Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tinfetaħ skola medika ma' St George's University of London?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Ministeru f’ittra datata 4 ta’ Jannar 2011, kiteb lill-Università ta’ Malta sabiex jistidinha biex tinfetaħ skola medika ma’ St George’s University of London.
Sa issa, il-Ministeru għadu ma rċieva l-ebda risposta mill-Università ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-tmexxija tal-Isptar ta' Għawdex u nies li jservu f'dak l-isptar għandhomx xi arranġament biex jibqgħu jaħdmu f'Coventry fir-Renju Unit fl-istess ħin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
MFSA — każ tal-BOV La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Peress li l-Gvern huwa l-akbar azzjonist tal-Bank of Valletta (BoV) u peress li huwa l-Ministru illi japponta kemm liċ-Chairman tal-BOV kif ukoll liċ-chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta; u peress li fl-1 ta’ Ġunju 2011 esprimejt ruħi f’din il-Kamra illi jekk l-Awtorità ma tippubblikax it-tliet rapporti tal-investigazzjonijiet dwar il-La Vallette Multi Manager Property Fund (il-Fond) tkun qed tittradixxi il-missjoni fdata lilha mil-liġi kif ukoll il-fiducja tal-investituri, u allura dan jikkonferma illi tkun komplici ta’ network ta’ ċertu mażunerija u peress illi l-BOV fi stqarrija pubblika esprima ruħu bħala offiż b’dawn il-kummenti tiegħi, jista' l-Ministru:
a) jikkonferma li minkejja illi l-persuna, li dettalji dwarha qed ngħaddihom separatament , fit-22 ta’ Dicembru 2010 għarraf lil-Awtorità b’dettalji preċizi ta’ attività kriminali li tikkonsisti f’użu impropju ta’ informazzjoni
price-sensitive
li ma kenitx fid-dominju pubbliku (
insider trading
) minn diversi ufficjali tal-BOV, li dettalji tal-file qed jingħataw separatament , u avża lill-Awtorità li kien lest jikkonferma l-istess informazzjoni b’dikjarazzjoni ġuramentata, l-Awtorità baqgħet ma kkuntatjat qatt lill-istess persuna biex tinvestiga ulterjorament il-każ;
b) jikkonferma li minkejja diversi senjalazzjonijiet ta’ każijiet li tat is-soċjeta Finco Treasury Management Ltd lill-Awtorità fit-3 ta’ Novembru 2010 dwar suspettat attività ta’
insider dealing
, lanqas f’dawn il-każijiet l-Awtorità ma bagħtet għall-istess persuni indikati li kienu taw l-istess informazzjoni lil Finco Treasury Management Ltd;
ċ) jikkonferma li direttur tal-La Valette Sicav plc, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, kellu ishma fil-La Valette Multi Manager Property Fund fl-aħħar tas-sena finanzjarja tal-Fond li tagħlaq fit-30 ta’ Settembru 2007 iżda li biegħ l-istess ishma bi prezz ferm 'il fuq minn €1.07 kull sehem qabel ma l-fidi fl-istess ishma kien sospiż fis-7 t’Awwissu 2008, u li dan id-direttur baqa’ ma ta qatt ġustifikazzjoni tal-aġir tiegħu; u
d) jidhirlu li l-fatt li s'issa l-Awtorità għadha ma ppublikatx l-ebda rapport tal-investigazzjoni u minkejja dan ma ġegħletx (kif għandha awtorità legali li tagħmel) lil BOV jirtira l-offerta li għamel lill-investituri biex il-Bank iħallas biss €0.75 kull sehem, tikkostitwix din prattika mill-aktar oxxena mill-Awtorità biex fi ftehim taċitu mal-BOV jġiegħlu lill-investituri iċedu d-drittijiet legali tagħhom għal rimbors tal-kapital investit u l-imgħax legali qabel mal-Awtorità tippubblika r-riżultati tal-investigazzjoniet kollha tagħha;
e) jidhirlu li l-fatt li minkejja li l-maġġoranza kbira, kważi sħiħa, tal-investituri m'humiex ta’ esperjenza finanzjarja jew professjonisti fl-investimenti, u l-biċċa l-kbira tagħhom huma nies anzjani saħansitra uħud minnhom fid-disgħinijiet u oħrajn huma illiterati, u li mingħand l-istess investituri l-Bank ħa dikjarazzjoni ta’ Experienced Investors, dan il-prattika tikkostitwixxix
investment fraud
minn naħa tal-BOV u jagħmilx lill-Awtorità kompliċi għal dan l-aġir meta għadha ma ppubblikatx l-investigazzjonijiet tagħha ta’
mis-selling
waqt li tħalli lil Bank ikompli għaddej bl-offerta qarrieqa tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2011;
f) jikkonferma illi minkejja illi l-Finco Treasury Management Ltd għamlet tmien protesti ġudizzjarji, kollha notifikati ukoll lill-Awtorità, kif ukoll 60 komunikazzjoni sostantiva bil-miktub lill-Awtorità fil-perjodu bejn Awwissu 2010 s'issa, l-Awtorità ma tat qatt l-ebda risposta sostantiva ħlief okkazjoni waħda biss fejn esprimiet opinjoni, kif ukoll l-Awtorità ma talbet qatt lill-uffiċjali tal-istess Finco Treasury Management biex jiltaqgħu magħha b’mod formali biex jiddiskutu l-każ;
g) jikkonferma illi l-maġġoranza tal-ishma fil-Fond huma miżmuma fiduċjarjament mill-BOV jew kumpaniji oħra assoċjati miegħu, u li l-istess ishma jirrappreżentaw depożiti fil-BOV Multi Asset Deposit Account u BOV Property Linked Deposit Account kif ukoll poloz ta’ assigurazzjoni tal-Middle Sea Life, u allura l-azzjonisti effettivi ta’ dawn l-ishma jiddeċedi u jivvota għalihom l-istess BOV bi konflitt ta’ interess flagranti kif għamel l-istess Bank fil-Laqgħa Annwali Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2011? Jekk dan huwa veru x’għamlet l-Awtorità biex tiżgura li l-Bank ma jaċċettax f’isimhom l-offerta tiegħu stess għal kumpens ta’ €0.75 cents a skapitu tal-istess klijenti tal-Bank; u
h) fil-kontest ta’ dan kollu, jidhirlu l-Ministru li l-allegazzjonijiet illi jiena għamilt fil-Kamra fl-1 ta’ Ġunju 2011 fil-konfront tal-ogħla uffiċjali tal-BOV u tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji huma veritjieri?
Response (FENECH, TONIO)
B’risposta għad-domanda parlamentari numru PQ 26769, nirrispondi billi nagħmel referenza għal li-Standings Orders ta’ din il-Kamra li jirregolaw il-materja u li ma jippermettux ċerti domandi illi jsiru, per eżempju dawk li jesprimu opinjoni u dawk li jitolbu opinjoni. Għaldaqstant parti sostanzjali tad-domanda, anzi sensiela ta’ domandi, hija inammissibbli.
Apparti hekk, id-domanda qegħda tassumi u anzi titlob li jien nindaħal fl-operazzjonjiet u investigazzjonaijiet li wetqet u li qegħda twettaq l-Awtorità ta’ Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji. Din il-liġi ma tippermmettiehx u għalhekk nappella lill-Onorevoli membru li ma jkomplix jipprova jinfluwenza l-andament ta’ dawn il-proċeduri, ma jħallix min jinqeda’ b’din il-Kamra sabiex jinfluwenza investigazzjonijiet li qed tmexxi awtorità regolatorja u biex ma jkomplix jagħmel insinwazzjonjiet u jitfa’ dubji spekulattivi u malafamanti, intiżi biss biex ifixklu il-verifiki li għadhom għaddejjin u li, skont kif ħabbret l-Awtorità, daqt ser jaslu fi tmiemhom.
Tajjeb li wieħed japprezza li bħala azzjonista minoritarju, iżda bid-dritt li jaħtar iċ-Chairman, kull intervent mill-gvern, indipendentement mil-Bord ta' Diretturi li jirrapprezenta l-azzjonisti kolla, jista' jesponi lill-Gvern Malti għal azzjoni legali mill-azzjonisti l-oħra tal-Bank of Valletta għal likwidazzjoni tad-danni jekk dawn iħossu li bl-intervent tal-Gvern l-Bank isofri telf finanzjarju għad-dettriment tal-azzjonisti individwali.
Nappella lil Onor Interpellant li juri ħafna aktar kawtela f'din il-kwistjoni, u li japprezza li investigazzjoni ta' dan it-tip trid bil-fors isegwi proċess li hu dettat mil-liġi, inkluż meta l-awtorità tippublika il-konkluzzjoijiet tagħha.
L-informazzjoni kollha li l-Onor Interpellant għadda ma' din d-domanda qed tintbagħat lill-awtorità għal attenzzjoni tagħha u investigazzjonijiet ulterjuri li hi tista' tħoss meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn kemm-il darba l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji żammet infurmati lil dawk li qajmu l-ilment wara li ngidmu mill-Global Capital (Patf No 2 Fund)?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26669.
MFSA — informazzjoni dwar persuni li ngidmu mill-Global Capital
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandha l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji dwar kemm hemm persuni li ngidmu mill-Global Capital (Patf No 2 Fund)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji sa llum irċeviet 41 ilment uffiċċjali minn investituri fir-rigward ta’ kif inbiegħ il-Fond imsemmi fid–Domanda. Nifhem ukoll però illi in-numru totali ta’ investituri f’dan il-Fond huwa konsiderevolment akbar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-uffiċjal tal-Global Capital li litteralment serqet lil dawk li ngidmu mill-Patf No 2 Fund spiċċaw impjegawha l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji stess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-MFSA m’hemm l-ebda impjegat li jew instab ħati ta’ xi serq jew qed jiġi investigat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern li għandu l-maggoranza tal-ishma fil-Bank of Valletta u l-MFSA, bħala regolatur se jieħdu l-passi serji meħtieġa biex jara li dawk li ntlaqtu ħażin jingħataw kumpens xieraq u ma jitilfu xejn mill-flus tagħhom li ġew investiti fil-Multi Manager Property Fund tal-Bank of Valletta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijan Parlamentari numru 25694.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu nieqes it-tilqim li suppost jingħata lit-tfal? Meta se jerġa' jkun hawn provvista tiegħu għax qed ibatu dawk il-familji li ma jaffordjawx jixtru dan it-tilqim għal uliedhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Mellieħa — Triq George Borg Olivier - triq one-way
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha Transport Malta biex Triq George Borg Olivier fil-Mellieħa ssir one-way u jitħalla jgħaddi biss traffiku sejjer fid-direzzjoni tal-Għadira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm Transport Malta ġiet a konjizzjoni tagħha li hemm xi ħsieb li jiġu proposti mill-Kunsill Lokali tal-Mellieha xi tibdiliet fl-iskema tat-traffiku ġewwa l-istess lokalità, l-awtorità ma rċeviet l-ebda talba formali. Naturalment hekk kif tirċievi tali talba jew proposta, din tiġi evalwata.
Mellieħa — Triq George Borg Olivier - diskussjonijiet biex it-triq issir one-way
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntatti saru minn Transport Malta mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fl-aħħar tliet snin biex Triq George Borg Olivier issir one-way u biex parti mit-traffiku li s-soltu kien jgħaddi minn din it-triq jibda jgħaddi minn toroq oħra fl-inħawi ta’ wara l-Knisja Parrokkjali, tal-Mellieħa?
Transport Malta — toroq fil-Mellieħa - użu ta' vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru minn Transport Malta dwar it-tibdil fl-użu tat-toroq fil-Mellieħa mill-vetturi, inkluż Triq George Borg Olivier, u l-impatti li dan it-tibdil iħalli fuq ir-residenti u l-istabbilimenti kummerċjali li se jintlaqtu minn dan it-tibdil?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ma ssottometta l-ebda applikazzjoni formali u studji dwar l-impatt tat-traffiku (traffic impact studies) lil Transport Malta għal tibdil fl-użu tat-toroq fil-Mellieħa mill-vetturi.
Transport Malta — soluzzjoni għall-konġestjoni tat-traffiku qawwi fil-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'alternattivi differenti ġew ikkunsidrati minn Transport Malta dwar soluzzjoni għall-konġestjoni tat-traffiku qawwi li jgħaddi minn Triq George Borg Olivier fil-Mellieħa, traffiku li mistenni jonqos ħafna meta jinqatgħu l-karozzi tal-linja minnha fit-3 ta' Lulju 2011 biex flok issir one way, jittieħdu miżuri oħra li ġew proposti mill-kunsilliera Laburisti fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mill-Awtorità ta' Malta tal-Hotels u Ristoranti u mill-General Retailers and Traders Union?
Skola Umberto Colosso — taqsima ta' manutenzjoni - contract of services
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contract of Service tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li nħatar Konsulent tad-Diretturi Ġenerali u li sa ftit taż-żmien ilu kien Direttur tal-Iżvilupp u l-Ippjanar b'responsabbiltà ukoll tat-Taqsima tal-Manutenzjoni bbażata fil-bini tal-Iskola Umberto Colosso f'Santa Venera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet fl-investigazzjoni tagħha l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji li ilha sentejn tinvestiga l-każ ta' dawk li ngidmu mill-Global Capital (Patf No 2 Fund)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għandha quddiemha numru ta’ ilmenti li tressqu minn investituri li investew f’fond barrani bl-isem ta’ The Protected Asset TEP Fund plc (serje 1 u 2). Il-Fond, li huwa regolat f’ġurisdizzjoni barranija, jinvesti f’poloz ta’ l-assikurazzjoni fuq il-ħajja.
B’riżultat tal-kriżi finanzjarja, il-Fond impona restrizzjonijiet fir-rigward ta’ fidi (
redemptions
) għal dawk l-investituri li riedu joħorġu mill-investiment. Skont il-fond, dan sar biex jipproteġi lil dawk l-investituri li riedu jibqgħu investiti fih.
Din id-deċizzjoni wasslet lill-għadd ta’ investituri jressqu l-ilment tagħhom lill-Awtorità b’allegazzjonijiet li l-kumpannija Global Capital ma kellhiex tbiegħ dak il-prodott lilhom (
mis-selling
), u li l-kumpannija Global Capital ma spjegatx sew il-karatteristiċi tal-prodott fil-mument meta sar il-bejgħ.
L-investigazzjonijiet tal-awtorità għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-ilma ġiex sospiz fuq il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu u jgħid meta u għaliex? Meta hemm il-ħsieb li jerġa' jingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25807.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-ilma ġiex sospiz fuq il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu u jgħid meta u għaliex? Meta hemm il-ħsieb li jerġa' jingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25807.
MFSA — passi fuq La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti ħadet s’issa l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex tindirizza l-problemi serjissimi maħluqa għal dawk il-persuni li nvestew fil-La Vallette Multi Manager Property Fund u li ssemmew b’mod dettaljat u dokumentat fi tmien protesti ġudizzjarji, 43 ittra, 16-il email u żewġ memoranda dettaljati mibgħuta lill-Awtorità mill-Finco Treasury Management Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) għadha qed tinvestiga l-allegat ksur tal-liġijiet u r-regolamenti mill-Valletta Fund Management Limited (‘VFM’) u l-Bank of Valletta (‘BOV’) fil-konfront tal-La Valette Multi Manager Property Fund (‘il-Fond’). L-MFSA qed tinvestiga wkoll numru ta’ lmenti li tressqu minn jew għan-nom ta’ individwi dwar il-bejgħ ta’ units fil-Fond mill-BOV.
Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha fl-aħjar interess tal-investituri u s-settur finanzjarju Malti, l-MFSA għandha l-obbligu li tinvestiga b’għaqal u prudenza, bil-għan li tasal għal deċiżjoni li tkun ġusta, ekwa u li tirrifletti l-konklużjonijiet li tkun waslet għalihom l-awtorità, wara li tkun ikkunsidrat l-argumenti u l-kummenti li jkunu tressqu mill-partijiet involuti.
MFSA — passi fuq La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti ħadet s’issa l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex tindirizza l-problemi serjissimi maħluqa għal dawk il-persuni li nvestew fil-La Vallette Multi Manager Property Fund u li ssemmew b’mod dettaljat u dokumentat fi tmien protesti ġudizzjarji, 43 ittra, 16-il email u żewġ memoranda dettaljati mibgħuta lill-Awtorità mill-Finco Treasury Management Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) għadha qed tinvestiga l-allegat ksur tal-liġijiet u r-regolamenti mill-Valletta Fund Management Limited (‘VFM’) u l-Bank of Valletta (‘BOV’) fil-konfront tal-La Valette Multi Manager Property Fund (‘il-Fond’). L-MFSA qed tinvestiga wkoll numru ta’ lmenti li tressqu minn jew għan-nom ta’ individwi dwar il-bejgħ ta’ units fil-Fond mill-BOV.
Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha fl-aħjar interess tal-investituri u s-settur finanzjarju Malti, l-MFSA għandha l-obbligu li tinvestiga b’għaqal u prudenza, bil-għan li tasal għal deċiżjoni li tkun ġusta, ekwa u li tirrifletti l-konklużjonijiet li tkun waslet għalihom l-awtorità, wara li tkun ikkunsidrat l-argumenti u l-kummenti li jkunu tressqu mill-partijiet involuti.
MFSA — rapport fuq La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji bagħtet ir-rapport dwar l-investigazzjonijiet tagħha lill-Bank of Valletta dwar l-irregolaritajiet kollha li ġraw fit-tmexxija tal-La Vallette Multi Manager Property Fund, iżda ma bagħtitx l-istess rapport sħiħ lill-investituri milquta kif inhi obbligata li tagħmel skont Artiklu 19 tal-Malta Financial Services Authority Act? Meta se tibgħat dan ir-rapport sħiħ lill-investituri milquta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposti mgħotija għad-domandi parlamentari numru 26387 u 25694. Qiegħed ukoll inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra media release li ppublikat l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji fil-31 ta’ Mejju biex tikkjarifika il-pożizzjoni tagħha.
MFSA — rapport fuq La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji bagħtet ir-rapport dwar l-investigazzjonijiet tagħha lill-Bank of Valletta dwar l-irregolaritajiet kollha li ġraw fit-tmexxija tal-La Vallette Multi Manager Property Fund, iżda ma bagħtitx l-istess rapport sħiħ lill-investituri milquta kif inhi obbligata li tagħmel skont Artiklu 19 tal-Malta Financial Services Authority Act? Meta se tibgħat dan ir-rapport sħiħ lill-investituri milquta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposti mgħotija għad-domandi parlamentari numru 26387 u 25694. Qiegħed ukoll inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra media release li ppublikat l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji fil-31 ta’ Mejju biex tikkjarifika il-pożizzjoni tagħha.