Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pitkalija — tiswija fuq il-magna tal-ħasil tal-kaxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha ma taħdem il-magna tal-ħasil li hemm il-pitkalija biex tnaddaf il-kaxex li fihom il-bdiewa jġibu l-prodotti tagħhom? Għaliex qed iddum daqshekk ma tissewwa? Meta hemm il-ħsieb li tissewwa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ħasil tal-kaxxi jsir minn kumpannija privata.

Pitkalija — tiswija fuq it-tined

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jissewwew it-tined tal-pitkalija għax meta tagħmel ix-xita tidħol minn uħud minnhom u jinġabar ħafna ilma ġol-postijiet fejn ikun qed isir il-bejgħ u x-xiri tal-ħaxix u l-frott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif diġa għidt fil-Parlament diġà nħarġet sejħa għall-offerti biex isir xogħol fuq it-tined. Dan ix-xogħol mistenni jibda kmieni s-sena d-dieħla u mistenni li jitlesta fit-tielet kwart tal-istess sena.

sistema l-ġdida ta' arloġġi ma' spieri legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se taħdem is-sistema l-ġdida ta' arloġġi ma' spieri legali? Kemm se jħallsu l-bdiewa ta' kull spiera? Kemm se jħallsu tal-konsum? Kif se jiġi stabbilit il-prezz fejn l-ispieri jintużaw minn bdiewa differenti b'rati differenti ta' konsum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa għadu għaddej l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet li ntefgħu mill-bdiewa u r-raħħala. Il-bdiewa kif diġà għidt mhux se jħallsu għall-installazzjoni tal-meters mal-boreholes u spieri. Mhux possibli li tingħata aktar informazzjoni qabel dawn l-applikazzjonijiet ikunu pproċessati kollha.

Delimara powerstation — ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21102 u jgħid kemm ġiet tiswa l-Power Station eżistenti f'Delimara u kemm tħallsu s'issa minn kemm ġiet tiswa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21102.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — post ta' uffiċjal eżekuttiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta sar vakanti l-post ta' uffiċjal eżekuttiv ewlieni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor Interpellant li peress li l-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla ilha taħdem mill-qrib mal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki mill-bidu ta’ din is-sena u qed issir ħidma biex dawn l-entitajiet jingħaqdu, m'hemmx ħtieġa li tinħareġ sejħa għall-kap eżekuttiv għall-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla wara li din kienet vakata fl-aħħar ta’ Diċembru 2009.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — post ta' uffiċjal eżekuttiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk mindu sar vakanti ħarġitx sejħa pubblika biex jimtela' l-post ta' uffiċjal eżekuttiv ewlieni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21675

Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — post ta' uffiċjal eżekuttiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ sejħa pubblika biex jimtela' l-post ta' uffiċjal eżekuttiv ewlieni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21675

Direttorati tal-Edukazzjoni — ħatriet ta' Diretturi Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jagħlqu l-kuntratti għall-ħatriet ta' Diretturi Ġenerali fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Tista' tgħid kif se jiġu mimlija dawn iż-żewġ ħatriet wara li jagħlqu dawn il-kuntratti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti imsemmija għalqu fit-18 ta’ Novembru 2010 u bħalissa għaddej il-proċess neċessarju biex dawn il-kuntratti jiġu mġedda fil-parametri tal-provedimenti stabbiliti fl’Att dwar l-Edukazzjoni (Kap.327).

għajnuna għal tifel fl-edukazzjoni tiegħu

Question

Tista' l-Minsitru tgħid x'għajnuna se jingħata t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li ilu erba' snin jistenna l-għajnuna kbira li għandu bżonn fl-edukazzjoni tiegħu tant li wasal fir-raba' sena u għadu lanqas jaf jaqra u jikteb u ċertament għandu bżonn ta' attenzjoni u għajnuna individwali li mhix qed tingħatalu għax l-LSA fil-klassi qed tieħu ħsieb tfal oħra u ma tistax tagħtih l-attenzjoni individwali meħtieġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux minnu li dan il-każ ilu għaddej erbgħa snin. L-applikazzjoni daħlet fl-2008 u ħadet anqas minn sentejn biex ġiet ipproċessata u mhux erba’ snin, kif jgħid hu fil-mistoqsija tiegħu. L-Istatementing Panel ra lil dan it-tifel f’Marzu 2010 u tah l-għajnuna ta’ “Shared Support in the Same Class with an Individual Education Programme”. Dan iffiser li l- learning support assistant qegħda l-ħin kollu fil-klassi u qegħda taħdem skont il- job description. L-istatement ħareġ f’Marzu 2010 u l-ġenituri kellhom iċ-ċans jappellaw jekk ma qablux ma’ dak li rrakkmanda l-iStatementing Panel. Ta' min jgħid ukoll illi huwa l-Statmenting Moderating Panel li jiddeċiedi x’tip ta’ support għandu bżonn dan it-tifel.

Sixth Form t'Għawdex, Junior College u Higher Secondary — Suġġetti tal-Matsec

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'suġġetti qed jiġu mgħallma fil-livell 'intermediate' u 'advanced' Matsec fis-Sixth Form ta' Għawdex, fil-Junior College u fil-Higher Secondary tan-Naxxar? Kemm sigħat għandhom kull ġimgħa f'kull suġġett l-istudenti li jattendu f'dawn l-istituzzjonijiet edukattivi, suġġett b'suġġett u fil-livell 'intermediate' u fil-livell avvanzat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Delimara — powerstation - ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-Power Station eżistenti f'Delimara u s'issa kemm tħallsu minn kemm ġiet tiswa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-investiment totali fil-Power Station eżistenti ġewwa Delimara ġie jiswa €229,884,773. Mir-rekords tal-Korporazzjoni Enemalta jidher li dan l-investiment tħallas is-suppliers kollha relatati ma dan il-proġett ġew imħallsa. Madankollu billi t-tariffi passati ma kellhomx element ta’ irkupru għal l-investiment (ROCE Return On Capital Employed), dawn il-ħlasijiet żdiedu mad-dejn komplessiv ta’ l-Enemalta.

Enemalta — dejn

Question

B'referenza għall-€557 miljun dejn tal-Korporazzjoni Enemalta msemmi fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21109, jista' l-Ministru jgħid f'liema snin sar, sena b'sena? Kif ġie akkumulat id-dejn sena b'sena? Jista' jagħti t-tweġiba bank b'bank? Jista' jgħid x'inhi r-rata ta' imgħaxx ma' kull bank individwali li biha qed jitħallas id-dejn? X'inhuma l-imgħaxxijiet akkumulattivi ta' dan id-dejn bank b'bank?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21284, 20631, 19706, 18818, 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Delimara powerstation — ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21362 u 21102 u jgħid kemm ġiet tiswa l-Power Station eżistenti f'Delimara u kemm tħallsu s'issa minn kemm ġiet tiswa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21102.

uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21363, 21064 u 20094 u jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu mill-credit card huma Chief Executive Officer, Chief Technical Officer, Chief Human Resources Officer, Chief Financial Officer, Chief Commercial Officer, Chief Corporate Services, Chief Information Officer u Chief Project Officer. Dettalji ta’ kull credit card qed jiġu annessi ma’ din ir-risposta.

Proġett ta' Smart Meters — nfiq fuq konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21365 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21110, jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li beda l-proġett ta' smart meters x'inhu l-ammont ta' flus li s'issa ntnefqu jew se jintnefqu fuq xogħol ta' konsulenza? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol ta' konsulenza f'dak li għandu x'jaqsam xogħol ta' kumpaniji bħall-KPMG u PWC?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

każ ta' ilment ta' ġeneturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu biex jiġu indirizzati l-ilmenti u t-tħassib imqajma fl-ittra mill-genituri li uliedhom jattendu skola li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorati Edukattivi qed isegwu dan il-każ mill-qrib u uffiċjali edukattivi diġà bdew ix-xogħol tagħhom fil-klassi.

każ ta' bullying f'iskola

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġu investigati rapporti li kelli mingħand familja li t-tfal tagħhom, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament u li jattendu l-Iskola Sekondarja Ġuże d'Amato f'Raħal Ġdid qed jiġu msawta u bullied serjament minn tfal oħra fl-istess skola u li dan il-bullying u swat seħħ anki fil-bini tal-istess skola? Jistgħu jittieħdu l-passi xierqa biex jieqaf dan il-bullying u swat li qed iħalli ħafna ħsara anki psikologika fuq dawn iż-żewġ addoloxxenti u l-attitudni tagħhom lejn l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskola taf bil-każ riferut għalih f'din il-mistoqsija parlamentari. L-istudenti involuti f'dan l-argument li kienu responsabbli għall-aġir mhux xieraq ġew esklużi mill-iskola immedjatament. Fil-ġranet li ġejjin se tissejjaħ case conference bil-professjonisti tas-servizzi tal-APPOĠĠ sabiex isir pjan għall-proviżjonijiet neċessarji kemm għall-vittmi, kif ukoll għall-aggressuri. L-istudenti qed jirċievu wkoll servizzi mill-Anti-Bullying Unit. L-iskola għamlet ukoll kampanja biex tqajjem kuxjenza dwar il-bullying u l-guidance teachers u l-counsellor qed jaħdmu kuljum fuq każijiet ta' bullying.

Dipartiment tal-Eżamijiet — tibdil fl-istruttura

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb għal xi bdil fl-istruttura fid-Dipartiment tal-Eżamijiet? Jekk iva, x'tip ta' bidliet qed jiġu kkunsidrati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa qiegħed isir review tal-MATSEC li jinkludi fih ir-rwol tad-Dipartiment tal-Eżamijiet. Sakemm isir dan ir-review mhux mistenni tibdil fl-istruttura ta’ dan id-Dipartiment.

skola sekondarja tal-bniet tar-Rabat f'Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir mill-iskola sekondarja tal-bniet tar-Rabat f'Malta? X'se jsir mill-kulleġġ li għalih tappartjeni biex ikollu skola sekondarja tal-bniet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li s-sena skolastika li ġejja l-iskola tar-Rabat sekondarja bniet se tibqa' tiffunzjona bħala skola, pero’ mhux se tilqa' fiha studenti tal-ewwel sena sekondarja. Jiġifieri din l-iskola tibda l-phasing out tagħha. Il-bniet tal-Kulleġġ San Nikola eventwalment se jkollhom skola ġdida. Sakemm tinbena din l-iskola, l-istudenti l-ġodda tas-sena d-dieħla, jiġifieri dawk deħlin fil-Form 1, se jmorru l-iskola tal-Mrieħel, li illum isservi bħala Junior Lyceum. Il-Kulleġġ San Nikola se jibqa' jkollu fih l-iskejjel li għandu din is-sena skolastika.