjiżna biex jagħmlu laqgħat simili?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21280.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Main Office Building tal-Korporazzjoni Enemalta fil-Marsa, partikolarment fis-sular fejn għandu l-uffiċċju l-Kap Eżekuttiv jirriżulta li hemm fire escape li jagħti għall-bejt minflok għas-sulari t'isfel, sistema sħiħa ta' cameras biex isegwi min se jidħol fl-uffiċċju tiegħu, sufan li meta jinfetaħ isir sodda, ħadida tal-mogħdija u ironing board, washing machine għal-lavanderija, dish washer, kċina lussuża, affarijiet li ġeneralment wieħed jassoċjahom ma' akkomodazzjoni aktar milli uffiċċju? Jista' jikkonferma li l-impjegati tal-istess Korporazzjoni, membri tas-segretarjat tal-Kap Eżekuttiv tal-istess korporazzjoni huma mistennija li jaħdmu ħinijiet irregolari jiġifieri mhux mal-ġurnata biss imma ħinijiet twal filgħaxija li meta wieħed jevalwa l-ammont tax-xogħol fl-istess segretarjat ma jidhirlux li dawn il-ħinijiet huma ġustifikati? Jista' jagħti dettalji estensivi kemm sewa l-uffiċċju tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta biex jiġi fornut b'kollox u jagħti lista itemized ta' dak li nxtara biex jgħammar dan l-uffiċċju u jgħid jekk jaħsibx li hija insensittiva ħafna din in-nefqa eżorbitanti fuq l-uffiċċju tas-CEO tal-korporazzjoni li qed toħloq tbatija kbira għall-familji u pensjonanti Maltin u Għawdxin bil-kontijiet tad-dawl li qed jirċievu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21276.
Korporazzjoni Enemalta — kumpanija Loqus - stallazzjoni ta' smart meters
Question
B'referenza tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20093, jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum, x'kuntratti tat il-Korporazzjoni Enemalta lill-kumpanija Loqus? Għal liema tip ta' xogħol ingħataw dawn il-kuntratti f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21364.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema skejjel hemm il-ħsieb li jibdew deħlin is-suġġetti vokazzjonali fis-snin li ġejjin? Meta? Min se jgħallem dawn is-suġġetti u kif qed jintgħażlu l-għalliema għal taħriġ biex jgħallmu dawn is-suġġetti? Kif qed isir it-taħriġ u min se jmexxih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskejjel li ntgħażlu biex jieħdu sehem fil-proġett pilota ta’ tagħlim ta’ erba’ suġġetti vokazzjonali - suġġett vokazzjonali wieħed f’kull skola – huma kif ġej:
Skejjel Statali:
Sekondarja Subien Kulleġġ San Benedittu, Ħal-Kirkop (Computing and IT)
Sekondarja Subien Kulleġġ San Injazju, tal-Ħandaq (Engineering)
Sekondarja Subien Kulleġġ Santa Margerita, Verdala (Hospitality)
Sekondarja Subien Kulleġġ Maria Reġina, Mosta (Hospitality)
Sekondarja Subien Kulleġġ t’Għawdex (Engineering)
Sekondarja Bniet Kulleġġ t’Għawdex (Health and Social Care)
Skejjel Indipendenti
San Anton Senior School (Health and Social Care)
Sekondarja Subien, St Edward’s College (Computing and IT)
Skejjel tal-Knisja
Sekondarja Subien Stella Maris, Gżira (Engineering)
Sekondarja Bniet, St Dorothy, Żebbuġ (Hospitality)
Dawn is-suġġetti se jibdew jiġu mgħallma minn Settembru 2011 u l-proġett pilota huwa mfassal fuq sentejn.
Qabel l-għażla tal-għalliema, saru spezzjonijiet mill-uffiċjal tal-Edexcel u minn rappreżentant tad-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fl-iskejjel magħżula tal-Istat u f’seba’ skejjel Indipendenti u tal-Knisja biex jiġi aċċertat li l-skejjel għandhom il-faċilitajiet u r-riżorsi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu iċċertifikati li fihom jista’ jiġi mgħallem is-suġġett vokazzjonali magħżul.
L-għażla tal-għalliema tħalliet f’idejn il-prinċipali u l-kapijiet tal-iskejjel konċernati u saret minn fost l-għalliema ta’ suġġetti relatati mas-suġġetti vokazzjonali. Fejn kien hemm iktar minn żewġ għalliema ta’ dawn is-suġġetti relatati li xtaqu jieħdu sehem fil-programm pilota ta’ tagħlim ta’ suġġett vokazzjonali, saru intervisti għalihom biex jintgħażlu l-għalliema li l-aktar jitqiesu lesti biex jgħallmu dawn is-suġġetti ġodda
It-taħrig hu maqsum fi tliet fażijijet, kif ġej:
L-ewwel fażi:
Mill-14 sat-18 ta’ Frar 2011.
L-għalliema mgħażula se jkollhom kors ta’ ħamest ijiem taħriġ mal-Edexcel ġewwa Londra. Dan it-taħriġ se jkopri: għarfien tal-programm (
subject knowledge
), bżonnijiet tal-programm (
specification requirements
), u s-sistema tal-assessjar tas-suġġetti vokazzjonali tal-BTECH. Waqt it-taħriġ f’Londra l-għalliema se jkollhom l-opportunità li jżuru skejjel li qed jattwaw programmi vokazzjonali tal-BTECH bħal dawk li jkunu għażlu huma, jagħmlu sessjoni/jiet ta’ osservazzjoni mal-għalliema (
subject specialists)
f’dawn l-iskejjel, u ser jingħataw l-opportunità ukoll li anke jitkellmu mal-studenti li qed jitgħallmu suġġetti vokazzjonali.
It-tieni fażi:
Il-kors ta’ taħriġ ikompli f’Malta mill-14 ta’ Marzu 2011.
L-għalliema magħżula ser ikomplu jingħataw sebat ijiem oħra taħriġ minn Tutors tal-
Edexcel
tas-suġġetti magħżula u minn
lecturers
tal-MCAST u l-ITS.
Il-taħriġ ser ikopri:
Subject Upskilling
, il-preparazzjoni tal-
assignments
u t-
tasks
tal-
Units
magħzula għal kull suġġett, it-tħaddim tas-sistema ta’
assessjar u
Quality Assurance
, tagħrif fuq is-sistemi u l-proċeduri li jridu jitħaddmu f‘dawn il-programmi, u
lesson shadowing
fl-MCAST u fl-ITS. L-għalliema jintalbu jiktbu
assignment
s biex juru li fehmu s-sistema tat-tagħlim u l-assessjar ta’ dawn is-suġġetti vokazzjonali.
It-tielet fażi:
Din il-fażi tinvolvi lill-għalliema mit-tmiem tat-tieni fażi sat-tmiem tal-programm pilota – kemm f’dik li hija preparazzjoni tat-tagħlim u l-assessjar kif ukoll it-tħaddim tal-programm. Minn żmien għal żmien, matul is-sentejn tal-programm pilota, ser jiġu
External Verifiers
ta’ kull suġġett mill-
Edexcel
biex jissapportjaw u jimmoniterjaw lill-għalliema u wkoll biex jassessjaw ix-xogħol kollu tal-istudenti kollha li ser jipparteċipaw fit-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti vokazzjonali.
L-għalliema se tingħatalhom l-opportunità biex, waqt it-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti jistudjaw għad-Diploma fil-Vocational Educational Training tal-BTEC. Il-kors tat-taħriġ u l-esperjenza tat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali titqies bħala parti mill-programm ta’ din id-Diploma. Permezz ta’ din id-Diploma l-għalliema jiksbu wkoll iċ-ċertifikazzjoni bħala
Internal Verifiers
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qed titħallas l-Edexcel għad-dħul ta' suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel lokali? X'servizz qed tagħti f'dan il-qasam? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar BTec milħuq ma' din l-aġenzija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-miżata tal-istudent għaċ-ċertifikazzjoni tal-BTEC f’dan il-livell hija ta’ mija u għaxar Liri Sterlini (£110).
It-
training
li jingħata minn professjonisti min-naħa tal-Edexcel jitħallas bir-rata fissa ta’ tmien mija u ħamsin Lira Sterlina (£850) bil-ġurnata. Din ir-rata ma tiddependix min-numru ta’ parteċipanti.
Għar-
review days
li jsiru b’mod regolari kull erba’ xhur u li għalihom jattendu uffiċjali mill-Edexcel, dawn ma jitolbu l-ebda ħlas. Ix-xogħol ta’ preparazzjoni li uffiċjal tal-Edexcel qed jagħmel fuq bażi regolari f’Malta mad- Direttorati tal-Edukazzjoni u mal-Iskejjel involuti fil-proġett pilota ta’ tagħlim ta’ suġġetti vokazzjonali ukoll qed isir bla ħlas.
Il-ftehim dwar BTEC għadu qed jiġi finalizzat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel ġodda mibnija fil-kulleġġi ta' Malta u Għawdex? Tista' tgħid matul il-ħames snin li ġejjin f'liema kulleġġi qed jiġi ppjanat li jinbnew skejjel ġodda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Kulleġġi ta' Malta u Għawdex hemm 6 skejjel ġodda mibnija (Kirkop, Ħandaq, Verdala, Żokrija, Għawdex u Pembroke). Fis-snin li ġejjin hemm diġà ppjanati li jiġu mibnija skejjel ġodda f'San Injazju, San Benedittu, San Tumas More u San Nikola, waqt li jsiru estensjonijiet fi skejjel oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'wassal biex il-Budget 2011 għall-Kunsill tal-Kwalifiki ta' Malta ikun €18,000 inqas mis-sena ta' qabel? Tista' tgħid kemm hemm nies jaħdmu ma' dan il-kunsill u kemm huwa stmat li għandu bżonn nies biex ilaħħqu max-xogħol dejjem jiżdied tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tnaqqis ta’ €18,000 fil-budget tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki huwa dovut għal pjan ta’ ristrutturazzjoni li beda jsir matul is-sena 2010 u se jintemm fil-bidu tas-sena 2011 u li se jwassal biex ir-riżorsi tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jingħaqdu ma’ dawk tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCHE). Bħalissa fil-Kunsill Malti għall-Kwalifiki hemm ħdax il-persuna jaħdmu. It-tkabbir tar-riżorsi umani li għandu bżonn il-kunsill se jsir skond il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li hemm bejn iż-żewġ aġenziji.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-EFL Monitoring Board naqqas il-budget bin-nofs għas-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tnaqqis fil-budget tal-EFL Monitoring Board huwa dovut għall-fatt li l-pagi tat-tliet impjegati li se jkunu jaħdmu mal-bord se joħorġu mill-vot għas-salarji minflok mill-vot tal-EFL Monitoring Board.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa maħsub li se jgawdu persuni mill-iskema ta' €25 fil-ġimgħa għall-ħaddiema bil-paga minima li jieħdu sehem f'taħriġ? Min se jorganizza dan it-taħriġ u fiex se jkun jikkonsisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ għad m'għandiex l-informazzjoni neċessarja biex tindika kemm huwa maħsub li se jgawdu persuni mill-iskema ta' €25 fil-ġimgħa għall-ħaddiema bil-paga minima li jieħdu sehem f'taħriġ.
Dan il-programm se jitmexxa mil-ETC u bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċċessarji sabiex niżguraw li l-iskema mħabbra tkun qed tindirizza il-bżonnijiet tan-nies li qed jirċievu l-paga minima.
It-taħriġ ser ikun marbut max-xogħol li wieħed ikun qed jagħmel kif ukoll biex jagħti ħiliet ġodda lil dawk li jkunu qegħdin jipparteċipaw f’dan it-taħriġ.
Kapijiet ta' skejjel — nuqqas ta' appoġġ amministrattiv u klerikali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jistgħux jittieħdu passi biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li qed isibu ruħhom fiha ħafna kapijiet li minħabba nuqqas ta' appoġġ amministrattiv u klerikali qed jispiċċaw jagħmlu ħafna ħin jagħmlu xogħol klerikali u mhux qed isibu ħin biex ikunu mexxejja edukattivi tal-iskejjel tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u speċjali tal-istat hemm numru ta’ segretarji, skrivani
full-time
u anke
part-time
sabiex jgħinu lill-Kapijiet tal-iskejjel fix-xogħol amministrattivi u klerikali. Dawn jiġu assenjati fuq il-bażi ta’ kemm hemm studenti jattendu f’kull skola partikolari.
Tista' l-Ministru tgħid jistgħux jittieħdu passi biex il-budget għall-manutenzjoni tal-iskejjel jinħadem fuq il-bżonnijiet individwali tagħhom u mhux sempliċiment skont il-kwantità tal-istudenti li jmorru fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li l-allokazzjoniji ta’ fondi lill-iskejjel li jamministraw il-kapitjiet għall-manutenzjoni isiru skont in-numru ta’ studenti, dan jirrefri biss għal nefqiet ta’ natura minuri u medja; jingħataw fondi oħra meta xi skola tiffaċċja xi nefqa mhix rikorrenti. Nefqiet kapitali dwar manutenzjoni maġġuri jsiru skont prijorità ta’ ħtiġijiet tal-iskejjel ikkunsidrati b’mod individwali, u mhux skont in-numru ta’ studenti li jmorru fihom.