tfal li mhux qed imorru l-iskola minħabba nuqqas ta' LSAs
Question
Tista' l-Ministru tgħid illum fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex kemm hemm tfal li l-ġenituri qed ikollhom iżommuhom id-dar għax m'għandhomx learning support assistant għal xi raġuni jew oħra? Kemm jiem ilhom ma jġibu t-tfal l-iskola u meta hemm il-ħsieb li jkollhom LSAs biex ikunu jistgħu jattendu l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-intervisti tas-supply learning support assistants saru. Ir-riżultat intbagħat il-Public Service Commission (PSC) it-Tnejn 31 ta’ Jannar 2011. Kif jgħaddi r-riżultat mill-Public Service Commission, jibdew jiġu ngaġġati s-supply learning support assistants skont il-ħtieġa.
L-informazzjoni mitluba dwar tfal li mhux qed imorru l-iskola minħabba nuqqas ta’ LSAS qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-rakkmandazzjonijiet li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur dwar ir-Rehabilitation Work Scheme fl-Isptar Mount Carmel fir-rapport tiegħu dwar Public Accounts 2009? Kemm kien hemm persuni fl-iskema li ngħataw flus iżjed milli suppost? X'inhu l-ammont ta' flus li għad irid jinġabar lura? X'passi ttieħdu s'issa biex l-iskema jkollha bażi legali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tal-Inland Revenue — tax refund lil tax payers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm taxpayersbħalissa li qed jistennew jingħataw tax refund mid-Dipartiment tal-Inland Revenue? X'inhu l-ammont totali dovut lit-taxpayers? Kemm ilhom jistennew dawn it-tax refunds? Kemm qed iħallas interessi l-gvern fuq dawn it-tax refunds? Meta se jitħallsu dawn it-tax refunds dovuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ taxpayers (individwi u kumpanniji) li qed jistennew tax refund mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni huwa 11,850. L-ammont totali dovut huwa €33.3 miljun. Hemm 5 persuni li r-refund tagħhom kien dovut f’Diċembru 2008; 25 persuna li r-refund tagħhom kien dovut f’Diċembru 2009; 11,820 persuna li r-refund tagħhom kien dovut f’Diċembru 2010. It-total tal-interessi dovuti mill-gvern huwa €700 elf. Dawn ir-refunds bdew jitħallsu f’Jannar u se jkomplu jitħallsu fix-xhur li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid fiex kien jikkonsisti s-sehem ta' Malta fl-istudju PISA 2009+ u meta se joħroġ ir-riżultat ta' dan l-istudju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li f’Ottubru 2009 sar il-field trial ma’ kampjun ta’ studenti li twieldu fl-1993. L-istudju prinċipali sar f’Marzu 2010 mat-tfal kollha li twieldu fl-1994. Dawn huma tfal li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom kienu fl-aħħar sena tal-iskola sekondarja. Ir-riżultati internazzjonali se jkunu ippubblikati f’ Diċembru 2011.
dħul tal-eżami nazzjonali ġdid — diskussjonijiet bejn ġenituri u għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'qed ikunu r-reazzjonijiet favur u kontra mill-għalliema u l-ġenituri fil-laqgħat li qed isiru għalihom bħalissa biex jiġi diskuss magħhom id-dħul tal-eżami nazzjonali ġdid flok dak tal-Junior Lyceum għat-transizzjoni bejn il-primarja u s-sekondarja? Tista' tgħid kif qed jiġu indirizzati l-punti ta' tħassib espressi mill-għalliema u l-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bidla mportanti bħal din toħloq mistoqsijiet minn dawk li jkunu se jiġu involuti fiha. Minn naħa tagħna bħala Ministeru u Direttorati, mill-mument li nħass li dan seta’ jsir, ġiet imsejħa sensiela ta’ laqgħat fejn uffiċjali tad-Direttorati ltaqgħu l-ewwel għal sagħtejn mal-għalliema u mbagħad għal sagħtejn mal-ġenituri.
Matul dawn il-laqgħat ġie spjegat fid-dettal kull ma hemm ippjanat, fuq proposti u bi qbil tal-iSteering Committee li kien kompost minn persuni kemm mill-iskejjel tal-Istat, mill-iskejjel tal-Knisja u mis-settur Privat. Ġie mqassam il-materjal kollu, jiġifieri dokumenti konnessi ma’ l-eżami,
specimen papers
u
recordings
, avolja kienu diġa jistgħu jiġu aċċessati fuq l-Internet, kemm lill-għalliema kif ukoll lill-ġenituri. L-għalliema ġew mogħtija
feedback sheets
dettaljati dwar kull karta u ġew mitluba jagħtu l-kummenti tagħhom biex jiġi żgurat kemm jista’ jkun li l-karti jkunu inklussivi u jkunu addattati għal kulħadd.
Sal-Ġimgħa 28 ta’ Jannar saru b’kollox għaxar laqgħat, u fadal laqgħat mal-pubbliku, laqgħat mas-settur tal-Knisja u tal-Privat. Din l-ewwel sensiela ta’ laqgħat indirizzat biss l-introduzzjoni tal-
Benchmark
. Hu maħsub li ssir sensiela sħiħa oħra ta’ laqgħat fejn jiġu spjegati l-mekkaniżmi li se jitħaddmu għal Form One fis-Sekondarji tal-Istat f’Settembru li ġej.
Nista’ ngħid mill-ewwel li kemm l-għalliema kif ukoll il-pubbliku apprezzaw l-isforz għal trasparenza, kif ukoll id-dettal li ġie mogħti. Il-ġenituri u l-għalliema fehmu wkoll li dawn il-laqgħat mhumiex biss għall-parenza, speċjalment meta, kif avvanzaw il-laqgħat, bdew jiġu nfurmati b’
feedback
li kien ingħata fil-laqgħat ta’ qabel, u b’xi deċiżjonijiet ta’ aġġustament li kienu diġa qed jittieħdu fuq punti validi li kienu qegħdin jitqajmu, fosthom:
· l-introduzzjoni tal-
Mental Paper
fil-Matematika. Ġie spjegat lill-ġenituri li dan it-tagħlim ilu preskritt fis-sillabu, huwa provdut mill-kotba li qegħdin jintużaw, u diġa qiegħed isir fil-klassijiet; ġew spjegati wkoll il-kundizzjonijiet li fihom se jsir l-eżami, jiġifieri kif se tinqara din il-karta u il-pawsi li jingħataw sabiex l-istudent iwieġeb.
· l-għalliema ntalbu jagħtu parir jekk it-testi tal-karta tas-Smigħ (il-
Listening Comprehension
) għandhomx jinqraw darbtejn jew tlett darbiet;
· kmieni fil-laqgħat tqajjem il-punt li fil-karta proposta għall-Kitba (ix-xogħol ta’ komponiment), il-kandidati ma ngħatawx għażla bejn is-suġġetti. Gie spjegat lil kulħadd li din hija l-prassi f’eżamijiet bħal dan, iżda sabiex ma jkunx hemm skossi kbar u tensjoni żejda għal din is-sena se jkun hemm għażla bejn żewġ suġġetti għaż-żewġ kitbiet li l-kandidati se jiġu mitluba jagħmlu.
· ġew spjegati fid-dettal id-deċiżjonijiet dwar eżenzjonijiet u arranġamenti speċjali skond kif inhi l-prassi f’dan it-tip ta’ eżami. Kontra dak li kien maħsub, kien hemm ġenituri li għalkemm fehmu li wliedhom setgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom, xtaqu li ma tinqatax linja dritta u t-tfal jagħmlu xorta l-eżami. Dan, per eżempju, fil-każ ta’ persuni nieqsa mis-smiegh li normalment wieħed kien jifhem li jiġu eżentati mill-karta tas-Smigħ (il-
Listening Comprehension
). Il-ġenituri pproponew li ladarba t-tfal qed jiġu mgħallma jaqraw ix-xufftejn u dan huwa l-mod kif huma jikkomunikaw, isiru arranġamenti biex it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw ukoll, skond il-mezzi tagħhom. Il-politika ġenerali hija li l-iskola tagħmel rakkomandazzjoni dwar it-tfal individwalment, u din imbagħad tmur għand il-professjonisti tad-Direttorati li jevalwaw u jieħdu deċiżjoni każ każ.
Il-
feedback
li qed jinġabar waqt il-laqgħat ser jintuża biex jiġu rfinuti l-karti tal-eżami ta’ Ġunju.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ttieħdet id-deċiżjoni li jintemm il-Music Option Project li kien qed jiġi żviluppat fil-Kulleġġ ta' Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Mużika bħala
option
se tibqa’ tkun offruta fil-Kulleġġ ta’ Għawdex. Anzi, din l-
option
għandha tidħol b’mod gradwali fil-kulleġġi l-oħra fis-snin li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, qabel ġie maħtur Chief Executive Officer tal-Public Broadcasting Services iddikjarax il-kunflitti ta' interess li jista' jkollu bejn il-ħatra pubblika tiegħu u l-interessi kummerċjali privati li għandu fl-industrija tad-divertiment? X'qed jiġri meta jinqalgħu dawn il-kunflitti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ic-Chief Executive Officer tal-PBS iddikjara l-interessi tiegħu qabel ma ġie impjegat mal-kumpanija. S’issa għadu ma’ nqala’ l-ebda każ ta’ konflitt ta’ interess f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ dan is-settur u fil-każ li jinqala, is-CEO jirreferi liċ-Chairman tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati mit-task force maħtura biex tevalwa s-servizzi tas-CDAU? Xi pjan ta' azzjoni tfassal biex jitjiebu s-servizzi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fuq rakkommandazzjoni tat-task force ser toħroġ tender biex jiġu outsourced ċerti servizzi tas-Child Development Assessment Unit. Infurmat li t-tender għas-servizzi tal-occupational therapy mistennija toħroġ dalwaqt.
Skejjel primarja ta' Ħal Lija u Birżebbuġa — għalliema regolari
Question
Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex il-klassi 6.2 primarja ta' Ħal Lija u l-klassi 2 tal-primarja Birżebbuġa jkollhom għalliema regolari magħhom biex ma titħarbatx l-edukazzjoni tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dawn iż-żewġ klassijiet kellhom għalliema mill-bidu tas-sena skolastika. Biss billi dawn l-għalliema kienu
Supply
u ġew appuntati
kindergarten assistants (KGAs)
ftit taż-żmien ilu
,
kellhom iħallu il-klassijiet tagħhom biex jibdew l-impjieg bħala
KGAs
mat-tfal li se jibdew jattendu il-
kindergarten
fl-1 ta’ Frar.
Għaldaqstant intbagħet għalliema fl-iskola Primarja ta’ Hal-Lija fis-27 ta’ Jannar waqt li għalliema oħra se tintbagħat fl-iskola Primarja ta’ Briżebbuġa fit-3 ta’ Frar.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa biex twaqqaf l-isfreġju ambjentali li qed isir f'Selmun biex tinbena faċilità marbuta mal-industrija tat-trobbija tal-ħut?
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li kien hemm iffirmat mal-Fondazzjoni Eden u li llum hemm iffirmat ma' Inspire dwar servizz lill-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza — każijiet pendneti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każi pendenti quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza? Dwar xiex inhuma dawn il-każi? Kemm ilhom pendenti? X'inhuma r-riżorsi umani li għandha l-kummissjoni biex tressaq u tipproċessa dawn il-każi? X'postijiet vakanti għandha li qed iżommuha milli taħdem b'mod effettiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent, hemm 32 każ pendenti quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza. Każ wiehed ilu miftuħ minn Diċembru tal-2007, 4 każijiet ilhom miftuħin mill-2008, 12-il każ li għadhom pendenti infetħu fl-2009, 14-il każ pendenti infetħu fl-2010 u każ wieħed li għadu pendenti infetaħ fl-2011.
Il-każijiet huma dwar::
· L-allegata diskriminazzjoni abbażi tas-sess jew responsabbiltajiet tal-familja fl-impjiegi;
· L-allegata diskriminazzjoni abbażi tas-sess fl-impjiegi;
· L-allegat fastidju sesswali
· L-allegata diskriminazzjoni abbażi tar-razza fl-aċċess tal-oġġetti u s-servizzi.
Ir-riżorsi umani li għandha l-Kummissjoni biex tressaq u tipproċessa dawn il-każijiet huma ta’ Uffiċjal tal-Ilmenti u s-Sapport tal-Klijenti.
M’hemm l-ebda post vakanti fil-Kummissjoni. Li hemm vakanti hi l-kariga tal-Kummissarju.
Użu ta' Casa Corogna fi Strada Stretta, Belt Valletta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern iddeċieda li juża l-bini magħruf bħala Casa Corogna fi Strada Stretta, fil-Belt Valletta bħala uffiċini għall-Avukat Ġenerali meta l-istess bini oriġinarjament ingħata għall-atturi tat-Teatru Manoel u hemm bżonn kbir għalih bħala parti minn proġett għall-qawmien mill-ġdid ta' Strada Stretta bħala ċentru kulturali u riġenerazzjoni tal-qalba tal-Belt b'ħidma kulturali kif propost mill-Fondazzjoni ta' Strada Stretta anke bil-ħsieb tal-Belt bħala belt kapitali tal-kultura Ewropea 2018?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li lura fl-1992, l-Avukat Ġenerali kien għamel talba lill-awtoritajiet biex jinstab post alternattiv għall-uffiċċju tiegħu biex ikun jista jaqdi d-dmirijiet tiegħu aħjar, minħabba problemi ta’spazju fil-Palazz tal-President. Wara diversi kunsiderazzjonijiet, kien ġie deċiż li l-aħjar sit fejn setgħu jinbnew uffiċini xierqa biex jaqdu l-ħtiġijiet li jġibu magħhom id-dmirijitet ta’ l-Avukat Ġenerali kien dak okkupat mill-bini magħruf bħala Casa Corogna fi Strada Stretta, fil-Belt Valletta. Dan peress li huwa sit viċin il-Qorti u joffri spazju biżżejjed biex ikun jista jospita’ l-impjegati kollha li jaħdmu f’dan l-uffiċċju.
Infurmat ukoll li fi Frar ta’ l-1993, permezz ta’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern kienu bdew il-preparamenti biex dan il-bini jiġi użat għal dan l-iskop mill-Avukat Ġenerali. F’Settembru tas-sena 2000 l-Avukat Ġenerali għamel applikazzjoni lill-MEPA għall-iżvilupp ta’ dan is-sit. Il-MEPA kienet innotifikat lill-pubbliku b’din l-applikazzjoni mingħand l-Avukat Ġenerali b’numru PA 05050/00, permezz ta’ avviż. Dan kollu huwa verifikabbli permezz tas-sit elektroniku tal-MEPA. Fil-fatt ninsab infurmat wkoll li l-ipproċessar tal-permess huwa fi stadju avvanzat ħafna u, fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern, li kemm l-uffiċini fil-bini tal-
Main Guard
, kif ukoll dawk fil-Palazz tal-President, ikunu vvakati biex jiġu implimentati l-pjani li hemm fir-rigward ta’ dawn il-binjiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-proċess biex jinbena l-uffiċċju ġdid fuq is-sit li għalih qed jagħmel riferenza għalih l-Onorevoli Interpellant jiġi deċiż.
Naturalment l-Onorevoli Membru jifhem ukoll illi l-użu tal-bini jinbidel maż-żminijiet bħal ma tinbidel is-soċjeta maż-żmien. Fil-fatt hawn ħafna bini fil-Belt u f’postijiet oħra illi fi żmien il-Kavallieri kien jintuża għal skopijiet differenti minn dawk li għalihom jintuża illum . F’ħafna każijiet lanqas ma jagħmel sens illi wieħed jipprova juża dak il-bini għall-istess skop illi kien jintuża qabel .
‘Casa Corogna’ illum hija bini kważi kollu sfrundat u li ilu abbandunat għal żmien twil u l-konverzjoni ta’ dan il-bini f’ uffiċċju jkun qed jagħti użu lil dan il-bini.
Għandu jingħad ukoll illi l-bini se jokkupa biss parti minn Strada Stretta u li l-viżjoni ta’ żvilupp orjentat lejn l-arti u l-kultura f’din it-triq xorta tista’ tiġi akkomodata fil-kumplament tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid bejn il-proposta ta' St George's University of London bi sħab mal-Università ta' Malta u dik tar-Royal College of Surgeons in Ireland għal istituzzjoni terzjarja ta' edukazzjoni medika f'Malta, liema ntgħażlet mill-gvern? X'kienu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kull proposta? Minn min saret l-għażla u min ħatar lil dawk li għamlu l-għażla? Fiex tikkonsisti l-proposta magħżula u meta se tidħol fis-seħħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kumitat tal-għażla irrakomanda lil St.George’s University of London bi sħab mal-Università ta’ Malta.
Il-Kumitat tal-għażla kien magħmul minn Lawrence Zammit, Prof. Carmelo Mallia, Prof. Mario Vassallo, Dr. Charles Mallia Azzopardi, Dr. Natasha Azzopardi Muscat, u Ms Jackie Camilleri. Il-ħatra tal-Kumitat tal-għażla saret mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja u mill-Ministeru tas-Saħħa.
Il-Kumitat għamel l-għażla tiegħu wara analiżi tal-proposti u tad-dokumentazzjoni sottomessa. Il-Kumitat ikkonsidra l-impatt fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-qasam mediku u l-effett fuq il-komunita medika fis-settur pubbliku tas-saħħa.
L-Università ta’ Malta ma’ St George’s University of London għandha twaqqaf il-
graduate entry programme
wara li jsiru l-preparamenti kollha meħtieġa.
Learning Support Assistants — Skola primarja ta' Kerċem
Question
Tista' l-Ministru tgħid it-tifel, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jattendi l-iskola primarja ta' Kerċem u bħalissa mhux qed jitħalla jattendi skola għax hu mingħajr learning support assistant għax hija tqila u ilha nieqsa minn qabel il-Milied, meta se jingħata learning support assistant ġdida biex ikun jista' jerġa' jibda jattendi l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-imsemmi tifel għandu learning support assistant miegħu. Meta din tkun assenti jsiru arranġamenti ma’ LSA oħra sabiex it-tifel jibqa jmur l-iskola. Meta ma jmurx l-iskola it-tifel jingħata għajnuna permezz ta’ għalliema li tmur tagħtih sapport id-dar.
MCAST — Istitut tal-Business u Commerce - għalliema tal-accounts
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema tal-accounts li għadhom nieqsa jew ma jattendux regolari fl-Istitut tal-Business and Commerce fil-MCAST minkejja li s-sena akkademika ilha tant li bdiet? L-istudenti kemm se jdumu mċaħħda minn dawn l-għalliema, x'se jiġri dwar il-kors tagħhom u kif se jiġu assessjati f'suġġett fejn tant tilfu tagħlim? Kemm minn dawn l-istudenti ħallsu lill-Edecxel biex jiġu assessjati minkejja li huma bla għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ m’hemmx għalliema tal-accounts nieqsa.
Hemm żewġ għalliema li preżentament huma assenti:
Għalliema li tgħallem il-
Book-keeping & Accounts
fis-Certificate in Administrative & Secretarial Studies (kors mhux tal-BTEC) u żewġ suġġetti relatati ma’ l-
accounts
fil-BTEC Diploma in Busines
s
.
Mil-bidu tas-sena skolastika l-għalliema kienet assenti 13-il ġurnata fuq
sick leave
u preżentament qegħda fuq
sick leave
.
L-għalliema l-oħra tgħallem l-
Accounts
fl-AAT Diploma in Accounting (kors mhux tal-BTEC).
Mil-bidu tas-sena skolastika l-għalliema kienet assenti 12-il ġurnata fuq
sick leave
u bħalissa reġgħet qegħda fuq
sick leave.
Fiż-żewġ każijiet, il-Kulleġġ jagħmel ħiltu biex jinstabu għalliema oħra li jagħmlu tajjeb għal dan it-telf.
L-istudenti jridu jħallsu
membership fee
fil-bidu tal-kors mitluba mill-Association of Accounting Technicians (AAT). Ħlas għall-eżamijiet għadu ma sar mill-ebda student. Dan isir meta l-istudenti jkunu waslu għall-eżamijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel?
X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il-
petrol
u d-
diesel
l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010?
X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010?
Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010?
Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010?
Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena?
X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta?
X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22561 u jgħid x'kienu l-prezzijiet li bihom il-konsumaturi xtraw kull litru ta' petrol u diesel tul is-sena 2010?
Matul is-sena 2010 l-Korporazzjoni Enemalta użat l-għodda tal-
hedging
fix-xiri tal-
petrol
u
diesel
biex iżżomm stabbli ċ-ċaqliqiet fil-prezzijiet għall-konsumatur? Jekk iva, kif sar u meta sar il-
hedging
?
Matul is-sena 2010 l-Enemalta għamlet arranġamenti ta' hedging tal-prezz tad-Dollaru Amerikan mal-Euro biex b'hekk iżżomm stabbli għall-konsumatur iċ-ċaqliqiet li kien hemm bejn iż-żewġ muniti? Jekk iva, kif sar dan il-hedging?
L-Enemalta għandha kumitat biex jixtri l-fuel? Jekk iva, min huma l-membri tal-kumitat? X'inhu s-sehem tagħhom fix-xiri tal-fuel tal-Enemalta? Jekk qed isir hedging, min jagħmlu, fuq liema bażi u min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif isir?
Jekk m'hemmx kumitat apposta biex jixtri l-fuel għall-Enemalta, kemm għall-ġenerazzjoni tad-dawl kif ukoll biex imur għand il-konsumaturi, min kienu l-persuni awtorizzati biex jixtru dan il-fuel għall-Enemalta tul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
MEPA — Nature Protection Unit - Orkidi Piramidali ta' Malta - speċi endemika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20160, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni biex l-orkidi piramidali jiġu rilokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 21275.
Peress li ġejt infurmat li mill-VAT Department ħarġu ħafna statements ħżiena b'detriment għall-accountants u l-klijenti tagħhom, jista' jivverifika jekk dan hux minnu? Jista' jivverifika wkoll jekk wara dawn l-iżbalji ħafna minn dawk li ppruvaw jaqbdu mad-dipartiment biex jaraw x'qed jiġri baqgħu bla ma ħadu l-ebda tweġiba għax ma kenux qed jirrispondu t-telefon?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux veru li ħarġu statements ħżiena mid-Dipartiment tal-VAT. Madankollu, jekk l-Onorevoli Interpellant jaf b’xi statements li l-persuni konċernati jixtiequ kjarifika dwarhom huwa mitlub jinformani separatament.
Dawn l-istatements intbagħatu lil kull min hu reġistrat, jiġifieri madwar 45,000
taxpayer
, b’format ġdid li jispjega aħjar kif il-bilanċi ġew akkumulati fuq il-perjodi li għadhom miftuħa kif ukoll il-krediti mnaqqsa fil-perjodu mid-data ta’ l-aħħar
statement
sad-data ta’ l-istatement preżenti.
Peress li ħafna persuni reġistrati jkunu jridu jivverifikaw xi affarijiet billi jċemplu lid-Dipartiment qed ikun hemm ħafna telefonati li żdiedu ma’ oħrajn li qed jistaqsu dwar l-istatements.