Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sillabi ġodda għall-iskejjel sekondarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol fuq it-tfassil ta' sillabi ġodda għall-iskejjel sekondarji fis-suggetti tal-Malti, Ingliz u Matematika? Kemm sillabi differenti se jitfasslu għas-settijiet differenti ta' studenti li se jkun hemm fl-ewwel sena fis-sekondarja fis-sena 2011-2012? X'xogħol qed isir fuq it-tfassil ta' sillabi ġodda għas-suġġetti l-oħra? X'se jsir biex studenti b'abiltajiet differenti jagħmlu l-istess sillabi fis-suġġetti tax-xjenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ix-xogħol fuq it-tliet suġġetti tal-Malti, Ingliż u l-Matematika qiegħed fi stadju avvanzat. Minkejja l-fatt li hemm is-setting f’dawn is-suġġetti, is-sillabu huwa wieħed u ser ikun differenzjat biex jilħaq il-livelli differenti tal-istudenti. Ix-xogħol għaddej fuq is-sillabi tas-suġġetti l-oħra b’ritmu sodisfaċenti. Dwar ix-xjenza fil-Form 1 wieħed irid ifakkar li l-istudenti se jkunu fi gruppi żgħar u b’hekk ser jkollhom aktar attenzjoni mill-għalliema. Barra minn hekk is-sillabi kollha huma mfassla b’mod biex jilħqu lill-istudenti kollha.

Assistenza lit-tfal b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tara li jkun hemm rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni li ttieħdet li tiġi rtirata l-assistenza lil tfal b'diżabilita' u b'diffikulta' li jitgħallmu fl-eżami tal-benchmarking li se jsir fl-aħħar ta' din is-sena skolastika fl-aħħar sena tal-primarja għax persuni li jaħdmu fl-oqsma tad-diżabilita' u anki esperti f'dan il-qasam tkellmu miegħi dwar kemm huma nkwetati li t-tfal se jispiccaw umiljati u ssirilhom il-ħsara meta jitpoġġew f'kundizzjoni fejn se tispikka d-diżabilita' jew diffikulta' li għandhom? Kif jista' jsir l-argument li qed jiġi mogħti 'level playing field' għal kulħadd meta mhux kulħadd jista' jgawdi minn dan il-level playing field minħabba l-kundizzjoni li għandu/għandha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Tfal li għandhom nuqqas ta’ smiegħ jew nuqqas ta’ vista u diffikultà fit-tagħlim u li ġew assessjati mill-Specific Learning Difficulty Unit (SpLD) jew School Psychological Services (SPS) jew xi entità professjonali oħra u għandhom rapport li juri diffikultatjiet fit–tagħlim tista ssirilhom talba għal “Communicators” għat-tfal li għandhom nuqqas ta’ smiegħ, “Enlarged Print” għat-tfal li għandhom nuqqas ta’ vista u “Mutiplication Tables” u /jew “Reader in Mathematics” f’każ ta’ tfal li ġew assessjati u li instabu li għandhom livell ta’ qari anqas minn 8 snin. Tfal b’diżabilità li għandhom programm differenti u li huma taħt livell bażiku ta’ Year 3 jistgħu jiġu eżentati mill-eżami tal-benchmarking. Tul dawn is-snin sar ħafna ħsieb fuq l-użu u l-benefiċċju tal-assistenza matul l-eżamijiet. Id-Direttorat hu konxju ħafna tal-bżonnijiet ta’ tfal bid-diffikulta biex jitgħallmu u b’hekk matul is-snin tal-primarja jingħataw LSAs u għajnuniet oħra fil-klassi waqt il-proċess tat-tagħlim. L-għan tal- benchmark hu li naraw mill-qrib fejn waslu dawn it-tfal permezz ta’ dan is-sapport kollu li jkunu ngħataw, x’jistgħu jagħmlu waħedhom u x’livell se jilħqu waħedhom u b’hekk ikollna dokumentazzjoni ċara tal-kisbiet tal-ħiliet individwali tat-tfal. Id-deċiżjoni li t-tfal jagħmlu l-eżamijiet waħedhom hi ukoll bbażata fuq il-fatt li l-qari u l-kitba huma il-ħiliet li ser jiġu assessjati u għaldaqstant fil-lingwi ma jkunx qed iħalli benchmark validu jekk tingħata għajnuna fil-qari u l-kitba. Barra minnhekk hu mportanti ngħidu li fejn jidħol l-eżami tal-Matematika, li mhux eżami tal-qari, hemm il-possibilita’ li jingħata Reader biex b’hekk l-istudent ma jkollux diffikulta għall-aċċess tal-karta. Hekk ukoll isir fi studji internazzjonali bħal PIRLS.

Kummissjoni Ewropea — Programmi edukattivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'nuqqasijiet amministrattivi ġew identifikati mill-Kummissjoni Ewropea fit-tmexxija tal-UEPA li la darba jissolvew, titneħħa għal kollox is-sospensjoni tal-fondi għall-programm edukattivi tal-Unjoni Ewropea lil pajjizna? Xi pjanijiet hemm biex dawn in-nuqqasijiet jiġu eliminati u meta hemm il-ħsieb li jiġu eliminati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’rapport li wasal il-ġimgħa l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea tat l-informazzjoni lill-Awtorità Nazzjonali u l-Aġenzija Nazzjonali dwar l-osservazzjonijiet tagħha dwar x’inhu meħtieġ biex jitkompla il-proċess li jwassal għat-tneħħija totali tas-sospensjoni tal-fondi għall-programmi edukattivi. Il-Kummissjoni Ewropea nnotat il-progress f’ħafna mill-osservazzjonijiet tant li fadal osservazzjoni waħda li hija deskritta bħala kritika. Huwa meħtieġ li l-proġetti bejn is-sena 2004 u 2006, li jkopru il-perjodu ta’ fondi preċedenti, jiġu mdaħħla fil- management system. L-Awtorita Nazzjonali u l-Aġenzija Nazzjonali se jkomplu fil-proċess sabiex jindirizzaw l-osservazzjonijiet kollha skont kif mitlub mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni qed tistenna wkoll li d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni għas-sena 2010 tintbagħat sal-aħħar t’April.

Studenti li ma jlaħħqux mal-livelli mixtieqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy fl-iskejjel tal-istat dwar studenti li ma jilħqux il-livelli mixtieqa fl-aħħar tas-sena? Ikollhom jirrepetu? Jitħallew jirrepetu jew hemm policy li kemm jista' jkun ħadd ma jirrepeti imma jibqa' għaddej anke jekk imbagħad itemm l-edukazzjoni obbligatorja mingħajr il-ħiliet meħtiega? Matul is-sena 2009-2010 kemm kien hemm tfal f'Malta u f'Għawdex li rrepetew xi klassi fil-livell primarju u fil-livell sekondarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L- policy tal-iskejjel tal-Istat dwar jekk it-tfal għandhomx jitħallew jirrepetu jew le tittieħed fuq livell ta’ skola fuq l-opinjonijiet professjonali tal-edukaturi. Matul is-sena 2009-2010 mill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex, Primarji u Sekondarji kien hemm 83 student li rrepetew xi klassi.

ITS — Eżamijiet tas-City and Guilds

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi minn din is-sena akkademika mhux qed joffri aktar lill-studenti full-time u part-time l-opportunità li joqogħdu għall-eżamijiet tas-City and Guilds? Tista' tikkonferma jekk l-istudenti kenux avżati dwar dan? Jekk dan mhux minnu tista' sserraħ moħħ l-istudenti u tgħid meta se jiftħu l-applikazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhux minnu li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi minn din is-sena akkademika mhux qed joffri aktar lill-studenti full-time u part-time l-opportunità li joqgħodu għall-eżamijiet tas-City and Guilds. Il-management il-ġdid tal-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi bħalissa qed jirrevedi l-proċess tal-applikazzjonijiet.

MCAST — lecturers nieqsa

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tal-lecturers li għandu neqsin l-MCAST f'kull istitut tiegħu? Kemm ilhom neqsin l-lecturersmill-bidu tas-sena akkademika, kemm tilfu lectures l-istudenti? X'qed isir biex l-istudenti jirkupraw dak li tilfu u x'qed isir biex jinstabu l-lecturers meħtieġa f'kull suġġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — kors tal-manutenzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-isforzi tal-Ministeru u tal-MCAST biex jiġu solvuti problemi li kienu qed jiffaċċjaw studenti li daħlu għall-kors tal-manutenzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni u li tefgħet lill-istudenti f'inċertezza kbira?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Studenti li qegħdin isegwu kors tal-avjazzjoni taħt apprentistat diġà qegħdin jieħdu t-taħriġ prattiku ma’ kumpaniji tal-manutenzjoni tal-ajruplani. Studenti oħra li ma jaqgħux taħt l-iskema tal-apprentistat, jingħataw taħriġ fil- workshops tal-MCAST. Barra minn hekk il-Kulleġġ qiegħed f’negozjati avvanzati biex jingħata taħriġ addizzjonali għand il- Maintenance & Repair Organizations .

Enemalta — Xiri ta' petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel? X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il- petrol u d- diesel l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010? X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010? Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010? Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010? Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena? X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta? X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23698.

Xiri ta' fuel mill-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22561 u jgħid x'kienu l-prezzijiet li bihom il-konsumaturi xtraw kull litru ta' petrol u diesel tul is-sena 2010? Matul is-sena 2010 l-Korporazzjoni Enemalta użat l-għodda tal- hedging fix-xiri tal- petrol u diesel biex iżżomm stabbli ċ-ċaqliqiet fil-prezzijiet għall-konsumatur? Jekk iva, kif sar u meta sar il- hedging ? Matul is-sena 2010 l-Enemalta għamlet arranġamenti ta' hedging tal-prezz tad-Dollaru Amerikan mal-Euro biex b'hekk iżżomm stabbli għall-konsumatur iċ-ċaqliqiet li kien hemm bejn iż-żewġ muniti? Jekk iva, kif sar dan il-hedging? L-Enemalta għandha kumitat biex jixtri l-fuel? Jekk iva, min huma l-membri tal-kumitat? X'inhu s-sehem tagħhom fix-xiri tal-fuel tal-Enemalta? Jekk qed isir hedging, min jagħmlu, fuq liema bażi u min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif isir? Jekk m'hemmx kumitat apposta biex jixtri l-fuel għall-Enemalta, kemm għall-ġenerazzjoni tad-dawl kif ukoll biex imur għand il-konsumaturi, min kienu l-persuni awtorizzati biex jixtru dan il-fuel għall-Enemalta tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23698.

Xiri ta' fuel mill-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23030 u 22561 u jgħid x'kienu l-prezzijiet li bihom il-konsumaturi xtraw kull litru ta' petrol u diesel tul is-sena 2010? Matul is-sena 2010 l-Korporazzjoni Enemalta użat l-għodda tal- hedging fix-xiri tal- petrol u diesel biex iżżomm stabbli ċ-ċaqliqiet fil-prezzijiet għall-konsumatur? Jekk iva, kif sar u meta sar il- hedging ? Matul is-sena 2010 l-Enemalta għamlet arranġamenti ta' hedging tal-prezz tad-Dollaru Amerikan mal-Euro biex b'hekk iżżomm stabbli għall-konsumatur iċ-ċaqliqiet li kien hemm bejn iż-żewġ muniti? Jekk iva, kif sar dan il-hedging? L-Enemalta għandha kumitat biex jixtri l-fuel? Jekk iva, min huma l-membri tal-kumitat? X'inhu s-sehem tagħhom fix-xiri tal-fuel tal-Enemalta? Jekk qed isir hedging, min jagħmlu, fuq liema bażi u min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif isir? Jekk m'hemmx kumitat apposta biex jixtri l-fuel għall-Enemalta, kemm għall-ġenerazzjoni tad-dawl kif ukoll biex imur għand il-konsumaturi, min kienu l-persuni awtorizzati biex jixtru dan il-fuel għall-Enemalta tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23698.

Korporazzjoni Enemalta — Xiri ta' petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel? X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il-petrol u d-diesel l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010? X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010? Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010? Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010? Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena? X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta? X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23698.

Xiri ta' fuel mill-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-prezzijiet li bihom il-konsumaturi xtraw kull litru ta' petrol u diesel tul is-sena 2010? Matul is-sena 2010 l-Korporazzjoni Enemalta użat l-għodda tal-hedging fix-xiri tal-petrol u diesel biex iżżomm stabbli ċ-ċaqliqiet fil-prezzijiet għall-konsumatur? Jekk iva, kif sar u meta sar il-hedging? Matul is-sena 2010 l-Enemalta għamlet arranġamenti ta' hedging tal-prezz tad-dollaru Amerikan aml-Euro biex hekk iżomm stabbli għall-konsumatur iċ-ċaqliqiet li kien hemm bejn iż-żewġ muniti? Jekk iva, kif sar dan il-hedging? L-Enemalta għandha kumitat biex jixtri l-fuel? Jekk iva, min huma l-membri tal-kumitat? X'inhu s-sehem tagħhom fix-xiri tal-fuel tal-Enemalta? Jekk qed isir hedging, min jagħmlu, fuq liema bażi u min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif isir? Jekk m'hemmx kumitat apposta biex jixtri l-fuel għall-Enemalta, kemm għall-ġenerazzjoni tad-dawl kif ukoll biex imur għand il-konsumaturi, min kienu l-persuni awtorizzati biex jixtru dan il-fuel għall-Enemalta tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23698.

Xiri ta' fuel mill-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23167, 23030 u 22561 u jgħid x'kienu l-prezzijiet li bihom il-konsumaturi xtraw kull litru ta' petrol u diesel tul is-sena 2010? Matul is-sena 2010 l-Korporazzjoni Enemalta użat l-għodda tal- hedging fix-xiri tal- petrol u diesel biex iżżomm stabbli ċ-ċaqliqiet fil-prezzijiet għall-konsumatur? Jekk iva, kif sar u meta sar il- hedging ? Matul is-sena 2010 l-Enemalta għamlet arranġamenti ta' hedging tal-prezz tad-Dollaru Amerikan mal-Euro biex b'hekk iżżomm stabbli għall-konsumatur iċ-ċaqliqiet li kien hemm bejn iż-żewġ muniti? Jekk iva, kif sar dan il-hedging? L-Enemalta għandha kumitat biex jixtri l-fuel? Jekk iva, min huma l-membri tal-kumitat? X'inhu s-sehem tagħhom fix-xiri tal-fuel tal-Enemalta? Jekk qed isir hedging, min jagħmlu, fuq liema bażi u min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif isir? Jekk m'hemmx kumitat apposta biex jixtri l-fuel għall-Enemalta, kemm għall-ġenerazzjoni tad-dawl kif ukoll biex imur għand il-konsumaturi, min kienu l-persuni awtorizzati biex jixtru dan il-fuel għall-Enemalta tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23698.

Residenza San Vinċenz de Paule — serq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23865 u jgħid x'insteraq mingħand l-anzjani li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule matul is-sena 2010, 2011 s'issa f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-affarijiet li nsterqu mingħand l-anzjani fit-tmien serqiet li ġew irrapurtati fir-Residenza San Vinċenz de Paule matul is-sena 2010 u l-2011 kienu kif jidher hawn taħt: 1. Ġiżarana, salib, domna, ċurkett u ċapetta ta’ kulur isfar; 2. 2 ċappetti ta’ kulur isfar; 3. Par imsielet ta’ kulur isfar; 4. Par imsielet ta’ kulur isfar; 5. Ġizarana ta’ kulur isfar; 6. Mobile; 7. Portomoni li kien fih ħames Ewro; 8. 800 Ewro.

Residenza San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23864 u jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' serq fuq anzjani li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule matul is-sena 2010 u 2011 s'issa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul matul is-sena 2010 u 2011 s’issa ġew irrapportati tmien każijiet ta’ serq fuq anzjani residenti.

Enemalta — Xiri ta' petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23029 u 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel? X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il- petrol u d- diesel l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010? X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010? Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010? Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010? Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena? X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta? X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23698.

Enemalta — Xiri ta' petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23166, 23029 u 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel? X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il- petrol u d- diesel l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010? X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010? Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010? Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010? Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena? X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta? X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23698.

Ftehim bejn Trasport Malta u Creek Development Limited

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq minn Trasport Malta mal-kumpanija Creek Development Limited għat-tmexxija tal-Marina tal-Imsida?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23738.

Każijiet ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet fejn is-serq sar minn persuni lebsin ta' infermiera?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul kien hemm żewġ każijiet fejn l-allegat serq sar minn persuni lebsin ta' infermieri, mara liebsa ġakketta bajda bħal tat-tobba imma mingħajr ebda armi jew simbolu ta' xi ħaġa, u raġel liebes l-uniformi ta' Nursing Aide.

Suspettati ta' serq mir-Residenza San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fost dawk suspettati li qed jagħmlu dan is-serq hemmx mara u raġel li matul dawn l-aħħar jiem wara nofsinhar marru fuq anzjana minnhom u talbuha ttihom il-ġiżirana u hi qaltilhom "ma tinqalax din għax magħluqa ma għonqi" u dawn mid-dehra qabdu ħarġu tnalja u qatagħuhielha u ħaduha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Huwa allegat li nhar is-Sibt 12 ta’ Frar 2011 għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ bil-lejl seħħ serq fuq residenta fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. Huwa indikat mir-residenta li kienet persuna waħedha li marret fuqha biex toħdilha ġiżirana, salib, domna, ċurkett u ċappetta kollha ta’ kulur isfar. Huwa wkoll indikat li din il-persuna li ħadet dawn l-affarijiet kien raġel liebes qalziet isfar u qmies bajda u safra u uża xi ħaġa biex qata’ il-ġiżirana biħa. Dan il-każ gie rraportat lill-Pulizija.