Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paule — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2010 u 2011 s'issa, x'każijiet ta' serq ġew rappurtati li saru fuq anzjani rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paule? X'insteraq? X'investigazzjonijiet saru mill-pulizija u fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn Jannar 2010 sa issa saru 8 rapporti ta' każijiet ta' serq, ħamsa minhom ġew irrapurtati lill-Pulizija u t-tlieta l-oħra l-anzjani ma riedux li l-każ jiġi rrapurtat lill-Pulizija. L-affarijiet li allegatament naqsu huma 3 ċpiepet, 2 ġiżirajjen, salib, domna, ċurkett, 2 pari msielet, (kollha ta' kulur isfar), telephone ċellulari, portmoni li kien fih 5 Ewro u ieħor li kien fih 800 Ewro fi flus kontanti. L-investigazzjonijiet huma f’idejn il-Pulizija.

Diviżjoni tal-Proprjetà — kuntratti u ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23169 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid (apparti dawk ir-residenti li l-Gvern kien daħal fi ftehim magħhom fl-1999 u li s'issa dan il-ftehim għadu ma ġiex konkluż min-naħa tal-gvern) min huma dawk l-entitajiet, sew jekk huma governattivi kif ukoll mhux governattivi, li d-Diviżjoni tal-Proprjetà tal-Gvern daħlet jew se tidħol f'kuntratt magħhom dwar kiri ta' postijiet pubbliċi tal-gvern li hemm f'Tignè Point, Sliema? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamta kopja dettaljata tal-kuntratti li saru s'issa mal-entitajiet rispettivi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23168.

Xiri ta' fuel mill-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23453, 23167, 23030 u 22561 u jgħid x'kienu l-prezzijiet li bihom il-konsumaturi xtraw kull litru ta' petrol u diesel tul is-sena 2010? Matul is-sena 2010 l-Korporazzjoni Enemalta użat l-għodda tal- hedging fix-xiri tal- petrol u diesel biex iżżomm stabbli ċ-ċaqliqiet fil-prezzijiet għall-konsumatur? Jekk iva, kif sar u meta sar il- hedging ? Matul is-sena 2010 l-Enemalta għamlet arranġamenti ta' hedging tal-prezz tad-Dollaru Amerikan mal-Euro biex b'hekk iżżomm stabbli għall-konsumatur iċ-ċaqliqiet li kien hemm bejn iż-żewġ muniti? Jekk iva, kif sar dan il-hedging? L-Enemalta għandha kumitat biex jixtri l-fuel? Jekk iva, min huma l-membri tal-kumitat? X'inhu s-sehem tagħhom fix-xiri tal-fuel tal-Enemalta? Jekk qed isir hedging, min jagħmlu, fuq liema bażi u min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif isir? Jekk m'hemmx kumitat apposta biex jixtri l-fuel għall-Enemalta, kemm għall-ġenerazzjoni tad-dawl kif ukoll biex imur għand il-konsumaturi, min kienu l-persuni awtorizzati biex jixtru dan il-fuel għall-Enemalta tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess għax-xiri tal-petrol u diesel jitmexxa mill-Fuel Procurement Committee fi ħdan il-Korporazzjoni, li lista tal-membri tiegħu qed tidher f’Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-proċess għax-xiri ta’ petrol u diesel isir permezz ta’ tender . Wara li jidħlu offerti assenjati mill- Fuel Procurement Committee u jitpoġġew f’ordni ta’ meritu. Wara jinfetħu negozjati ma’ l-aħjar offerta. Waqt il-proċess ta’ l-aġġudikazzjoni, jiġu kkonsidrati sigurtà tal-prodott, il-kredibilità tal- bidder , il-prezz li ġie offrut, il-metodu abbażi ta’ kif jiġi kkalkulat il-prezz internazzjonali, u l- credit turns . Il-Korporazzjoni għandha Risk Management Committee li jieħu deċiżjonijiet ta’ hedging fil-każ tax-xiri ta’ fuel oil u gas oil biss, peress li mhijiex policy tal-Korporazzjoni li tixtri fuel ieħor permezz ta’ hedging . Fil-każ ta’ petrol u diesel , id-dettalji dwar it- tenders għax-xiri ta’ petrol u diesel matul l-2010 mill-Korporazzjoni qed jidhru f’Tabella B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti ta’ petrol u diesel iħallu medja ta’ gross profit €0.087 kull litru. Minn dan il- gross profit , iridu jitnaqqsu l-ispejjeż relatati ma’ ħażna, distribuzzjoni u amministrazzjoni. Peress li jinxtraw aktar tipi ta’ prodotti dawn l-ispejjeż jittieħdu globalment mill- Petroleum Division , u ma jistgħux jiġu allokati skont il-prodott partikolari. B’hekk in- net profit ma jistax jinħadem skont il-prodott. L-ammont ta’ VAT li jitħallas fuqu l- petrol u diesel huwa skont kif stipulat bil-liġi, jiġifieri 18% tal-valur. Il-qliegħ għall-pompi tal- petrol huwa ta’ €0.051 bħala medja fuq kull litru. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Tabella Ċ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, turi l-prezzijiet għall-Konsumatur għall-2010.

Enemalta — Xiri ta' petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23452, 23166, 23029 u 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel? X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il- petrol u d- diesel l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010? X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010? Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010? Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010? Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena? X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta? X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23698.

Ftehim bejn Trasport Malta u Creek Development Limited

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23588 u 23351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq minn Trasport Malta mal-kumpanija Creek Development Limited għat-tmexxija tal-Marina tal-Imsida?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' serq fuq anzjani li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule matul is-sena 2010 u 2011 s'issa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizzi tal-Librerija fl-Iskejjel — proċess ta' kotba

Question

Tista' tgħid kemm ġew proċessati kotba u riżorsi oħra għas-sistema kompjuterizzata tal-libreriji tal-iskejjel mis-Servizz tal-Librerija fl-Iskejjel mill-2005 sal-2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ix-xogħol fuq is-sistema komputerizzata tal-libreriji tal-iskejjel beda f’Diċembru 2004. Il-figuri li jidhru hawn taħt juru t-total ta’ riżorsi, (jiġifieri il-kopji kollha) fis-sistema f’Diċembru ta’ kull sena. In-numru huwa kumulattiv. Diċembru To tal ta’ riżorsi 2005 15306 2006 41916 2007 54687 2008 78250 2009 106644 2010 132121 Is-sistema bħalissa fiha 24 librerija. In-numru tal-libreriji jiżdiedu kull sena.

PBS — Chief Executive Officer

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23085, tista' l-Ministru tgħid x'kienu l-interessi li ddikjara ċ-Chief Executive Officer tal-Public Broadcasting Services qabel ma ġie impjegat mal-kumpanija Public Broadcasting Services?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minħabba li l-interessi ddikjarati huma ta’ natura kummerċjali, dawn marbuta b’kunfidenzjalità. Madanakollu, qabel l-ingaġġ tas-CEO mill-Public Broadcasting Service ittieħdu pariri legali minn żewġ konsulenti indipendenti dwar dawn l-interessi u r-rakkomandazzjoni tagħhom kienet li l-interessi ma jikkostituwix kunflitt ta’ interess max-xogħol ta’ CEO.

Ftehim bejn Trasport Malta u Creek Development Limited

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq minn Trasport Malta mal-kumpanija Creek Development Limited għat-tmexxija tal-Marina tal-Imsida?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

teacher-librarians fl-iskejjel sekondarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm teacher-librarians fl-iskejjel sekondarji? Kemm minnhom huma kkwalifikati bħala librara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskejjel sekondarji hemm 73 għalliema li qed jagħmlu xogħol ta’ librara. Minn dawn, 42 huma kkwalifikati bħala librara.

skejjel primarji — libreriji

Question

Tista' l-Minsitru tgħid fl-iskejjel primarji min jieħu ħsieb il-librerija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskejjel Primarji, il-Kapijiet jew l-Assistant Kapijiet jieħdu ħsieb il-librerija tal-iskola, flimkien ma’ ġenituri voluntiera.
Leg 11 PQ #23449 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — faċilità marbuta mal-industrija tat-trobbija tal-ħut

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23276 u 23088 u jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa biex twaqqaf l-isfreġju ambjentali li qed isir f'Selmun biex tinbena faċilità marbuta mal-industrija tat-trobbija tal-ħut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ġie investigat u sa issa ma jidhirx li hemm bażi sabiex jiġu invokat il-provvedimenti ta’ l-artikolu 77 tal-Liġi u b’ hekk il-permess jiġi rtirat jew b’ xi mod revokat.

Enemalta — Xiri ta' petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23166, 23029 u 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel? X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il- petrol u d- diesel l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010? X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010? Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010? Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010? Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena? X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta? X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Xiri ta' fuel mill-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23167, 23030 u 22561 u jgħid x'kienu l-prezzijiet li bihom il-konsumaturi xtraw kull litru ta' petrol u diesel tul is-sena 2010? Matul is-sena 2010 l-Korporazzjoni Enemalta użat l-għodda tal- hedging fix-xiri tal- petrol u diesel biex iżżomm stabbli ċ-ċaqliqiet fil-prezzijiet għall-konsumatur? Jekk iva, kif sar u meta sar il- hedging ? Matul is-sena 2010 l-Enemalta għamlet arranġamenti ta' hedging tal-prezz tad-Dollaru Amerikan mal-Euro biex b'hekk iżżomm stabbli għall-konsumatur iċ-ċaqliqiet li kien hemm bejn iż-żewġ muniti? Jekk iva, kif sar dan il-hedging? L-Enemalta għandha kumitat biex jixtri l-fuel? Jekk iva, min huma l-membri tal-kumitat? X'inhu s-sehem tagħhom fix-xiri tal-fuel tal-Enemalta? Jekk qed isir hedging, min jagħmlu, fuq liema bażi u min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif isir? Jekk m'hemmx kumitat apposta biex jixtri l-fuel għall-Enemalta, kemm għall-ġenerazzjoni tad-dawl kif ukoll biex imur għand il-konsumaturi, min kienu l-persuni awtorizzati biex jixtru dan il-fuel għall-Enemalta tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Diviżjoni tal-Proprjetà — kuntratti u ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23169 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid (apparti dawk ir-residenti li l-Gvern kien daħal fi ftehim magħhom fl-1999 u li s'issa dan il-ftehim għadu ma ġiex konkluż min-naħa tal-gvern) min huma dawk l-entitajiet, sew jekk huma governattivi kif ukoll mhux governattivi, li d-Diviżjoni tal-Proprjetà tal-Gvern daħlet jew se tidħol f'kuntratt magħhom dwar kiri ta' postijiet pubbliċi tal-gvern li hemm f'Tignè Point, Sliema? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamta kopja dettaljata tal-kuntratti li saru s'issa mal-entitajiet rispettivi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23168.

MEPA — Superintendenza tal-Wirt Storiku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23216 fejn qal li kemm jista’ jkun strutturi antiki fuq is-sit jiġu preservati u integrati fil-proġett, jista' l-Ministru jgħid liema strutturi antiki mhumiex se jiġu priservati u integrati fil-proġett? Jista' jgħid liema huma l-istrutturi antiki li se jinqerdu u mhux se jiġu integrati mal-proġett wara diskussjonijiet mas-Superintendenza tal-Wirt Storiku u mal-Awtorità ta' Malta tal-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġi deċiż dak li għandu jinżamm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istrutturi antiki fuq is-sit in kwestjoni, speċjalment min-naħa tat-Teatru l-Antik, qed jiġu dan il-mument restawrati biex ikunu integrati mal-proġett. Dan wara t-tħammil li sar fuq il-post imsemmi fejn ġew identifikati liema fdalijiet għandhom konnessjoni storiku mas-sit, u liema tħammil huwa magħmul minn materjal ordinarju. Dan sar taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet tal-MEPA u tas-Supretendenza tal-Wirt Storiku.

Servizz tal-Libreriji fl-Iskejjel — librara

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema bi kwalifika professjonali ta' librara fis-Servizz tal-Libreriji fl-Iskejjel? Ħarġu xi applikazzjonijiet biex jiżdied l-istaff? Jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hemm żewġ ħaddiema minn erba’ li għandhom kwalifika professjonali (Diploma mill-Università ta’ Malta). Il-Kap tas-Sezzjoni u Teacher. Fl-2010 ħarġet applikazzjoni għall-post ta’ Library Officer . Applikaw 11, iżda ħadd minnhom ma kien eleġibbli skont il-kundizzjonijiet imposti miċ-ċirkulari. Qed jittieħdu passi biex tinħareġ applikazzjoni oħra.

Literacy specialists — kwalifiki

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu l-literacy specialists? Xi kwalifiki għandhom u x'taħriġ ingħataw biex jagħmlu x-xogħol tagħhom b'mod effettiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standard fl-Edukazzjoni għandu erba’ kategoriji ta’ għalliema speċjalizzati fil-litteriżmu: Complementary Teachers Dawn jintagħżlu wara sejħa interna, u jagħtu servizz f’livell ta’ skola primarja. Ikunu għalliema b’esperjenza fil-primarja. Kif jintagħżlu jkollhom kors organizzat mid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) li jippreparahom għax-xogħol il-ġdid tagħhom, u jkollhom ukoll żvilupp professjonali regolari matul is-sena. Ngħidu aħna matul l-ewwel term tas-sena skolastika 2010-2011 kellhom taħriġ u hidma intensiva f’livell ta’ Kulleġġ fl-iżvilupp ta’ riżorsi għalihom marbuta mal-appoġġ fil-litteriżmu fl-ewwel sentejn tal-primarja. Għalliema peripatetici fis-Servizz tal-SpLD Dawn il- literacy specialists tad-dyslexia li jaħdmu fi ħdan is-Servizz tal- Specific Learning Difficulties intagħzlu permezz ta’ intervista wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet għal dawk l-għalliema li kienu għamlu xi xogħol jew xi ricerka f’dan l-qasam. Dawn l-għalliema, li jammontaw għal 11, għandhom il Bachelor’s degree, lestew il-post-graduate certificate, fuq medda ta’ sena u nofs, fil-qasam tad-dyslexia fl-universita ta’ Malta. Għandhom ukoll iċ-ċcertifikat ta’kompetenża mill- British Psychological Society biex jassessjaw it-tfal. Tnejn minhom diġa għandhom il-Masters degree waqt li tmienja oħra qed isegwu wkoll kors fil-livell tal-Masters. Tnejn oħra qegħdin jingħataw taħriġ u ser isewgu l-kors meta dan ikun offrut mill-universita ta’ Malta. Literacy Support Teachers Dawn jintagħżlu wara sejħa interna, u jagħtu servizz f’livell ta’ Kulleġġ. Il-maġġoranza huma għalliema peripatetiċi li qabel kienu mal-Literacy Unit u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, fejn ħadu taħriġ intensiv fil-litteriżmu. Issir ħidma kostanti biex l-għalliema f’dan il-grupp jiddakkru minn xulxin, biex it-tim kollha jissaħħaħ fil-medda sħiħa ta’ strateġiji għall-litteriżmu. Kif jintagħżlu jkollhom kors organizzat mid-DKSE li jippreparahom għax-xogħol il-ġdid tagħhom, u jkollhom ukoll żvilupp professjonali regolari matul is-sena. Għalliema peripatetici tal-Malta Writing Programme Dawn jintagħżlu wara sejħa interna, u jagħtu servizz fuq livell nazzjonali. Waħda mill-kondizzjonijiet tal-għażla hija li jkunu temmew b’suċċess taħriġ intensiv ta’ xahar dwar it-tagħlim tal-kitba. Ikollhom ukoll żvilupp professjonali regolari matul is-sena. Id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fi ħdan id-DKSE għandu l-inkarigu li jikkordina t-taħrig u l-appoġġ ta’ dawn l-għalliema, biex b’mod integrat jgħinu lill-iskejjel jimplimentaw l-iStrateġija dwar il-Litteriżmu.

checklists tal-bżonnijiet tat-tfal fil-primarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif sejjer l-ġbir tat-tagħrif biex jimtlew iċ-checklists dwar il-bżonnijiet tat-tfal fil-primarja? X'ħin qed jimtlew? Meta ntbagħtu fl-iskejjel tul din is-sena skolastika? Veru li biex jimtlew dawn ic-checklistsit-tfal tilfu attivitajiet oħra fosthom il-mużika u d-drama?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.