Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA — rapport fuq l-investiment ta' La Vallette Multi Manager Property Fund

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-uffiċjali tal-Bank of Valletta, qrabathom u ħbieb tagħhom li skont ir-rapport tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji laħqu rtiraw l-investiment tagħhom (madwar €17 miljun) fil-La Vallette Multi Manager Property Fund meta saru jafu li kien hemm skemi (bħal fil-Belgravia) li sejrin ħażin waqt li investituri oħra nżammew fid-dlam b’dannu kbir għall-investimenti tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) dwar l-allegazzjoni li xi persuni fdew l-investiment tagħhom fil-La Vallette Multi Manager Property Fund meta saru jafu li kien hemm skemi li sejrin ħażin għadha mhix konkluża.

MFSA — rapport fuq l-investiment ta' La Vallette Multi Manager Property Fund

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-uffiċjali tal-Bank of Valletta, qrabathom u ħbieb tagħhom li skont ir-rapport tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji laħqu rtiraw l-investiment tagħhom (madwar €17 miljun) fil-La Vallette Multi Manager Property Fund meta saru jafu li kien hemm skemi (bħal fil-Belgravia) li sejrin ħażin waqt li investituri oħra nżammew fid-dlam b’dannu kbir għall-investimenti tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) dwar l-allegazzjoni li xi persuni fdew l-investiment tagħhom fil-La Vallette Multi Manager Property Fund meta saru jafu li kien hemm skemi li sejrin ħażin għadha mhix konkluża.

MFSA — La Vallette Multi Manager Property - investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’sabet l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji fl-investigazzjonijiet li għamlet dwar il-La Vallette Multi Manager Property Fund li suppost kellu jkun għall-professional investors iżda spiċċaw jiġu ngannati biex jinvestu fih nies li lanqas jafu fiex kienu qed jinvestu u issa qed jiġu misruqa minn flus li faddlu b’ħafna sagrifiċċji tul il-ħajja tagħhom? Xi protezzjoni qed tagħti l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji lil dawn l-investituri ngannati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) dwar l-allegazzjoni li l-fond La Vallette Multi Manager Property Fund inbiegħ lill-persuni li ma kinux investituri ta’ esperjenza għadha mhix konkluża.

MFSA — La Vallette Multi Manager Property - investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’sabet l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji fl-investigazzjonijiet li għamlet dwar il-La Vallette Multi Manager Property Fund li suppost kellu jkun għall-professional investors iżda spiċċaw jiġu ngannati biex jinvestu fih nies li lanqas jafu fiex kienu qed jinvestu u issa qed jiġu misruqa minn flus li faddlu b’ħafna sagrifiċċji tul il-ħajja tagħhom? Xi protezzjoni qed tagħti l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji lil dawn l-investituri ngannati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) dwar l-allegazzjoni li l-fond La Vallette Multi Manager Property Fund inbiegħ lill-persuni li ma kinux investituri ta’ esperjenza għadha mhix konkluża.

Delimara Power Station — fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li tibda taħdem u tiġġenera l-elettriku l-estensjoni BWSC tal-power station ta' Delimara u b'liema tip ta' fuel speċifiku mistennija tibda taħdem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istensjoni tal-power station ġewwa Delimara se jibda jopera f’Mejju tas-sena d-dieħla, u se juża 0.7% S HFO u 0.1% S gas oil.

Delimara Power Station — fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li tibda taħdem u tiġġenera l-elettriku l-estensjoni BWSC tal-power station ta' Delimara u b'liema tip ta' fuel speċifiku mistennija tibda taħdem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istensjoni tal-power station ġewwa Delimara se jibda jopera f’Mejju tas-sena d-dieħla, u se juża 0.7% S HFO u 0.1% S gas oil.

estensjoni l-ġdida tal-power station f'Delimara — kuntratt tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi ffirmat il-kuntratt tal-manutenzjoni mal-BWSC għall-estensjoni l-ġdida tal-power station f'Delimara? Jista' jgħid fejn waslu n-negozjati? X'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-kuntratt għadu ma ġiex iffinalizzat u ffirmat, sentejn wara li l-BWSC ntagħżlet biex tingħata l-kuntratt? Jista' jgħid jekk il-BWSC fin-negozjati hix tinsisti li l-prezz tal-kuntratt ikun iżjed minn €18 miljun li semmiet fl-offerta li għamlet u li biha rebħet il-kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf llill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet bejn Enemalta u l-BWSC fuq il-manutenzjoni tal-kuntratt għadhom għaddejjin u mhux prudenti li jinħarġu dettalji f’dan l-istadju.

estensjoni tal-power station f'Delimara — makni u apparat ittestjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-makni, l-apparat u x-xogħlijiet kollha li għalihom il-BWSC s'issa tħallset €150 miljun għall-estensjoni tal-power station f'Delimara ġewx ittestjati kollha? Liema ġew ittestjati u ċertifikati u liema ma ġewx? Minn min qed isir l-ittestjar u l-verifikar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-magni u l-apparat jiġu kollha ttestjati qabel ma jitwasslu fuq il-post li hu parti mill-proċeduri tal-‘Factory Acceptance Test’. Ix-xogħol kollu li jsir fuq il-post jiġi ċċertifikat mill-enġiniera tal-Enemalta fuq il-post qabel ma jsir il-ħlas.

Ex Officio Tax Assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux reġgħu qed jinħarġi ex officio assessments? Jekk iva, fuq liema bażi qed jinħarġu dawn il-kontijiet, fuq stima mill-kummissarju? Jista' jgħid kemm-il ex officio tax assessment inħarġu din is-sena, fl-2010 u fl-2009 u kemm minnhom ġew kontestati? Kemm kien il-valur ta' dawn l-istimi u kemm hu l-ammont li qed jiġi kontestat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sistema li taħtha seta’ joħroġ ex officio assessment spiċċat fl-1997. Illum d-dipartment jaħdem bis-sistema ta' estimated tax statement system li m’għandha x’taqsam xejn mal-mod kif kienu nħarġu l- ex officio assessments fl-aħħar tas-sebgħinijiet u l-bidu tat-tmeninijiet. Taħt is-sistema tas- self-assessment li hemm illum, u li ilha titħaddem f’Malta mis-sena bażi 1998, jinħareġ biss Estimated Tax Statement meta persuna ma tibgħatx il-formola tat-taxxa, kontrarju għall- ex officju assessments li kienu jinħarġu fis-sebgħinijiet u l-bidu tat-tmeninijiet li kienu jinjoraw dak li kien jiġi ddikjarat minn negozju partikolari u b'mod arbitrarju jiġi stabbilit l-ammont ta' taxxa dovut. Fis-sistema l-ġdida jekk persuna li jinħarġilha Estimate tibgħat il-formola, jinħarġilha tax statement ġdid fuq il-figuri skont kif tkun iddikjarat. Imma meta taxpayer li jkun irċieva estimated tax statement jibqa’ ma jibgħatx il-formola, id-dipartiment joħroġ assessment biex abbażi tiegħu jkun jista’ jinforza aħjar it-taxxa dovuta. Dan l- assessment ikun ibbażat fuq numru ta’ parametri, skont il-każ. Barra dan, meta d-dipartiment jidhirlu li persuna tista’ ma tkunx qed tiddikjara kollox, jista’ jibagħtilha notifika bil-miktub fejn jitlobha ġġib id-dokumenti u tagħti l-ispjegazzjonijiet meħtieġa. Meta dawn ma jinġibux jew ma jingħatawx, id-dipartiment ma tibqagħlux triq oħra ħlief li joħroġ assessment formali, u li għalih il-persuna in kwistjoni jkollha dritt toġġezzjona fi żmien 30 ġurnata. Il-figuri mitlubin qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel sekondarji — Erba' skemi ta' studji

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li l-għalliema ingħatatilhom ordni li fl-iskejjel sekondarji jridu jħejju erba' skemi ta' studju differenti mis-sillabu l-ġdid biex jilħqu livelli differenti ta' studenti u fl-istess ħin iridu jagħtu kas kull student individwalment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma ngħatat l ebda struzzjoni biex l-għalliema fl-iskejjel sekondarji jħejju 4 skemi ta’ studju differenti. L-għalliema, permezz tas-sillabi l-ġodda, se jkunu mgħotija l-għodda biex jilħqu l-livelli differenti tal-istudenti.

Taħriġ għall-għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi tħejjijiet u taħriġ qed isiru mal-għalliema biex mis-sena d-dieħla fl-iskejjel sekondarji statali jkunu kapaċi jilħqu l-istudenti kollha bil-livelli differenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema se jkollhom taħriġ speċifiku dwar kif jilħqu l-istudenti b’livelli differenti u dwar is-sillabi l-ġodda fil-korsijiet tal-Inset li se jsiru din is-sena. Madankollu wieħed irid isemmi li taħriġ dwar tagħlim differenzjat sar diversi drabi mal-għalliema tul dawn l-aħħar snin.

Sillabu ġdid b'erba' livelli differenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa realistiku li s-sillabu l-ġdid b'erba' livelli differenti f'kull klassi jiġi mgħallem fil-ħin limitat allokat għal kull suġġett f'qafas riġidu u meta l-għalliema diġa' jilmentaw li jintilef ħafna ħin f'attivitajiet kemm kurrikulari u kif ukoll extra kurrikulari waqt l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sillabu l-ġdid huwa maqsum f’ units ta’ għaxar lezzjonijiet il-wieħed u b’hekk l-għalliema jkunu jistgħu jippjanaw realistiku l-attivitajiet ghall- lezzjonijiet. Hemm units skont kemm hemm lezzjonijiet fil-ġimgħa għal dak is-suġġett. L-għanijiet huma simili u l-attivitajiet u l-Learning Outcomes huma differenti. B`hekk fil-klassijiet irid jintuża aktar Group Work. Il-mod kif se jitqassmu l-istudenti fil-klassijiet ifisser li l-ebda klassi mhux se jkollha l-livelli kollha fi klassi waħda.

għalliema li huma mgħobbija b'wisq xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir biex jiġu ndirizzati l-beżgħat tal-għalliema li ħa jkunu mgħobbija b'wisq xogħol u li se jkun hemm studenti li se jbatu għax mhux se jkollhom cans jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa qed isir il-pilotaġġ tal-Units meħuda mis-Sillabi l-ġodda tal-Form 1 fil-Kulleġġi kollha. L-Uffiċjali Edukattivi qed jieħdu feedback kemm mill-għalliema nfushom kif ukoll mill-kapijiet tad-dipartiment biex propriju jkunu jistgħu jgħinu lill-għalliema bil-format il-ġdid tas-Sillabi. L-iskop tar-riforma huwa proprju biex kulħadd jiżviluppa l-potenzjal tiegħu u ser isir training mal-għalliema tal- Form 1 fuq is-sillabi l-ġodda fl-INSET ta’ Lulju. Se jingħata support lill-għalliema matul is-sena li gejja waqt li jkunu qegħdin jaħdmu bis-sillabi l-ġodda.

Għalliema — Tibdiliet fl-ippjanar tax-xogħol tagħhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir biex l-għalliema jħossuhom u jkunu tassew protagonisti konvinti f'dawn it-tibdiliet minflok sempliċiment jiġu nfurmati u ordnati x'għandhom jagħmlu b'detriment għall-moral tagħhom u anke għall-miri tar-riformi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema qed jiġu nvoluti mill-aspett kurrikulari biex ikunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom fit-tfassil tas-sillabu l-ġdid li qed jiġi ppreparat. Numru ta’ għalliema, u Kapijiet tad-Dipartiment, huma nvoluti direttament fil-kitba tas-sillabi flimkien mal-Uffiċjali Edukattivi. Ser jsir INSET f’Lulju għall-għalliema kollha li se jgħallmu l-Form 1. Dan it- training ikun suġġett mal-Ufficjali Edukattivi. Għaddejjin inizzjattivi fuq livell ta’ Kulleġġ ukoll biex jippreparaw lill-għalliema li kienu f`Junior Lyceums u s-Sekondarji li issa se jkun jgħallmu fis-sekondarji tal-Kulleġġ. Se jingħata support lill-ghalliema tal-Form 1 matul is-sena li ġejja u moniteraġġ tal-esperjenzi fil-Form 1.
Leg 11 PQ #25872 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

referendum -arranġamenti biex votanti eleġibbli jiġu Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu l-arranġamenti biex votanti eleġibbli biex jivvotaw fir-referendum tat-28 Mejju 2011 jinġiebu Malta kif ġara fl-aħħar elezzjoni u fir-referendum għad-dħul fl-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arranġamenti ġew spjegati fl-istqarrijiet tal-11 u 12 ta’ Mejju maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, li l-kopja tagħhom qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid — binja tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li tibda u titlesta l-binja tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More fejn illum hemm il-grawnd ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm ippjanat li l-binja tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More tibda tinbena fil-bidu tas-sena 2013 u titlesta f’Settembru tas-sena 2014.

kulleġġi — bini ta' skejjel ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-kulleġġi kollha ta' Malta u Għawdex, liema għandhom bini ta' skejjel ġodda, liema m'għandhomx u x'hemm ippjanat għal dawk li m'għandhomx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li dawn il-Kulleġġi għandhom skola sekondarja ġdida; Kulleġġ San Benedittu, Kulleġġ San Injazju, Kulleġġ Għawdex, Kulleġġ Santa Margerita u Kulleġġ Maria Reġina. Kulleġġ Santa Klara għandu skola primarja ġdida. Għad iridu jinbnew skejjel sekondarji ġodda f’dawn il-Kulleġġi; Kulleġġ San Injazju, Kulleġġ San Benedittu, Kulleġġ San Tumas More, Kulleġġ Santa Klara, Kulleġġ Santa Tere¿a u Kulleġġ San Nikola.

Skola Sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ — għalliema tal-Ġermaniż nieqsa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti mingħajr għalliema tal-lingwa Ġermaniza fl-Iskola Sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ? Għaliex qed jitħallew bla għalliema meta dawn qed jitilfu ħin prezzjuż u mhux se jlaħħqu s-sillabu li jridu jkopru għall-eżami? Meta se jingħataw għalliema u x'se jsir biex jirbħu lura ż-żmien li tilfu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sfortunatament, l-għalliema li kienet approvata biex tidħol fl-aħħar ta’ Marzu rrifutat l-impjieg. Bdew sforzi biex isir arranġament fi ħdan il-kulleġġ u dan l-arrangament daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2011.

skola Primarja tal-Gvern ta’ Ħal Tarxien — klassi mingħajr għaliem

Question

Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi urġenti biex it-tfal fil-ħames klassi tal-iskola Primarja tal-Gvern ta’ Ħal Tarxien li ilhom mingħajr għalliem minn nofs April 2011 (ġimgħa qabel ma bdew il-vaganzi tal-Għid) ma jitħallewx iżjed f'dan l-istat? Meta se jkollhom għalliem/a magħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jagħmel dak kollu possibli biex il-ħames klassi ta’ l-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien ikollhom għalliema. Fl-aħħar ġimgħa ta’ April ġiet għalliema għal din il-klassi iżda fit-2 ta’ Mejju din l-għalliema rrapurtat li ma tiflaħx. Kif l-għalliema tirritorna għax-xogħol, se sservi f’din l-iskola.