Tista' l-Ministru tgħid xi programmi edukattivi u korsijiet għall-adulti bdew bi sħab mal-kunsilli lokali ta' Ta' Sliema, San Ġwann u San Ġiljan? Tista' tgħid f'liema suġġetti, oqsma huma dawn il-korsijiet? Tista' tgħid kemm hemm edukaturi u parteċipanti involuti f'dawn il-korsijiet? Jekk għadhom ma bdewx, għaliex għadhom ma bdewx u meta hemm il-ħsieb li jibdew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskema mnedija bi sħab bejn id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja kellu r-responsabilitá li jipprovdi edukaturi għall-adulti u għat-taħriġ u appogg ta’ dawn l-edukaturi. Parti mill-ftehim kien ukoll li biex klassi tinfetaħ, irid ikun hemm madwar għaxar applikanti għall-kors.
Fil-każ tal-Kunsill Lokali ta’ tas-Sliema, id-Direttorat għat-tagħlim Tul il-Ħajja qed jipprovdi edukatur għat-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija. Qed jattendu 15-il persuna għal dan il-kors.
Kien hemm numru ta’ persuni oħra li applikaw għal diversi suġġetti. Billi f’ebda każ ma kien hemm 10 applikanti, dawn ġew ikkuntattjati u ġew offruti l-possibilitá li jattendu l-istess kors f’lokalitá oħra jew f’xi ċentru tal-
Evening Classes.
Numru minnhom aċċettaw u bdew jattendu.
Fil-każ tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja qed jipprovdi edukatur għat-tagħlim tul il-ħajja għat-tagħlim tal-Ispanjol. Qed jattendu 10 adulti għal dan il-kors.
Anke hawn kien hemm numru ta’ persuni oħra li applikaw għal diversi suġġetti. Billi f’xi każijiet, n-numru ta’ 10 ma ntlaħaqx għall-istess kors, dawn ġew ikkuntattjati u ġew offruti l-possibilitá li jattendu l-istess kors f’lokalitá oħra jew fiċ-ċentri tal-
Evening Classes
. Malli l-Kunsill Lokali jagħmel l-arranġamenti meħtieġa fejn jista’ jsir it-tagħlim ta’ suġġetti fejn hemm għaxra jew aktar applikanti, d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja jagħmel ħiltu biex jipprovdi l-edukaturi għall-adulti.
Fil-każ tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, sa issa d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja mhu qed jipprovdi ebda edukatur għall-adulti taħt din l-iskema. Anke hawn, malli l-Kunsill Lokali jagħmel l-arranġamenti meħtieġa fejn jista’ jsir it-tagħlim ta’ suġġetti fejn hemm għaxra jew aktar applikanti, d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja jagħmel ħiltu biex jipprovdi l-edukaturi għall-adulti.
Tajjeb li jiġi enfasiżżat, li taħt din l-iskema mnedija bi sħab bejn id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, qed jipparteċipaw b’mod sħiħ 29 Kunsill Lokali, fejn qed jiġu ppovduti 104 korsijiet f’14-il suġġett differenti. B’kollox qed jattendu b’mod regolari 1,111-il persuna. Is-sena l-oħra, f’korsijiet organiżżati bi sħab mal-kunsilli lokali, kien qed jattendu 419 persuna – jiġifieri bl-isforz li sar din is-sena, l-ammont diġa kważi ttripla.
Barra minn hekk, ninsab infurmata li sa issa għadhom ma bdewx il-korsijiet tal-kompjuter. Dan minħabba li d-Direttorat għall-Gvern Lokali ser iniedi skema speċjali u speċifika għal dan it-tagħlim.
Tista' l-Ministru tgħid kif se jintgħażlu t-tfal fi klassijiet differenti fl-iskejjel sekondarji wara t-tneħħija tal-eżami tal-Junior Lyceum? B'liema kriterji se jiġu mqassma fi klassijiet differenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 21554.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm biex l-għalliema tal-iskejjel sekondarji jiġu preparati sew għar-realtà ġdida ta' kif se jkunu l-iskejjel sekondarji wara t-tneħħija tal-eżami tal-Junior Lyceum? Tista' tagħti dettalji ta' kemm taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu se jsir mal-għalliema? F'liema oqsma? F'liema ħinijiet? U min se jmexxi dan it-taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-taħriġ li se jsir ser jitratta numru ta’ aspetti.
1. L-għalliema, speċjalment tal-Junior Lyceum, se jkollhom
awareness raising
tat-tip ta’ studenti li se jkollhom. Dan se jsir b’inizjattiva tal-Prinċipali tal-Kulleġġi u tal-Kapijiet ta’ l-iskejjel Sekondarji.
2. Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning se jkompli bil-programm ta’ taħriġ fit-tagħlim differenzjat kif ilu jagħmel għal dawn l-aħħar snin.
3. Il-korsijiet ta’ taħriġ (
Inset
) li se jagħmlu l-Uffiċjali Edukattivi din is-sena se jiffukaw fuq is-sillabi tal-Form I. Se jkun hemm ukoll taħriġ mill-Prinċipali.
4.
Professional Development Sessions
dwar tagħlim differenzjat qegħdin isiru skont it-talbiet li jagħmlu l-iskejjel.
5. Huwa ppjanat li jsiru Professional Development Sessions fit-tieni u t-tielet
terms
dwar l-użu ta’
Interactive Boards
u tagħmir elettroniku/informatiku ieħor li wkoll jgħinu biex it-tagħlim ikun aktar attraenti u differenzjat.
6. Huwa maħsub li s-
Subject Meetings
fl-iskejjel jiġu utilizzati biex il-
Heads of Department
u l-Uffiċjali Edukattivi jlaqqgħu l-għalliema u jagħtu taħriġ fuq tagħlim differenzjat.
Karti tal-eżami ġodda għal tmiem l-edukazzjoni primarja
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif se jkunu mfassla l-karti tal-eżami l-ġdid nazzjonali fi tmiem l-edukazzjoni primarja minflok dak tal-Junior Lyceum? Tista' tgħid f'liema suġġetti se jsir? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li anki s-suġġetti tar-Reliġjon u tal-Istudji Soċjali jsiru l-eżamijiet għalihom? Fiex se jkunu differenti dawn iż-żewġ suġġetti meta mqabbla mas-suġġetti tal-Ingliz, Malti u Matematika għal skop ta' eżami?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi tmiem l-edukazzjoni Primarja se jkun hemm eżamijiet nazzjonali (Benchmark End of Primary Examinations) li se jikkonsistu minn eżamijiet fi tliet suġġetti: Malti, Ingliż u Matematika. Fil-Malti u l-Ingliż l-eżami se jkun maqsum f’erba’ komponenti: Taħdit, Smiegħ, Taħriġ il-Fehem u Kitba Kreattiva (Oral, Listening, Reading with Understanding, Creative Writing). Fil-Matematika l-eżami se jinqasam f’żewġ komponenti: Mental Mathematics u Written Mathematics.
Din is-sena ser ikun hemm eżamijiet tal-aħħar tas-sena tar-Reliġjon u l-iStudji Soċjali għall-istudenti ta’ l-iskejjel ta’ l-iStat. Dawn isiru fil-perjodu tal-eżamijiet tal-aħħar tas-sena (nofs Ġunju) u mhux meta jsiru l-eżamijiet tal-
benchmark
(bidu ta’ Ġunju).
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanjiet hemm biex l-iskejjel sekondarji statali li se jinżammu jiġu riabilitati tassew bħala bini u jingħataw l-attrezzatura li se jkollhom l-iskejjel il-ġodda li se jinbnew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, flimkien mal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada, għandu pjan ta’ refurbishment għal dawk l-iskejjel sekondarji statali li se jibqgħu joperaw bħala skejjel sekondarji tal-kulleġġ.
Id-Direttorat irid jassigura li kull skola għandha l-faċilitajiet sabiex toffri firxa wiesgħa ta’ Programmi Edukattivi lill-istudenti.
F’dawn il-pjani hemm inkluż estenzjoni tal-bini preżenti, ħolqien ta’ spazji ġodda għal laboratorji u
refurbishment
ġenerali.
Naturalment l-Onor. Interpellant jifhem li dan ix-xogħol kollu jsir fuq medda ta’ snin.
Precincts Officers tal-Kulleggi — riżorsi mogħtija biex jaħdmu
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'riżorsi qed jingħataw il-Precincts Officers tal-Kulleggi biex jaħdmu? Meta se jingħataw in-nies tas-snajja li ġew imwiegħda? Meta se jingħataw l-għodda li ġew imwiegħda? Meta se jingħataw it-trasport li ġew imwiegħda biex ikun jista' jsir ix-xogħol fl-iskejjel għall-ġarr ta' għodda, materjal u nies?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Precincts Officers mill-ewwel ingħataw l-inkarigu li jorganizzaw ir-riżorsi tekniċi li hemm fl-iskejjel. Riżorsi materjali oħra komplew jingħataw f’kull każ skont il-ħtieġa. F’numru ta’ każi żdiedu nies tas-snajja mill-IPSL fil-Kulleġġi; dawn ħadu post oħrajn li spiċċaw bl-età, jew li se jispiċċaw. In-nies tas-snajja, uħud stazzjonati fl-iskejjel, u oħrajn stazzjonati fiċ-Ċentru, kollha jaħdmu fl-iskejjel taħt ir-responsabbilità tal-Precincts officers. Bis-saħħa t’hekk sar ħafna titjib matul l-aħħar sena. Il-proċess ta’ deċentralizzazjoni jkun jista’ jsir meta jkun żgurat li jkun se jkompli jiġi reġistrat progress fuq ix-xogħlijiet li saru s’issa. Ix-xiri tal-għodda għaddej mill-proċess normali ta’ tendering li għandu jkun komplut fil-futur qrib. Bħalissa t-trasport għadu jiġi organizzat min-naħa tad-Dipartiment għall-Immaniġjar ta’ Riżorsi fl-Iskejjel. Dan ukoll se jkun deċentraliżżat meta jkun opportun, u jkun ukoll parti mir-responsabbiltajiet tal-Precincts Officers.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li l-istudenti se jkunu jistgħu jibdew isegwu korsijiet f'suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji? L-istudenti kollha se jkunu jistgħu jsegwu dawn is-suġġetti? Kemm se jkun jiswa kull suġġett kull sena lil kull student biex jirreġistra għall-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġett pilota ser jibda mis-sena skolastika 2011-2012. Dan se jdum sentejn. Fl-iskejjel magħżula se jkun hemm suġġett wieħed biss u se jkun hemm grupp ta’ sittax-il student/a.
Is-suġġetti vokazzjonali se jiġu offruti bħala
Option
lill-istudenti tal-Form 3. Mis-sena 2013 se jkunu jistgħu jagħżlu wieħed mill-erba’ suġġetti vokazzjonali, flimkien ma’ suġġett ieħor li diġà jeżisti u li jwassal għas-SEC.
Biex isir l-assessjar kull suġġett se jiswa 110 liri sterlini fuq medda ta’ tliet snin.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri dwar dawk l-ispieri li kienu jintużaw minn missier il-bdiewa li qed jużawhom illum u li dawn ilhom jużawhom is-snin u issa f'daqqa waħda qed jgħidulhom li jridu jirreġistraw bħala bdiewa ġodda li qed jużaw dawn l-ispieri meta fil-fatt ilhom is-snin jużawhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat f’każijiet fejn l-ispejjer kienu rreġistrati fuq utent wieħed filwaqt li kienu qed jintużaw min-numru ta’ bdiewa, hemm il-ħtieġa li kull utent irid ikun irreġistrat fuq l-ispiera sabiex ikollna informazzjoni ċara u b’hekk eventwalment tkun tista tinħadem l-allokazzjoni tal-ilma għal-agrikoltura.
Jista' l-Minsitru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex jitnaddaf il-kanal li hemm qalb l-għelieqi fil-Pwales għax peress li ilu ma jitnaddaf l-ilma qed jibqa' fl-għelieqi u kien hemm min tilef il-prodotti kollha li kellu għax wara x-xita qawwija li għamlet żamm l-ilma fir-raba' minflok baqa' għaddej?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat s-sit li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor Interpellant ġa tnaddaf u huwa proġettat li jerġa' jsir fil-jiem li ġejjien għalkemm mhux fir-responsabiltà tal-Gvern Ċentrali.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskejjel sekondarji statali li hemm ippjanat li jingħalqu fil-ħames snin li ġejjin? Fejn hu maħsub li jintbagħtu t-tfal li qabel kienu jmorru fihom u kif se jiġu riorganizzati l-lokalitajiet tal-kulleġġi biex jinkludu dan it-tibdil?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S’issa ġiet deċiża li se tagħlaq l-iskola tal-Marsa Sekondarja subien fit-2012. L-istudenti li jkun hemm f’dik l-iskola se jkunu trasferiti fl-iskola tas-Subien Żebbuġ li sa dak iż-żmien tkun vojta. Dwar l-iskejjel sekondarji l-oħra, jiġifieri;
Sekondarja Bniet, Tarxien
Sekondarja Bniet, Bormla
Sekondarja Bniet, Ħamrun
Sekondarja Bniet, St. Andrews
Sekondarja Bniet, Rabat
Sekondarja Subien, Gżira
Sekondarja Subien, Mtarfa
Sekondarja Subien, Żebbuġ
Sekondarja Subien, Fortini
Sekondarja Subien, Naxxar;
Dawn se jkunu
phased out
minn Settembru 2011 meta ma jilqgħux fihom studenti tal-Form 1. L-iskejjel jibqgħu joperaw normali.
Waqt li m’ għandi l-ebda diffikulta’ nwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari li jogħġbu jagħmel l-Onorevoli Interpellant infakkru fl-istedina pubblika li għamiltlu biex jagħmel laqgħa personali mad-Diretturi Ġenerali biex ikollu kull informazzjoni li jeħtieġ, mhux biss dwar dan is-suġġett, imma anke dwar suġġetti oħra.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif se jiġu organizzati l-Kulleġġi fil-livell sekondarju, jiġifieri liema skejjel se jintużaw interim u liema se jkunu l-iskejjel finali.
iskejjel sekondarji tal-kulleġġi — daqs tal-istruttura
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'daqs huma l-iskejjel sekondarji tal-kulleġġi eżistenti u kif hu maħsub li jiġu fil-pjanijiet li hemm għas-snin li ġejjin? Taħseb li d-daqs kbir tal-iskejjel se jirriżulta fi skejjel anonimi kbar fejn l-istudenti u l-għalliema jsiru numri minflok persuni f'komunità edukattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Minsitru tgħid liema huma l-iskejjel primarji u sekondarji li hemm ippjanati li jinbnew fis-snin li ġejjin? F'liema lokalità se jkunu u liema territorju se jservu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'sillabi se jkollhom it-tfal li se jibdew l-edukazzjoni sekondarja wara t-tneħħija tal-eżami tal-Juniuor Lyceum? Fejn wasal ix-xogħol fuq it-tfassil ta' dawn is-sillabi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa ppjanat li s-sillabi fis-settur sekondarju jiġu riveduti b’mod sostanzjali wara li joħroġ il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali u jiġi maqbul sa fejn għandu jiġi mgħallem fir-review tal-eżamijiet tas-SEC.
Fis-sena 2011-2012 is-sillabi tal-Form I tal-Malti, Ingliż u Matematika ser ikunu mifruxa fuq tlett livelli peress li ser ikollhom is-
setting
, waqt li fis-suġġetti l-oħra ser ikun hemm sillabu wieħed li jilħaq l-istudenti kollha. Dawn is-sillabi ser ikunu maqsuma f’
Learning Outcomes
li jirriflettu d-differenzazzjoni.
L-ippjanar u x-xogħol fuq it-tfassil ta’ dawn is-sillabi qiegħed isir matul din is-sena skolastika.
uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21658.
uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20094 u jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21658.
uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21064 u 20094 u jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21658.
MCAST u Higher Secondary tan-Naxxar — nuqqas ta' għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema għalliema/lecturers hemm neqsin, ta' liema suġġetti u f'liema livelli, korsijiet u programmi provduti mill-MCAST u l-Higher Secondary tan-Naxxar? Meta hemm il-ħsieb li l-istudenti jkollhom min jgħallimhom f'dawn is-suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kategorija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qiegħed ipoġġi lill-Industrija tal-Gaming rreġistrata Malta? Kemm hu d-dħul tagħha u xi qligħ qegħda tagħmel? X'effett qed ikollu dan id-dħul u qliegħ fuq it-tkabbir tal-prodott gross domestiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Industrija tal-Gaming hija klassifikata b’dan il-mod:
NACE Rev. 1.1 – Settur 92 - “Recreational, Cultural and Sporting Activities” – Sotto-settur 92.71 - “Gambling and Betting Activities”.
Rigward statistika dwar din l-industrija, nixtiequ nagħmlu referenza għat-tweġiba li tajna għall-mistoqsija parlamentari 16298 fis-7 ta’ Mejju ta’ din is-sena. L-NSO ma jistax joħroġ din l-istatistika għaliex hija meqjusa bħala kunfidenzjali. Għaldaqstant, l-Uffiċċju ma jkunx konformi mal-Att tal-Istatistika tal-Awtorità ta’ Malta jekk jagħti din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħaddem nies magħha b'mod dirett u indirettament l-Industrija tal-Gaming u kemm minn dawn jaħdmu full-time u/jew part-time?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21742.